{"id":115063,"date":"2023-04-08T08:52:48","date_gmt":"2023-04-08T06:52:48","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=115063"},"modified":"2023-04-08T20:09:27","modified_gmt":"2023-04-08T18:09:27","slug":"jason-azzopardi-mghandu-bzonn-lil-hadd-biex-jaqbez-ghalih-izda-l-klijenti-tieghu-jehtieg-li-jkun-hemm-min-jaqbez-ghalihom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2023\/04\/jason-azzopardi-mghandu-bzonn-lil-hadd-biex-jaqbez-ghalih-izda-l-klijenti-tieghu-jehtieg-li-jkun-hemm-min-jaqbez-ghalihom\/","title":{"rendered":"Jason Azzopardi m&#8217;g\u0127andu b\u017conn lil \u0127add biex jaqbe\u017c g\u0127alih. I\u017cda l-klijenti tieg\u0127u je\u0127tie\u0121 li jkun hemm min jaqbe\u017c g\u0127alihom"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-115054\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/2_carhire_caption_0_-_christian_borg_and_tyson_grech.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"452\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/2_carhire_caption_0_-_christian_borg_and_tyson_grech-200x132.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/2_carhire_caption_0_-_christian_borg_and_tyson_grech-300x198.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/2_carhire_caption_0_-_christian_borg_and_tyson_grech-400x264.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/2_carhire_caption_0_-_christian_borg_and_tyson_grech-600x396.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/2_carhire_caption_0_-_christian_borg_and_tyson_grech.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Lil min ma jaraniex \u0127elwin, ma nlaqqmu\u0127x li huwa mafju\u017c kif \u0121ieb u la\u0127aq. Dan m&#8217;huwiex xi laqam li joqg\u0127od tajjeb ma&#8217; kull \u010birkostanza ostili. Li kieku kellna napplikaw il-laqam b&#8217;dan il-mod, inkunu qed in\u010bajpru t-tifsira vera tieg\u0127u u nibdew nag\u0127mlu \u0127afna g\u0127a\u0121eb fuq kollox.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/no-deposit-cars-mocks-jason-azzopardi-happy-easter-poster.1024058\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-<em>poster <\/em>li ddendel fil-vetrina tan-negozju ta&#8217; karrozzi sekondaman ta&#8217; Christian Borg li jiddie\u0127ek b&#8217;Jason Azzopardi<\/a> kien jixba\u0127 il-<a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/111318\/silly_seasons_billboard_feud_labour_hits_back_with_jason_azzopardi_hotel_freebie#.ZDEOqi8RpQI\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><em>billboard<\/em>s li kien rama&#8217; l-Partit Laburista fi \u017cmien meta Azzopardi kien attiv fil-politika<\/a>. L-eks mara tieg\u0127u kienet stqarret li hu kien qalilha li kien g\u0127amel lejl jitlob fuq il-qabar ta&#8217; Kristu meta fil-fatt kien f&#8217;lukanda mas-sie\u0127ba tieg\u0127u. Bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; din il-gidba matrimonjali, Jason Azzopardi spi\u010b\u010ba f&#8217;ilsien in-nies. B&#8217;xorti tajba, l-pajji\u017c ma sema&#8217; ebda sku\u017ca <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/womens-section-condemns-publication-cutajar-chats-first-pl-reaction.1020877\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">b\u0127al dik li ppruvat i\u0121\u0121ib Rosianne Cutajar<\/a>, fis-sens li l-\u0127ajja privata tieg\u0127u kienet \u0121iet ivvjolata.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dakinhar li tal-Labour iddie\u0127ku b&#8217;Jason Azzopardi permezz ta&#8217; kampanja bil-<em>billboards,<\/em> kienu ppruvaw jisfruttaw il-vulnerabilit\u00e0 ta&#8217; politiku bl-iskop li jwe\u0121\u0121g\u0127uh g\u0127aliex dan ma waqafx jiqfilhom u j\u0121ieg\u0127lhom ikunu kontabbli g\u0127al g\u0127emilhom bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; xog\u0127ol assidwu u bil-\u0127ila kollha tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Christian Borg, is-sie\u0127eb fin-negozju ta&#8217; Robert Abela u persuna li qed ti\u0121i investigata dwar delitti vjolenti, dwar qerq u gideb u dwar \u0127tif ta&#8217; persuni, jidher li qatag\u0127ha li ju\u017ca l-metodi tal-Partit Laburista bil-g\u0127an li jiskredita lil Jason Azzopardi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Tafu r-ra\u0121uni x&#8217;inhi? Jason Azzopardi huwa l-avukat ta&#8217; numru ta&#8217; persuni li kienu xtraw karozzi sekondaman ming\u0127and Christian Borg u li kienu ngidmu min\u0127abba qerq. Dawn tellg\u0127u lil Christian Borg il-qorti bil-g\u0127an li jit\u0127allsu tad-danni li sofrew. G\u0127ad iridu j\u0121ibu l-provi fil-qorti ta&#8217; dawn id-danni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Christian Borg u, mid-dehra, Joseph Camenzuli &#8211; l-fotografu personali ta&#8217; Joseph Muscat &#8211; ma jidhirx li ser ikollhom difi\u017ca valida x&#8217;joffru fil-qorti hekk kif jin\u0121iebu dawn il-provi mill-vittmi tal-qerq tag\u0127hom. U g\u0127aldaqstant qed jirrikorru g\u0127all-intimidazzjoni bil-g\u0127an li j\u0121ieg\u0127lu lil dawn il-vittmi j\u010bedu l-armi. Id-ditta ta&#8217; Christian Borg xandret filmati fil-<em>Facebook<\/em> li llegalment identifikaw il-klijenti mqarrqa tag\u0127ha billi g\u0127amlet u\u017cu minn informazzjoni li kellu f&#8217;idejh Christian Borg strettament g\u0127all-iskopijiet tan-negozju. Din l-informazzjoni intu\u017cat biex tag\u0127mel \u0127sara u pubblikament tumilja lil dawn il-klijenti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-<em>poster<\/em> li j\u0121ib ix-xbieha ta&#8217; Jason Azzopardi ttella&#8217; bil-g\u0127an li n-nies tiddie\u0127ek bih. I\u017cda ttella&#8217; wkoll bil-g\u0127an li \u0121\u0121ieg\u0127el lill-klijenti tieg\u0127u jaqtg\u0127u qalbhom li qatt xi darba tista&#8217; ssir \u0121ustizzja mag\u0127hom.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-115056\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17.png\" alt=\"\" width=\"1366\" height=\"476\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17-200x70.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17-300x105.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17-400x139.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17-600x209.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17-768x268.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17-800x279.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/04\/Screenshot-2023-04-08-at-08.52.17.png 1024w\" sizes=\"(max-width: 1366px) 100vw, 1366px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Kif sewwa stqarret Monique Agius il-biera\u0127, ji\u017cbalja min iqis il-<em>poster<\/em> b\u0127ala mezz biex wie\u0127ed &#8220;jiddie\u0127ak&#8221;. M&#8217;hemmx ebda satira dwar persuni pubbli\u010bi f&#8217;dan kollu. Christian Borg m&#8217;huwiex xi artist jew kummentatur dwar kwistjonijiet so\u010bjali. I\u017cda huwa l-kap ta&#8217; organizzazzjoni kriminali li lesta tu\u017ca l-g\u0127odod kollha &#8211; kemm jekk ikunu legali jew anki illegali kompriz id-dritt tal-kelma \u0127ielsa &#8211; biex jil\u0127aq l-g\u0127anijiet illegali tieg\u0127u u, f&#8217;dan il-ka\u017c, biex jimbrolja lill-klienti tieg\u0127u. Din m&#8217;hi xejn \u0127lief azzjoni ta&#8217; intimidazzjoni u ta&#8217; theddid.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jason Azzopardi rasu iebsa u ma j\u010bedix kif \u0121ieb u le\u0127aq. I\u017cda jista&#8217; jing\u0127ad l-istess g\u0127all-klijenti tieg\u0127u?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U xi ng\u0127idu g\u0127al dawk kollha li kellhom xi forma ta&#8217; negozju ma&#8217; Christian Borg u li issa nteb\u0127u li \u0121ew milg\u0127uba minnu? Dawn ser ikollhom il-kura\u0121\u0121 li j\u0127arrku bniedem li ma jiddardarx li jag\u0127mel l-arja g\u0127ax g\u0127andu lil min jaqilg\u0127u u dan sabiex ikunu jistg\u0127u j\u0127arsu l-interessi tag\u0127hom?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Tafu li dan il-bniedem, flimkien ma&#8217; \u010borma ta&#8217; manigoldi, kien \u0127ataf u arresta kontra r-rieda tag\u0127ha persuna li rieduha li tkun kompli\u010bi fl-im\u0121ieba kriminali tag\u0127hom?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fuq kollox, min g\u0127ad jit\u0127ajjar ig\u0127id &#8220;le&#8221; lil Christian Borg ser jiftakar li Robert Abela jinsab &#8220;midjun&#8221; ma&#8217; Christian Borg. Kien l-avukat tieg\u0127u u kien g\u0127amel kemxa mill-attivit\u00e0 tieg\u0127u. Robert Abela g\u0127aldaqstant ser ji\u017cgura li Christian Borg jibqa&#8217; bla mittiefes u jibqa&#8217; jgawdi l-impunit\u00e0 biex ikun jista&#8217; j\u0127ares l-interessi tieg\u0127u, jag\u0127mel x&#8217;jag\u0127mel.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ta&#8217; min isemmi li, f&#8217;dan il-ka\u017c, Christian Borg mexa&#8217; fuq il-passi tal-Partit Laburista. Ta&#8217; min isemmi wkoll li, bil-g\u0127an li jippruvaw jiskreditawh u jimminawh, lil Jason Azzopardi g\u0127amlulu minn kollox biex jisfruttaw il-vulnerabilitajiet tieg\u0127u. Bosta huma dawk li g\u0127adhom ja\u0127sbu li, f&#8217;dan il-ka\u017c, il-Partit Laburista \u0121ab ru\u0127u ta&#8217; partit politiku meta fil-fatt \u0121ab ru\u0127u e\u017catt bil-mod kif \u0121ab ru\u0127u Christian Borg: ji\u0121ifieri b\u0127al dawk il-kriminali li jag\u0127mlu l-almu kollu tag\u0127hom biex ig\u0127attu xturhom billi jippruvaw jiskreditaw u jintimidaw lil dawk li jikxfuhom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Te\u017cisti rabta bejn il-kampanji stori\u010bi tal-Partit Laburista kontra Jason Azzopardi u l-kampanja ta&#8217; Christian Borg. Hi rabta li tixba\u0127 dik li te\u017cisti bejn Robert Abela u Christian Borg.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127aldaqstant hawn g\u0127andna organizzazzjoni kriminali li tu\u017ca l-g\u0127odda tal-intimidazzjoni u tat-theddid bil-g\u0127an li ti\u017cgura li tkompli terda&#8217; l-profitti minn negozji le\u0121ittimi tag\u0127ha u dan billi sserra\u0127 fuq l-a\u010b\u010bess s\u0127i\u0127 li g\u0127andha g\u0127as-setg\u0127a li g\u0127andhom politi\u010bi u uffi\u010bjali li huma kompromessi.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Lil min ma jaraniex \u0127elwin, ma nlaqqmu\u0127x li huwa mafju\u017c kif \u0121ieb u la\u0127aq. Dan m&#8217;huwiex xi laqam li joqg\u0127od tajjeb ma&#8217; kull \u010birkostanza ostili. Li kieku kellna napplikaw il-laqam b&#8217;dan il-mod, inkunu qed in\u010bajpru t-tifsira vera tieg\u0127u u nibdew nag\u0127mlu \u0127afna g\u0127a\u0121eb fuq kollox. Il-poster li ddendel fil-vetrina tan-negozju ta&#8217; karrozzi sekondaman ta&#8217; Christian [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":115055,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/115063\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=115063"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/115063\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":115073,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/115063\/revisions\/115073\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/115055\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=115063"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=115063"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=115063"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}