{"id":11411,"date":"2018-10-06T18:12:47","date_gmt":"2018-10-06T16:12:47","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=11411"},"modified":"2018-10-08T13:11:38","modified_gmt":"2018-10-08T11:11:38","slug":"gejja-u-sejra-l-garra-tal-ghalliema-fl-ahhar-inkisret","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/gejja-u-sejra-l-garra-tal-ghalliema-fl-ahhar-inkisret\/","title":{"rendered":"\u0120ejja u sejra, l-\u0121arra tal-g\u0127alliema fl-a\u0127\u0127ar inkisret"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-11401\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/evarist_bartolo_joseph_muscat.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"400\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/evarist_bartolo_joseph_muscat-300x175.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/evarist_bartolo_joseph_muscat-462x270.jpeg 462w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/evarist_bartolo_joseph_muscat.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>L-G\u0127aqda tal-G\u0127alliema &#8211; il-MUT &#8211; \u0121ieg\u0127let lill-gvern iwarrab mill-Parlament ir-riformi li kien qed jipproponi. Kif stqarr Evarist Bartolo stess, dak li \u0121ara&#8217; x&#8217;aktarx kien ming\u0127ajr pre\u010bedent. Mhux l-ewwel darba li smajna b&#8217;Ministru li jkun ikollu jre\u0121\u0121a&#8217; lura xi avvi\u017c legali li jkun sar bil-g\u0127a\u0121\u0121la. I\u017cda meta jitwarrab g\u0127al kollox abbozz ta&#8217; li\u0121i li jkun di\u0121\u00e0 g\u0127adda minn g\u0127add ta&#8217; stadji fil-Parlament, il-gvern ikun \u010beda l-armi bl-g\u0127eruq u x-xniexel.<\/p>\n<p>Il-MUT mhux biss lill-gvern \u0121ieg\u0127litu j\u010bedi. \u0120ieg\u0127let lill-Parlament i\u010bedi wkoll. Ma tantx konna smajna diskorsi dwar dan l-abbozz ta&#8217; li\u0121i min-na\u0127at kollha tal-Parlament u issa ebda na\u0127a m&#8217;hi se jkollha l-opportunit\u00e0 li tivvota favurih jew kontrih.<\/p>\n<p>B&#8217;din l-esperjenza, l-gvern instamat bil-kbir. Mhux imdorri li jkollu min jirre\u017cistih b&#8217;daqstant sa\u0127\u0127a b\u0127alma rre\u017cistew\u0127 l-g\u0127alliema. F&#8217;sitwazzjonijiet simili, l-gvern is-soltu jimmobilizza l-alleati li jkollu f&#8217;qasam partikolari u jiddemonizza lill-avversarju. U l-g\u0127alliema m&#8217;humiex mira daqstant diffi\u010bli g\u0127al trattament b\u0127al dan.<\/p>\n<p>Madankollu, f&#8217;dan il-ka\u017c lil Evarist Bartolo malajr \u017celqitlu minn idej\u0127. U kien messu nteba\u0127 li, bil-\u0121arra \u0121ejja u sejra, meta tg\u0127ajjarhom g\u0127a\u017c\u017cenin, imfissdin, neqsin mill-professjonalit\u00e0 u \u0127addiema bin-nofs ta&#8217; nhar, dik il-\u0121arra fl-a\u0127\u0127ar se tinkiser.<\/p>\n<p>Bla dubju kien hemm falliment tal-pro\u010bess le\u0121islattiv. L-g\u0127odda b&#8217;ri\u017cq id-djalogu so\u010bjali, id-djalogu politiku miftu\u0127 u n-nuqqas ta&#8217; qbil li jista&#8217; jwassal biex wie\u0127ed jitg\u0127allem u jtejjeb dak li jipproponi l-gvern, sfaw fix-xejn grazzi g\u0127all-ambjent li \u0127oloq il-gvern li permezz tieg\u0127u wera&#8217; li kien bi \u0127siebu jimponi.<\/p>\n<p>Tajjeb jew \u0127a\u017cin, peress li l-gvern imdorri jara li tg\u0127addi tieg\u0127u, qatt ma tg\u0127allem jinnegozja g\u0127ax jippretendi li kul\u0127add g\u0127andi jbaxxi rasu.<\/p>\n<p>F&#8217;demokrazija normali, tkun \u0127a\u0121a ta&#8217; barra minn hawn jekk tipprova tg\u0127addi mill-Parlament pakkett le\u0121islattiv kumpless b\u0127al dan ming\u0127ajr ma tkun ikkonsultjat minn qabel ma dawk li jkunu se jintlaqtu. Malta m&#8217;g\u0127andhiex xi bokka b&#8217;Joseph Muscat daqs kemm ming\u0127alih li g\u0127andha bih.<\/p>\n<p>Il-MUT g\u0127amlet sew li sfidat il-kunfidenza \u017cejda tieg\u0127u meta, hu u jipprova jilg\u0127abha tal-ors mag\u0127ha, kixfitlu l-karti kollha.<\/p>\n<p>\u2018Waqqfu l-istrajk u a\u0127na mbag\u0127ad inwarrbu r-riformi,\u2019 Joseph Muscat qal lill-MUT b\u0127allikieku kien qed jit\u0127addet mas-salt lag\u0127qa li hu mdorri jag\u0127milha mag\u0127hom. Tawh risposta xierqa billi lebbtulu &#8216;l barra mill-kamra.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>L-g\u0127alliema lill-prim ministru qalulu: jekk tittrattana b\u0127at-tfal, malajr nuruk kemm g\u0127ad fadallek x&#8217;titg\u0127allem.<\/p>\n<p>U e\u017catt b\u0127al dak il-<em>bully<\/em> li jkun \u0121ie dixxiplinat, in-nofs tbissima ta&#8217; fuq wi\u010b\u010bu kellha ttirlu mar-ri\u0127, l-arroganza li beda&#8217; biha dabitlu u kellu j\u010bedi l-armi bit-twarrib tal-li\u0121i li ried ig\u0127addi.<\/p>\n<p>Hekk kif din il-\u0121img\u0127a l-MUT wriet li lesta tiqaflu, x&#8217;aktarx li jkun hemm o\u0127rajn li jit\u0127ajjru jag\u0127mlu b\u0127alhom. M&#8217;hemmx dubju li xi kultant je\u0127tie\u0121 li lill-kbir Joseph ng\u0127idulu &#8220;le&#8221;.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-G\u0127aqda tal-G\u0127alliema &#8211; il-MUT &#8211; \u0121ieg\u0127let lill-gvern iwarrab mill-Parlament ir-riformi li kien qed jipproponi. Kif stqarr Evarist Bartolo stess, dak li \u0121ara&#8217; x&#8217;aktarx kien ming\u0127ajr pre\u010bedent. Mhux l-ewwel darba li smajna b&#8217;Ministru li jkun ikollu jre\u0121\u0121a&#8217; lura xi avvi\u017c legali li jkun sar bil-g\u0127a\u0121\u0121la. I\u017cda meta jitwarrab g\u0127al kollox abbozz ta&#8217; li\u0121i li jkun di\u0121\u00e0 [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":11401,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11411\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=11411"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11411\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":11465,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/11411\/revisions\/11465\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/11401\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=11411"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=11411"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=11411"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}