{"id":113922,"date":"2023-01-30T07:50:32","date_gmt":"2023-01-30T06:50:32","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=113922"},"modified":"2023-01-30T12:27:02","modified_gmt":"2023-01-30T11:27:02","slug":"il-kodici-tal-etika-li-jorbot-lill-gudikanti-jorbot-lilek-ukoll-sur-prim-ministru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2023\/01\/il-kodici-tal-etika-li-jorbot-lill-gudikanti-jorbot-lilek-ukoll-sur-prim-ministru\/","title":{"rendered":"Il-kodi\u010bi tal-etika li jorbot lill-\u0121udikanti, jorbot lilek ukoll Sur Prim Ministru"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Fid-diskors tieg\u0127u tal-biera\u0127 il-prim ministru stqarr li huwa kien tkellem ma&#8217; ma\u0121istrat, li ismu jew isimha ma ssemmiex, dwar dak li hu jqis b\u0127ala sentenzi tal-qorti li ma jag\u0127tux pieni \u0127orox.<\/p>\n<div style=\"width: 640px;\" class=\"wp-video\"><!--[if lt IE 9]><script>document.createElement('video');<\/script><![endif]-->\n<video class=\"wp-video-shortcode\" id=\"video-113922-1\" width=\"640\" height=\"360\" preload=\"metadata\" controls=\"controls\"><source type=\"video\/mp4\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/01\/WhatsApp-Video-2023-01-29-at-12.24.19.mp4?_=1\" \/><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/01\/WhatsApp-Video-2023-01-29-at-12.24.19.mp4\">https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/01\/WhatsApp-Video-2023-01-29-at-12.24.19.mp4<\/a><\/video><\/div>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Robert Abela \u0127adem fil-qorti g\u0127al snin twal. Jaf ben tajjeb li, anki f&#8217;diskursati ta&#8217; natura privata, ma jistax jaqbad u jitkellem ma&#8217; ma\u0121istrat dwar sentenzi li jkunu ng\u0127ataw u dan biex i\u0127e\u0121\u0121u jibdilhom. Jaf ukoll li, anki li kieku stess kien ing\u0127ata l-privile\u0121\u0121 li jitkellem privatament ma&#8217; xi membru tal-\u0121udikatura, kien messu \u017camm lura milli jitkellem pubblikament dwar id-diskursata kemm jekk ikun avukat kwalunkwe u wisq inqas jekk ikun il-prim ministru.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jaf ukoll li diskursati b\u0127al dawn ma&#8217; ma\u0121istrat jammontaw g\u0127al ksur tar-regolamenti. Il-ma\u0121istrati huma marbutin b&#8217;kodi\u010bi ta&#8217; etika li ma jippermettilhomx jitkellmu ma&#8217; membru tal-e\u017cekuttiv \u0127lief f&#8217;\u010birkostanzi spe\u010bifi\u010bi \u0127afna u kemm il-darba ji\u0121i segwit protokoll spe\u010bifiku. A\u0127seb u ara kemm dawn jistg\u0127u jit\u0127addtu mal-kap tal-e\u017cekuttiv stess.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawn ir-regolamenti ma tfasslux b&#8217;kumbinazzjoni. Tfasslu biex l-im\u0127allfin u l-ma\u0121istrati ji\u0121u m\u0127arsa mill-ind\u0127il tal-gvern u sabiex il-pro\u010bess \u0121udizzjarju ma jing\u0127atax id-dehra li qed ikollu l-ind\u0127il ming\u0127and il-gvern.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Meta jidher quddiem \u0121udikant, wie\u0127ed ma jkunx irid li tg\u0127addilu minn mo\u0127\u0127u li te\u017cisti xi id mo\u0127bija u li l-\u0121udikant qed ji\u017cfen g\u0127al dak li jkun qed idoqqlu xi prim ministru. Wie\u0127ed jistenna li ji\u0121i \u0121udikat skont dak li tipprovdi l-li\u0121i, skont dak li jirri\u017culta mill-provi u skont dak li lill-\u0121udikant tg\u0127idlu kuxjenztu u dan ming\u0127ajr l-ind\u0127il ta&#8217; \u0127add.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">M&#8217;hix sistema \u0121usta meta dak li jmexxi l-prosekuzzjoni kontrik jit\u0127allas u jaqa&#8217; ta\u0127t il-prim ministru u dak li jkun ser ji\u0121\u0121udikak jitkellem privatament mal-istess prim ministru li qed ig\u0127idlu dwar kif g\u0127andhom jinqatg\u0127u s-sentenzi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet Robert Abela \u0127a sehem f&#8217;diskursata b\u0127al din &#8211; diskursata li huwa stess ammetta li \u0127a sehem fiha &#8211; jista&#8217; allura wkoll jie\u0127u sehem f&#8217;diskursati ma&#8217; ma\u0121istrati dwar ka\u017cijiet li jinteressawh direttament: ji\u0121ifieri inkjesti dwar korruzzjoni li fihom jinsab imda\u0127\u0127al il-Partit Laburista, dwar il-prosekuzzjoni ta&#8217; persuni li xa\u0127\u0127mu lill-ministri tieg\u0127u, e\u010b\u010betra.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jista&#8217; issa ji\u010b\u0127ad dan kollu u jg\u0127idilna li mal-membri tal-\u0121udikatura ma tkellimx dwar ka\u017cijiet spe\u010bifi\u010bi. I\u017cda l-punt m&#8217;huwiex dan. Diskursati b\u0127al dawn m&#8217;humiex permissibbli g\u0127aliex ma nkunu nistg\u0127u qatt insiru nafu l-verit\u00e0 meta l-affarijiet ise\u0127\u0127u bil-mo\u0127bi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ninsab konvint li lil Robert Abela ma \u0127arbitlux minn ta\u0127t ilsienu: dan jaf sewwa li diskursati bil-mo\u0127bi mal-\u0121udikanti m&#8217;humiex permissibbli. U ng\u0127id li ma \u0127arbitlux u g\u0127amilha apposta g\u0127aliex, bl-istqarrija li g\u0127amel, fl-im\u0127u\u0127 tan-nies da\u0127\u0127al l-idea li l-\u0121udikatura tinsab ta\u0127t l-influwenza tieg\u0127u. Dak li stqarr g\u0127aldaqstant stqarru apposta b&#8217;dan it-tir f&#8217;mo\u0127\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-kodi\u010bi tal-etika li jorbot lill-\u0121udikanti, <strong>jorbot lilu wkoll<\/strong>. Daqs kemm huwa kontra l-etika li ma\u0121istrat jit\u0127addet privatament dwar sentenzi mal-prim ministru, daqstant ie\u0127or huwa kontra l-etika meta l-prim ministru jie\u0127u sehem f&#8217;ta\u0127ditiet b\u0127al dawn.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-prim ministru kiser ir-regoli tal-etika. Skont dawn ir-regoli, prim ministru ma jistax imur lil hinn mil-limiti tas-setg\u0127a li tag\u0127tih il-li\u0121i u dawn il-limiti j\u017commuh milli jinda\u0127al lill-\u0121udikatura. Il-motivazzjoni wara dawn il-limiti hi li l-prim ministru di\u0121\u00e0 g\u0127andu setg\u0127a bi\u017c\u017cejjed biex jindirizza l-kwistjonijiet dwat il-qorti li huwa lmenta dwarhom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Xog\u0127olu huwa dak li jsewwi n-nuqqasijiet fil-pulizija u fil-prosekuzzjonijiet.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk il-prim ministru jidhirlu li s-sentenzi li qed jing\u0127ataw m&#8217;humiex \u0127orox bi\u017c\u017cejjed, b\u0127ala mexxej tal-ma\u0121\u0121oranza parlamentari huwa g\u0127andu s-setg\u0127a li din is-sitwazzjoni jirran\u0121aha ming\u0127ajr ma jag\u0127mel pressjoni fuq il-\u0121udikatura. Kif ilmenta l-biera\u0127 il-prim ministru, huwa minnu li l-\u0121udikanti g\u0127andhom it-tendenza li jaqtg\u0127u s-sentenzi tag\u0127hom skont kif ikunu nqatg\u0127u fl-img\u0127oddi u li jekk tradizzjonalment g\u0127al \u010berti delitti ma ting\u0127atax piena \u0127arxa, g\u0127andhom it-tendenza li jkomplu jag\u0127mlu dan. I\u017cda hu, b\u0127ala prim ministru, g\u0127andu s-setg\u0127a li din it-tendenza jibdilha g\u0127aliex il-pre\u010bedent huwa konsiderazzjoni sekondarja. Li jg\u0127odd huwa dak li tipprovdi l-li\u0121i.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk il-prim ministru m&#8217;huwiex kuntent bil-mod kif il-\u0121udikanti qed jaqtg\u0127u s-sentenzi tag\u0127hom fejn tid\u0127ol il-piena li ting\u0127ata skont il-li\u0121i, huwa g\u0127andu s-setg\u0127a li jmur il-Parlament u jibdel il-li\u0121ijiet biex ikunu jistg\u0127u jing\u0127ataw pieni aktar \u0127orox. Biex in\u0121ib e\u017cempju, jekk skont il-li\u0121i l-piena g\u0127al min iboss fil-pubbliku hi ta&#8217; bejn sena u g\u0127axar snin \u0127abs u Robert Abela m&#8217;huwiex kuntent bil-fatt li l-\u0121udikanti qed jag\u0127\u017clu l-piena minima ta&#8217; sena \u0127abs g\u0127al min iboss fil-pubbliku, g\u0127andu kull dritt li jmur il-Parlament u jemenda l-li\u0121i biex il-piena ssir ta&#8217; bejn g\u0127axar u g\u0127oxrin sena \u0127abs. M&#8217;hemmx g\u0127alfejn joqg\u0127od jiltaqa&#8217; mal-\u0121udikanti bil-mo\u0127bi. U m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn joqg\u0127od jilg\u0127ab g\u0127all-gallarija u g\u0127all-applawsi b&#8217;diskori mqanqla.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">X&#8217;qed i\u017commu li jmur il-Parlament biex jemenda l-li\u0121ijiet? Xi skop hemm wara dawn ix-xenati kollha li qed iservu biex jag\u0127mlu pressjoni fuq il-\u0121udikanti?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Sempli\u010bi. G\u0127aliex il-kwistjoni kollha li tqanqlet m&#8217;g\u0127andha x&#8217;taqsam xejn mal-\u0121lieda kontra l-kriminalit\u00e0. I\u017cda g\u0127andha x&#8217;taqsam \u0127afna ma&#8217; prim ministru li jrid jurina x&#8217;setg\u0127a kbira g\u0127andu &#8211; setg\u0127a li sa\u0127ansitra tmur lil hinn mis-setg\u0127a imperjali li di\u0121\u00e0 jag\u0127tuh il-li\u0121ijiet tal-pajji\u017c. Irid jurina li s-setg\u0127a tieg\u0127u m&#8217;g\u0127andhiex limiti u li jekk ikun irid i\u010bempel ma\u0121istrat u jiddettalu kif g\u0127andu jaqta&#8217; sentenza, m&#8217;hux ser jiddejjaq jifta\u0127ar b&#8217;dan pubblikament.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ilni nilmenta 5 snin s\u0127a\u0127 li d-demokrazija f&#8217;pajji\u017cna qed titnaqqar ftit ftit u lest na\u0127fer lil dawk li qatt ma \u0127aduni bis-serjet\u00e0. I\u017cda l-pro\u010bess tal- qerda huwa wie\u0127ed twil u s-sikkina Laburista m&#8217;hix wa\u0127da msinna.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Sakemm jibqa&#8217; jkollhom l-applawsi, kollox sew.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Kollox sew sakemm sa\u0127ansitra anki l-\u0121udikanti jibqg\u0127u jiftakru min tassew jinsab idoqq l-istrumenti tal-mu\u017cika.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fid-diskors tieg\u0127u tal-biera\u0127 il-prim ministru stqarr li huwa kien tkellem ma&#8217; ma\u0121istrat, li ismu jew isimha ma ssemmiex, dwar dak li hu jqis b\u0127ala sentenzi tal-qorti li ma jag\u0127tux pieni \u0127orox. Robert Abela \u0127adem fil-qorti g\u0127al snin twal. Jaf ben tajjeb li, anki f&#8217;diskursati ta&#8217; natura privata, ma jistax jaqbad u jitkellem ma&#8217; ma\u0121istrat dwar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":113918,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/113922\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=113922"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/113922\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":113940,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/113922\/revisions\/113940\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/113918\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=113922"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=113922"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=113922"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}