{"id":115719,"date":"2023-05-09T08:09:53","date_gmt":"2023-05-09T06:09:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=115719"},"modified":"2023-05-09T19:02:48","modified_gmt":"2023-05-09T17:02:48","slug":"ghall-qerq-hadd-mghandu-l-hila-jhabbatha-maghhom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2023\/05\/ghall-qerq-hadd-mghandu-l-hila-jhabbatha-maghhom\/","title":{"rendered":"G\u0127all-qerq, \u0127add m&#8217;g\u0127andu l-\u0127ila li j\u0127abbatha mag\u0127hom"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127adha kemm inbdiet kampanja mmirata biex tiskredita lil Repubblika u l-kbir g\u0127adu \u0121ej. G\u0127ad m&#8217;hix mag\u0127rufa l-identit\u00e0 ta&#8217; dak jew ta&#8217; dawk li qed iniedu din il-kampanja u dan mhux biss g\u0127aliex l-id li qed tix\u0127et il-velenu tinsab mo\u0127bija. Je\u017cistu diversi g\u0127ejjun li jista&#8217; g\u0127andhom il-motiv u l-opportunit\u00e0 u g\u0127alissa diffi\u010bli li wie\u0127ed ig\u0127id ir-ri\u0127a minn fejn \u0121ejja.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Meta tkun g\u0127amilt sitt snin s\u0127a\u0127 timmilita favur il-\u0121ustizzja int u tinsisti li l-\u0127allelin &#8211; ilkoll kemm huma &#8211; g\u0127andhom jie\u0127du dak li \u0127aqqhom, dawk li jifhmu li din il-militanza jista&#8217; jkollha l-effett li taqfilhom f&#8217;\u010bella g\u0127andhom kull interess li jippruvaw jimminawk.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">M&#8217;hemm xejn \u0121did fil-mod kif dawn qed i\u0121ibu ru\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn hawn isfel lejn l-i<em>screenshot<\/em> minn <em>blog post<\/em> li dehret il-biera\u0127\u00a0 <a href=\"https:\/\/www.europeanbusinessreview.com\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">f&#8217;<em>website<\/em> li j\u0121ib l-isem <em>European Business Review<\/em><\/a>. Din il-kitba ma tantx damet imtella&#8217; u min jipprova jfittixha mhux ser isibha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-115711\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/WhatsApp-Image-2023-05-08-at-15.11.55-2.jpeg\" alt=\"\" width=\"470\" height=\"724\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/WhatsApp-Image-2023-05-08-at-15.11.55-2-195x300.jpeg 195w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/WhatsApp-Image-2023-05-08-at-15.11.55-2-200x308.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/WhatsApp-Image-2023-05-08-at-15.11.55-2-400x616.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/WhatsApp-Image-2023-05-08-at-15.11.55-2.jpeg 470w\" sizes=\"(max-width: 470px) 100vw, 470px\" \/>It-titlu tal-artiklu jsejja\u0127 lil Repubblika b\u0127ala g\u0127aqda &#8220;korrotta&#8221; u l-kontenut jirrepeti xiljiet li di\u0121\u00e0 ilhom isiru kontra din l-NGO, ji\u0121ifieri li hi \u201cpolitikament parti\u0121\u0121jana\u201d, li hi &#8220;kontra l-gvern&#8221; u li Repubblika \u201crrifjutat li tikxef lil min jiffinanzjaha\u201d.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Min ikun &#8220;politikament parti\u0121\u0121jan&#8221; u &#8220;kontra l-gvern&#8221; ma jfissirx li huwa wkoll korrott. U\u00a0 Repubblika tinsab marbuta bl-obbligi legali dwar ir-rappurta\u0121\u0121 u l-iskrutinju li jorbtu lill-NGO&#8217;s kollha u g\u0127aldaqstant, lanqas li kieku dan ridnieh, ma nistg\u0127u qatt na\u0127bu informazzjoni dwar il-finanzjament tag\u0127na u dwar il-mod kif nonfqu l-flus. Repubblika kienet fil-mira tar-regolatur li fuqha insista li jag\u0127mel awditjar spe\u010bjali u minn dan l-awditjar qatt ma rri\u017culta li kien hemm xi \u0127a\u0121a rregolari.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan l-artiklu fih \u017cew\u0121 xiljiet li huma \u0121odda. Wa\u0127da mix-xiljiet hi li l-protesti li kienu saru minn Repubblika fl-2019 kienu &#8220;kontra l-etika&#8221; g\u0127aliex, skont l-awtur tal-artiklu, kienet saret protesta quddiem id-dar ta&#8217; ministru tal-gvern u kienu \u0121ew mhedda uliedu. Jekk dan l-in\u010bident ma tiftakarx li kien se\u0127\u0127, ma jfissirx li l-memorja tieg\u0127ek qed tbatti. Ifisser biss li din ix-xilja hi msejsa fuq gidba \u0127oxna.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-awtur tal-artiklu kiteb ukoll li, wara l-g\u0127a\u0121eb kollu li kienet g\u0127amlet Repubblika meta \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia (lil Daphne l-awtur jirreferi g\u0127aliha fil-maskil x&#8217;aktarx min\u0127abba li l-artiklu nqaleb g\u0127all-Ingli\u017c permezz tal-<em>google<\/em>), \u0121ie injorat l-attakk fi\u017ciku li se\u0127\u0127 fl-2019 minn &#8220;membri tal-oppo\u017cizzjoni&#8221; kontra l-\u0121urnalista Amira Tatayea Bangura.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/monitor.civicus.org\/explore\/journalist-attacked-supporters-ruling-party\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Huwa minnu li Amira Tatayea Bangura kienet \u0121iet attakkata fi\u017cikament fl-2019 minn attivisti tal-oppo\u017cizzjoni f&#8217;pajji\u017cha s-Sierra Leone.<\/a> U talli ma kienet semmiet xejn dwar dan l-in\u010bident fil-kampanja li nidiet f&#8217;Malta favur \u0121ustizzja g\u0127al Daphne Caruana Galizia, l-awtur tal-artiklu jg\u0127id li din hi prova li Repubblika \u201caktar mo\u0127\u0127ha li tie\u0127u vanta\u0121\u0121 politiku milli ti\u0121\u0121ieled favur id-drittijiet tal-bniedem\u201d.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Erbat ijiem ilu xxandar &#8220;rapport&#8221; ie\u0127or fil-\u201c<em>Blog King<\/em>\u201d. <a href=\"https:\/\/socialsio.com\/blow-to-public-trust-in-malta-ngo-repubblica\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ir-rapport fil-<em>website<\/em> ilu madwar xahar li ttella&#8217;.<\/a> Lili rriferew g\u0127alija b\u0127ala &#8220;eks-president&#8221; ta&#8217; Repubblika (qatt ma kont) u kitbu li jien kont \u0127bejt ir-&#8220;rabtiet&#8221; li kelli ma&#8217; Satabank meta kont ktibt dwar l-g\u0127eluq tag\u0127ha u li kont \u0127bejt il-fatt li marti Clemence kienet kreditri\u010bi tal-bank meta dan g\u0127alaq. Dan huwa minnu g\u0127aliex marti kellha tie\u0127u \u20ac3 (iva, tliet ewro u bla \u017cerijiet) minn kont mal-bank li ng\u0127alaq li ma kienux bi\u017c\u017cejjed biex ikopru l-ispejje\u017c legali u multi li kelli n\u0127allas u li d\u0127alt fihom meta fil-prim istanza kont tlift il-kaw\u017ca SLAPP li s-sid korrott ta&#8217; dan il-bank kien g\u0127amel kontra tieg\u0127i.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ir-rapport ikompli billi jitka\u017ca li w\u0127ud mill-attivisti ta&#8217; <em>Occupy Justice<\/em> huma membri ta&#8217; Repubblika u li Repubblika u d-<em>Daphne Caruana Galizia Foundation<\/em> iqabbdu l-istess avukati. G\u0127a\u0121eb tal-g\u0127e\u0121ubijiet!<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U mbag\u0127ad x&#8217;aktarx li l-id li tellg\u0127et dawn il-kitbiet tikxef il-motivazzjonijiet tag\u0127ha meta kkonkludiet kif \u0121ej: <em>\u201cL-g\u0127an ewlieni ta&#8217; Repubblika hu li jintag\u0127raf b\u0127ala l-aqwa avversarju tal-Pilatus Bank u tal-korruzzjoni tal-gvern Malti. L-argument tag\u0127hom huwa msejjes fuq il-kxif ta&#8217; Pilatus Bank b\u0127ala l-qofol tal-\u0127a\u017cen. Fl-istess waqt, iridu jintg\u0127arfu b\u0127ala attivisti ideali li jimmilitaw favur il-\u0121ustizzja<\/em>\u201d.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan m&#8217;hu xejn \u0127lief qerq. L-awtur lanqas biss jindenja ru\u0127u li jipprova jkun kredibbli f&#8217;kitbietu. Lanqas biss jipprova jigdeb &#8220;sewwa&#8221; u dan g\u0127aliex kampanja ta&#8217; qerq ma tista qatt titqieg\u0127ed fi\u010b-\u010bentru tal-attenzjoni. Gidba li ti\u0121i mg\u0127arbla, malajr ti\u0121\u0121arraf u l-vittma tal-gideb jispi\u010b\u010ba biex jissa\u0127\u0127a\u0127. Dawn il-kitbiet huma miktubin b&#8217;mod ta&#8217; kafkaf mhux g\u0127aliex l-awturi huma persuni inkompetenti. Miktubin ta&#8217; kafkaf g\u0127aliex l-awturi ma jridukx tg\u0127addi kitbiethom minn g\u0127arbiel.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Iriduk biss li f&#8217;mo\u0127\u0127ok ta\u010b\u010betta li Repubblika u dawk li jmexxuha ma tistax torbot fuqhom u li jista&#8217; jkun hemm alternattiva g\u0127al dak li jg\u0127idu u li jinsistu dwaru. Ji\u0121ifieri li Repubblika g\u0127andha x-xtur x&#8217;ta\u0127bi u li g\u0127alhekk m&#8217;g\u0127andhiex ti\u0121i fdata.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan it-triq di\u0121\u00e0 konna g\u0127addejna minnha fl-img\u0127oddi. \u017bew\u0121t isjuf ilu kienu g\u0127amlu kampanja dilettanteska kontrija personali u ppruvaw ibag\u0127bsu bl-artikli tieg\u0127i dwar Yorgen Fenech biex jag\u0127tu lil wie\u0127ed x&#8217;jifhem li jien kont qed naqbe\u017c g\u0127alih. Araw naqra x&#8217;\u0121enn!<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Sforz din il-kampanja qarrieqa, jien kont \u0127ri\u0121t twissija u meta, waqt intervista, kont g\u0127idt li kien bi \u0127siebni nitlaq mill-pajji\u017c g\u0127al xi \u017cmien g\u0127ax kont qed in\u0127ossni ta\u0127t pressjoni, kien hemm min xlieni &#8211; dan minn fost il-mezzi tax-xandir indipendenti &#8211; li kont qed nipprova nilg\u0127abha tal-vittma u li kont qed nigdeb. Il-\u0127sara lill-kredibilit\u00e0 tieg\u0127i kienet le\u0127qet saret u ebda kjaraifika jew spjegazzjoni ma kienet ser issewwi din l-\u0127sara. M&#8217;g\u0127andi ebda ndiema li kont \u0121ibt ru\u0127i kif \u0121ibt ru\u0127i, i\u017cda dak li g\u0127addejt minnu jien ma nixtieqx li tg\u0127addi minnu\u00a0 Repubblika.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ix-xog\u0127ol li qed twettaq Repubblika huwa importanti. Jekk dan ix-xog\u0127ol jitwaqqaf, ikun tilef il-pajji\u017c u jkunu reb\u0127u l-kriminali. U l-kriminali m&#8217;hux ser jieqfu milli jkomplu jippruvaw jimminawna.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-115713\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17.png\" alt=\"\" width=\"1588\" height=\"1462\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17-200x184.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17-300x276.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17-400x368.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17-600x552.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17-768x707.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17-800x737.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/05\/Screenshot-2023-05-09-at-08.07.17.png 1024w\" sizes=\"(max-width: 1588px) 100vw, 1588px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-\u0126add li g\u0127adda, b'&#8221;kumbinazzjoni&#8221;, l-\u0121urnal Illum xandar rapport b&#8217;dettalji dwar twe\u0121iba parlamentari ta&#8217; Byron Camilleri. Dan intalab jipprovdi lista ta&#8217; dawk l-g\u0127aqdiet li bbenefikaw minn donazzjonijiet ming\u0127and dawk li applikaw biex jixtru passaport Malti. F&#8217;din il-lista hemm l-ismijiet ta&#8217; Repubblika u tal-Moviment Graffitti. Dawn tal-a\u0127\u0127ar stqarrew li tbell\u0127u, kif konna tbella\u0127na a\u0127na, meta semg\u0127u li kienu tqieg\u0127du f&#8217;din il-lista. X&#8217;aktarx li dawn issuspettaw li l-\u0127idma tag\u0127hom biex i\u0127arsu dak li fadal mill-ambjent mir-reg\u0127ba tal-i\u017cviluppaturi setg\u0127et kienet il-motivazzjoni ewlenija ta&#8217; dawk li vvintaw dan l-&#8220;iskandlu&#8221;.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Tal-Illum mhux biss irrappurtaw dwar il-kontenut tat-twe\u0121iba ministerjali. Fuq il-fa\u010b\u010bata ta&#8217; quddiem, b&#8217;\u0127an\u0121ra daqshiex wer\u017cqu li minkejja l-oppo\u017cizzjoni tag\u0127ha g\u0127all-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti, Repubblika kienet \u201ca\u010b\u010bettat\u201d donazzjonijiet ming\u0127and dawk li applikaw biex jixtru passaport.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U g\u0127a\u017clu li jxandru gidba (li g\u0127andhom mnejn i\u0121ibu sku\u017ca li kienet biss malinti\u017c) biex lilna jpin\u0121una b\u0127ala nies ipokriti li jgawdu minn skemi li ma jaqblux mag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">X&#8217;inhu l-impatt ta&#8217; dan kollu? A\u0127sbu ftit f&#8217;dawk li jgawdu mill-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti billi jikru l-kmamar jew djar lill-fanta\u017cmi jew li jit\u0127allsu talli jissottomettu applikazzjoni.\u00a0 Jekk dawn qatt kellhom xi dubji dwar skema li gawdew minnha min\u0127abba l-kritika \u0121usta tag\u0127na msejsa fuq prin\u010bipju, dan iservi biex jikkunslaw u l-ipokresija vera tag\u0127hom jibbilan\u010bjawha mal-ipokresija imma\u0121inarja tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ma nafux g\u0127aliex dan kollu qed jinqala&#8217; proprju issa u ma nafux min qed ikebbes in-nar u g\u0127aliex qed ikebbsuh. I\u017cda nafu li min qed ikebbes in-nar qed jistenna&#8217; l-inkwiet wara biebu min\u0127abba l-\u0127idma tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/police-search-joseph-muscats-home-as-part-of-vitals-corruption-probe.928798\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Aktar minn sena ilu, l-Pulizija g\u0127amlet tfittxija fid-dar ta&#8217; Joseph Muscat u fittxet ukoll il-bagalji tal-iskola ta&#8217; uliedu u dan b&#8217;rabta ma&#8217; inkjesta li erba&#8217; snin ilu konna bdejna a\u0127na dwar il-kwistjoni tal-isptarijiet.<\/a> <a href=\"https:\/\/tvmnews.mt\/news\/il-pn-bdenunzja-biex-il-kummissarju-tal-pulizija-jinvestiga-lil-dawk-involuti-fil-kuntratt-tal-isptarijiet\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Din il-\u0121img\u0127a Bernard Grech u Adrian Delia bil\u0121ri g\u0127amlu rapport u talbu lill-Pulizija tinvestiga kwistjoni li erba&#8217; snin ilu nbdiet inkjesta dwarha u li g\u0127aliha Repubblika kienet bdiet tliet kaw\u017ci fil-qorti waqt li l-PN baqa&#8217; b&#8217;idejh fuq \u017caqqu.<\/a><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fil-qorti g\u0127amilna kaw\u017ca u tlabna l-qorti tannulla l-kuntratt tal-Electrogas. Jekk jirnexxielna nag\u0127mlu dan, ser ji\u0121u effettwati \u0127a\u017cin il-profitti pre\u017centi u dawk futuri li mistennija jag\u0127mlu l-investituri Maltin u l-istat tal-A\u017cerbaj\u0121an.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Bdejna \u0121lieda qalila fil-qorti kontra tal-Pilatus Bank: jekk in\u0121ibuha \u017cew\u0121, g\u0127ad naraw \u0127allelin tal-prima klassi li \u017cgi\u010b\u010baw mill-\u0121ustizzja fl-Amerika jie\u0127du dak li \u0127aqqhom f&#8217;Malta.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Hemm numru kbir ta&#8217; persuni g\u0127onja u setg\u0127ana li huma rrabjati \u0127afna g\u0127al dak kollu li qed twettaq Repubblika u mhux bi \u0127siebhom i\u010bedu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-kbir g\u0127adu \u0121ej. Stennew li taraw lil min imissu jaf a\u0127jar jo\u0127ro\u0121 bl-isku\u017ci banali biex lilna jmur ig\u0127id li m&#8217;g\u0127adux jafdana.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda g\u0127andkom tistennew ukoll li a\u0127na ser nissuktaw bil-\u0127idma tag\u0127na bit-tama li, jekk inkunu onesti mag\u0127na nfusna, fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar g\u0127ad issir \u0121ustizzja.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>G\u0127adha kemm inbdiet kampanja mmirata biex tiskredita lil Repubblika u l-kbir g\u0127adu \u0121ej. G\u0127ad m&#8217;hix mag\u0127rufa l-identit\u00e0 ta&#8217; dak jew ta&#8217; dawk li qed iniedu din il-kampanja u dan mhux biss g\u0127aliex l-id li qed tix\u0127et il-velenu tinsab mo\u0127bija. Je\u017cistu diversi g\u0127ejjun li jista&#8217; g\u0127andhom il-motiv u l-opportunit\u00e0 u g\u0127alissa diffi\u010bli li wie\u0127ed ig\u0127id ir-ri\u0127a [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":115712,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/115719\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=115719"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/115719\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":115737,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/115719\/revisions\/115737\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/115712\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=115719"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=115719"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=115719"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}