{"id":11269,"date":"2018-10-01T13:15:03","date_gmt":"2018-10-01T11:15:03","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=11269"},"modified":"2018-10-02T15:40:13","modified_gmt":"2018-10-02T13:40:13","slug":"f-off-qallu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/f-off-qallu\/","title":{"rendered":"F*** off, qallu"},"content":{"rendered":"<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Se ng\u0127id dak li n\u0127oss anki jekk inkun l-uniku bniedem li ng\u0127idu.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\">Ieqfu a<span class=\"s1\">\u0127sbu ftit fuq din il-bi\u010b\u010ba tlablib \u017cejjed u a\u0127sbu wkoll dwar l-implikazzjonijiet. Ta&#8217; sikwit Daphne Caruana Galizia kienu ji\u0121uha \u0127sibijiet dwar kemm kienet tinsab we\u0127idha, g\u0127alkemm minn dak li naf b&#8217;\u010bertezza, qatt ma ddubitat it-twemmin tag\u0127ha.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Jien m&#8217;g\u0127andix il-konvinzjoni tal-azzar li kellha hi.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Allura meta nibda&#8217; nwer\u017caq qisni mi\u0121nun dwar kemm hija kwistjoni gravi meta, fl-istituzzjonijiet \u0121udizzjarji, Ministru tal-\u0120ustizzja jag\u0127milha tal-avukat personali ta&#8217; min ikun is-su\u0121\u0121ett ta&#8217; inkjesta kriminali, ta\u0127kimni s-solitudni.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Il-President tal-Kamra tal-Avukati <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/09\/owen-not-merely-strange\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">George Hyzler sejja\u0127 b\u0127ala &#8220;stramb&#8221; l-a\u0121ir tal-Ministru<\/a>. Kollox sew, hekk hu. Forsi l-kelma &#8220;stramb&#8221; hija kelma diplomatika \u017c\u017cejjed in vista tal-fatt li l-Kamra tirrappre\u017centa avukati li g\u0127andhom twemmin politiku differenti u l-istqarrija ta&#8217; George Hyzler hi iktar iebsa milli tinstema&#8217;. F&#8217;dan il-pajji\u017c, wara kollox, il-mentalit\u00e0 parti\u0121\u0121jana tirregola g\u0127andekx taqbel jew ma taqbilx mal-a\u0121ir tal-Ministru tal-\u0120ustizzja.<\/span><\/p>\n<p>Hawn min ja\u0127seb b&#8217;dan il-mod.<\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Is-solitudni vera tkompli tiggrava meta tibda&#8217; ta\u0127seb li l-Oppo\u017cizzjoni Nazzjonalista m&#8217;hi qed tkun \u010bara xejn dwar dan il-kunflitt ta&#8217; interess enormi. Kien hemm min g\u0127amel paraguni mal-ka\u017c ta&#8217; Franco Mercieca li ried ikompli ja\u0127dem fil-professjoni oftalmolo\u0121ika tieg\u0127u minkejja d-dmirijiet ministerjali li kellu. Ng\u0127idha \u010bar u tond: il-ka\u017c ta&#8217; Franco Mercieca m&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn. Din il-kwistjoni m&#8217;hix dwar ix-xewqa ta&#8217; Owen Bonnici li jaqla&#8217; lira \u017cejda.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">I\u017cda hi kwistjoni dwar l-ind\u0127il tal-gvern fix-xog\u0127ol tal-\u0121udikatura. Dan m&#8217;huwa xejn \u0127lief sinjal li d-demokrazija f&#8217;pajji\u017cna m&#8217;hix qed ta\u0127dem kif suppost.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">U meta dan l-abbu\u017c gravi b\u0127al donnu ji\u0121i a\u010b\u010bettat, dan ma jkun xejn \u0127lief sinjal ie\u0127or li d-demokrazija m&#8217;hix sikkitha.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Fil-qorti, l-Oppo\u017cizzjoni qed issostni li\u00a0 g\u0127andha &#8220;d-dritt&#8221; li ting\u0127ata kopja s\u0127i\u0127a tal-inkjesta Egrant. \u0120aladarba l-Oppo\u017cizzjoni di\u0121\u00e0 stqarret li m&#8217;hemm xejn li jista&#8217; jbiddlilha fehmitha dwar il-konklu\u017cjonijiet tal-inkjesta, sin\u010berament ma nafx ir-rapport s\u0127i\u0127 x&#8217;tambi\u0127.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Tal-Oppo\u017cizzjoni nist\u0127ajjihom qishom tfal tal-iskola jibbattibekkjaw: \u2018<em>iss, mhux fier \u2026 lilu tajtu wa\u0127da u lili ma tajtnix<\/em>\u2019.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">U minn dan l-argument &#8211; jekk tista&#8217; ssejja\u0127lu hekk &#8211; titfa\u010b\u010ba l-a\u0127bar li bilkemm titwemmen ta&#8217; meta l-Avukat \u0120enerali xehed bil-\u0121urament li l-Ministru tal-\u0120ustizzja huwa wkoll l-avukat personali tal-koppja Muscat.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">G\u0127all-Oppo\u017cizzjoni, g\u0127al \u0121ie\u0127na, qiesu ma \u0121ara&#8217; xejn.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Li j\u0121ieg\u0127elek tirrabja huwa l-fatt li l-Oppo\u017cizzjoni b\u0127al donnha qieg\u0127da taqbel li dan il-kunflitt \u010bar ta&#8217; interess huwa wie\u0127ed a\u010b\u010bettabbli u li jibqa&#8217; a\u010b\u010bettabbli li kieku fil-gvern hemm il-Partit Nazzjonalista. Nag\u0127milha \u010bara li ebda Gvern Nazzjonalista li kien hawn sal-lum ma kien ja\u010b\u010betta dan l-a\u0121ir.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Mid-dehra dan it-twaqqieg\u0127 fil-livelli ta&#8217; m\u0121ieba korretta issa sar il-politika uffi\u010bjali tal-PN.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Araw ftit kif Hermann Schiavone \u2014 deputat mid\u0127la sew ta&#8217; Adrian Delia \u2014 irrea\u0121ixxa <a href=\"https:\/\/www.telegraph.co.uk\/business\/2018\/09\/30\/hsbc-face-calls-quit-malta-meps-threaten-campaign-against-uks\/?WT.mc_id=tmg_share_fb\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">g\u0127ar-rimarki li g\u0127amel Sven Giegold li kemm il-darba Malta ma tibdilx il-prattika tag\u0127ha dwar il-\u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in, se jkollu jag\u0127mel kampanja biex jipperswadi lill-HSBC titlaq minn pajji\u017cna<\/a>.<\/span><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-11248\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-01-at-12.21.41-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"471\" height=\"504\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-01-at-12.21.41-1-252x270.jpeg 252w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-01-at-12.21.41-1-280x300.jpeg 280w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-01-at-12.21.41-1.jpeg 471w\" sizes=\"(max-width: 471px) 100vw, 471px\" \/><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Hermann Schiavone \u2014 ji\u0121ifieri l-PN \u2014 lil Sven Giegold qallu &#8220;fuck off&#8221;. Fil-fatt qallu f*** off, g\u0127ax jien ma tantx noqg\u0127od nog\u0127modha.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Dan id-diskors ifakkarna xi ftit fl-istqarrijiet li kien jag\u0127mel Alfred Sant fil-konfront ta&#8217; politi\u010bi Ewropej li kienu ji\u0121u hawn qabel l-2004 biex ig\u0127idulna x&#8217;inhu me\u0127tie\u0121 biex inkunu nistg\u0127u nissie\u0127bu fl-Unjoni Ewropea. Lil Gunter Verheugen kien hedded li jaqtag\u0127lu mnie\u0127ru u lil Kummissarju o\u0127ra kien g\u0127ajjarha &#8220;Taliban&#8221;.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Konna nitka\u017caw bil-medjokrit\u00e0 tal-Labour li kienu kontra li Malta ttejjeb il-livelli tag\u0127ha biex jintla\u0127qu dawk Ewropej u kienu jippreferu li lill-Ewropej jibg\u0127atuhom &#8220;to fuck off&#8221;.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\">I<span class=\"s1\">l-PN il-\u0121did jidher li ddakkar. Alla\u0127ares l-HSBC kellha tidde\u010biedi li titlaq minn Malta. I\u017cda biex din tibqa&#8217; hawn je\u0127tie\u0121 li ma nibqg\u0127ux nag\u0127lqu g\u0127ajn wa\u0127da fil-konfront tal-\u0127asil tal-flus ma\u0127mu\u0121in. Hi u tara kif to\u0127ro\u0121 mill-kobba m\u0127abbla li tinsab fiha min\u0127abba n-nuqqasijiet tag\u0127ha tal-img\u0127oddi fil-konfront tal-awtoritajiet tar-Renju Unit u dawk Amerikani, l-HSBC \u010bertament ma kellhiex b\u017conn lil Sven Giegold biex i\u0121ieg\u0127elha ta\u0127sibha darbtejn g\u0127andhiex tkompli topera f&#8217;Malta. Fil-fatt, diskors li jista&#8217; jinftiehem f&#8217;dan il-sens kien di\u0121\u00e0 ntqal fl-img\u0127oddi.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Minflok tag\u0127mel pressjoni fuq il-gvern biex jirran\u0121a n-nuqqasijiet li hawn dwar il-\u0127asil tal-flus u tesi\u0121i li dawk il-politi\u010bi li jinqabdu ja\u0127slu l-flus ma\u0127mu\u0121in jew jag\u0127tu l-kenn lil min ja\u0127silhom g\u0127andhom ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la jiffa\u010b\u010bjaw il-\u0121ustizzja, g\u0127all-Oppo\u017cizzjoni s-soluzzjoni hi li lill-MEP&#8217;s ng\u0127idulhom &#8220;<\/span><span class=\"s1\">to fuck off&#8221;. <\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Il-bigotti\u017cmu parrokkjali huwa frott i\u010b-\u010bokon tal-im\u0127u\u0127. U jidher li l-PN ittie\u0127ed minnu.<\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Se ng\u0127id dak li n\u0127oss anki jekk inkun l-uniku bniedem li ng\u0127idu. Ieqfu a\u0127sbu ftit fuq din il-bi\u010b\u010ba tlablib \u017cejjed u a\u0127sbu wkoll dwar l-implikazzjonijiet. Ta&#8217; sikwit Daphne Caruana Galizia kienu ji\u0121uha \u0127sibijiet dwar kemm kienet tinsab we\u0127idha, g\u0127alkemm minn dak li naf b&#8217;\u010bertezza, qatt ma ddubitat it-twemmin tag\u0127ha. Jien m&#8217;g\u0127andix il-konvinzjoni tal-azzar li kellha [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":11248,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11269\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=11269"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11269\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":11283,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11269\/revisions\/11283\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/11248\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=11269"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=11269"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=11269"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}