{"id":113255,"date":"2022-11-23T13:21:50","date_gmt":"2022-11-23T12:21:50","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=113255"},"modified":"2022-11-23T14:04:28","modified_gmt":"2022-11-23T13:04:28","slug":"l-avukat-tal-vittma","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/11\/l-avukat-tal-vittma\/","title":{"rendered":"L-avukat tal-vittma"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/revealed-bernice-cassars-timeline-threats-abuse-murdered.996570\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u0120ie f&#8217;idejja l-artiklu li kitbet Claudia Calleja fit-<em>Times of Malta<\/em> li g\u0127aqqad flimkien ix-xhur, il-\u0121img\u0127at u l-\u0121ranet li spi\u010b\u010baw bil-qtil kiesa\u0127 u biered minn \u017cew\u0121ha ta&#8217; Bernice Cassar.<\/a><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Innutajt li l-\u0121urnalista g\u0127amlet riferenza g\u0127all-avukat tal-vittma li f&#8217;Lulju li g\u0127adda kienet irrappre\u017centat lis-Sinjura Cassar dakinhar li l-qorti ntalbet to\u0127ro\u0121 ordni ta&#8217; protezzjoni. Nhar il-\u0126add li g\u0127adda din l-istess avukat assistiet lill-vittma hi u tippre\u017centa rapport fil-kwartier \u0121enerali tal-pulizija dwar l-im\u0121ieba ta&#8217; \u017cew\u0121ha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u0120ietni l-kur\u017cit\u00e0 biex insir naf il-g\u0127ala l-avukat ta&#8217; Bernice Cassar kienet g\u0127adha ma tkellmet xejn dwar l-in\u010bident u dan meta wie\u0127ed jikkunsidra li l-avukat, flimkien mal-vittma, tkun taf mill-qrib il-mod kif l-awtoritajiet naqsu li ja\u0121ixxu meta s-Sinjura Cassar ripetutament baqg\u0127et tittallab g\u0127all-protezzjoni tal-istat.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u0120ietni l-kur\u017cit\u00e0 g\u0127aliex meta mara determinata u persistenti ting\u0127ata parir u tipprova teg\u0127leb l-ostakli tal-burokrazija biex ting\u0127ata l-protezzjoni tal-istat u xorta wa\u0127da tibqa&#8217; esposta g\u0127all-vjolenza ta&#8217; min spi\u010b\u010ba biex \u0127asdilha \u0127ajjitha, tistg\u0127u timma\u0121inaw biss minn xiex ig\u0127addu dawk in-nisa li ma jsibu ebda wens u ebda g\u0127ajnuna legali u li ma jifhmux li l-istat huwa fid-dmir li ma j\u0127allihomx jaqdfu g\u0127al rie\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Lill-avukat ta&#8217; Bernice Cassar bg\u0127attilha sensiela ta&#8217; mistoqsijiet u tlabtha tikkummenta. Staqsejtha tg\u0127idli kellhiex kummenti x&#8217;tag\u0127mel wara dak kollu li se\u0127\u0127 il-biera\u0127 u dwar jekk jidhrilhiex li l-istat b&#8217;xi mod naqas lil Bernice Cassar. Lill-avukat staqsejtha biex tag\u0127tini l-fehma tag\u0127ha dwar il-fatt li l-mod kif idda\u0127\u0127lu t-tibdiliet fl-2020 mill-Ministru Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija An\u0121lu Gaf\u00e0 dwar rapporti li jsiru fuq vjolenza domestika kienu g\u0127amluha aktar diffi\u010bli g\u0127as-Sinjura Cassar li ting\u0127ata l-attanzjoni li hi kienet te\u0127tie\u0121 mill-awtoritajiet.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Stennejt li bis-sa\u0127\u0127a tal-qrubija tag\u0127ha mal-ka\u017c, l-avukat setg\u0127et tg\u0127addili l-esperjenzi tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">S&#8217;issa l-avukat tal-vittma baqg\u0127et ma we\u0121bitnix.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk Dr Marita Pace Dimech tidde\u010biedi li tg\u0127addili l-kummenti tag\u0127ha, tistg\u0127u tibqg\u0127u \u010berti li bi \u0127siebni nxandarhom hawn.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Sadattant st\u0127arri\u0121t biex nara min hi din Dr Pace Dimech, g\u0127ax jien ma nafhiex. Din l-avukat ta\u0127dem fl-uffi\u010b\u010bju tal-avukat Andy Ellul, li huwa l-portavu\u010bi tal-gvern fil-Parlament. U, sa ftit ilu, hi stess kienet il-portavu\u010bi tal-gvern b\u0127ala propagandista fuq One TV &#8211; propagandista li tippretendiha ta&#8217; &#8220;\u0121urnalista&#8221;.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Qed nittama li l-fehmiet politi\u010bi tag\u0127ha u l-propaganda li tag\u0127mel f&#8217;isem il-gvern ma \u017cammewx lil Dr Pace Dimech milli tikkummenta dwar in-nuqqas tal-gvern li jevita l-qtil brutali tal-klijenta tag\u0127ha.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-113249\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM.jpeg\" alt=\"\" width=\"741\" height=\"738\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM-66x66.jpeg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM-150x150.jpeg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM-200x199.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM-300x300.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM-400x398.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM-600x598.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/11\/WhatsApp-Image-2022-11-23-at-11.29.02-AM.jpeg 741w\" sizes=\"(max-width: 741px) 100vw, 741px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u0120ie f&#8217;idejja l-artiklu li kitbet Claudia Calleja fit-Times of Malta li g\u0127aqqad flimkien ix-xhur, il-\u0121img\u0127at u l-\u0121ranet li spi\u010b\u010baw bil-qtil kiesa\u0127 u biered minn \u017cew\u0121ha ta&#8217; Bernice Cassar. Innutajt li l-\u0121urnalista g\u0127amlet riferenza g\u0127all-avukat tal-vittma li f&#8217;Lulju li g\u0127adda kienet irrappre\u017centat lis-Sinjura Cassar dakinhar li l-qorti ntalbet to\u0127ro\u0121 ordni ta&#8217; protezzjoni. Nhar il-\u0126add li g\u0127adda [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":113250,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/113255\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=113255"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/113255\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":113260,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/113255\/revisions\/113260\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/113250\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=113255"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=113255"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=113255"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}