{"id":119252,"date":"2023-10-16T08:22:17","date_gmt":"2023-10-16T06:22:17","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=119252"},"modified":"2023-10-16T15:53:16","modified_gmt":"2023-10-16T13:53:16","slug":"min-tassew-kien-il-mohh-wara-l-qerq-fil-beneficcji-tal-mard","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2023\/10\/min-tassew-kien-il-mohh-wara-l-qerq-fil-beneficcji-tal-mard\/","title":{"rendered":"Min tassew kien il-mo\u0127\u0127 wara l-qerq fil-benefi\u010b\u010bji tal-mard?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-119236\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela.jpg\" alt=\"\" width=\"1920\" height=\"1080\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/Andy-Ellul-u-Robert-Abela.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1920px) 100vw, 1920px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-\u0127addiema li ja\u0127dmu fil-ministeri g\u0127andhom \u010berta sa\u0127\u0127a g\u0127aliex ja\u0127dmu qrib \u0127afna tal-ministru u l-fatt biss li dawn igawdu l-fidu\u010bja tieg\u0127u m&#8217;g\u0127andux ikun bi\u017c\u017cejjed. Il-ministri ma jistg\u0127ux ikunu jafu kollox dwar il-\u0127addiema tal-ministeri tag\u0127hom u l-gvern g\u0127andu jag\u0127mel u\u017cu mir-ri\u017corsi li g\u0127andu g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tieg\u0127u biex jg\u0127arbel lil dawk li jag\u0127\u017cel biex jokkupaw po\u017cizzjonijiet b\u0127al dawn. Din ma tkun xejn \u0127lief mi\u017cura biex ixejjen il-korruzzjoni qabel din isse\u0127\u0127. Jew, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, biex ji\u0121u evitati \u010berti riskji b\u0127al ma huma l-perikli g\u0127as-sigurt\u00e0 nazzjonali.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Bejn l-1994 u l-1996 u bejn l-1999 u l-2013, jien kont wie\u0127ed minn dawk li kienu ja\u0127dmu fis-segretarjat privat tal-ministeri. Matul \u010bertu \u017cmien \u0127dimt madwar tlitt ikmamar &#8216;il bog\u0127od mill-iskrivanija tal-prim ministru. Qabel intag\u0127\u017cilt biex na\u0127dem, kienu g\u0127addewni minn g\u0127arbiel. Il-ministri li kienu g\u0127a\u017cluni kellhom jitolbu l-permess tal-prim ministru, liema permess kien jasal wara l-pulizija (u aktar tard, is-servizzi sigrieti) jkunu g\u0127addewni mill- g\u0127arbiel tag\u0127hom. Ma nafx e\u017catt x&#8217;kienu l-kriterji, i\u017cda naf li l-pulizija kien je\u0127tie\u0121 li jserr\u0127u rashom li jien qatt ma kont \u0127batt difri mal-li\u0121ijiet kriminali jew jekk kienx hemm xi suspett li kont ksirt il-li\u0121ijiet kriminali.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-kondotta nadifa ma kienitx bi\u017c\u017cejjed g\u0127aliex l-impjieg f&#8217;ministeru m&#8217;huwiex xi mpjieg tas-soltu. Dan g\u0127aliex ir-reputazzjoni tal-gvern u s-sigurt\u00e0 tal-pajji\u017c je\u0127tie\u0121u livelli g\u0127oljin ta&#8217; fidu\u010bja. Mhux bi\u017c\u017cejjed il-fatt li ma kinux je\u017cistu provi li mpjegat potenzjali qatt ma kien kiser il-li\u0121ijiet kriminali u kien je\u0127tie\u0121 li ma jkun hemm ebda suspett fondat li dawn il-li\u0121ijiet setg\u0127u nkisru.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Mill-2013 &#8216;l hawn, ma nafx x&#8217;kienu l-pro\u010beduri li mexa&#8217; fuqhom il-gvern Laburista. I\u017cda kienu x&#8217;kienu dawn il-pro\u010beduri, jidher li dawn ippermettew lil applikant sabiex jippre\u017centa provi foloz lil bord ma\u0127tur mill-gvern biex b&#8217;hekk ikun jista&#8217; jakkwista pensjoni dwar di\u017cabilit\u00e0 li ma kienx intitolat g\u0127aliha u biex ukoll jing\u0127ata mpjieg f&#8217;ministeru.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/minister-driver-got-disability-benefit-claimed-couldn-t-drive.1061241\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-biera\u0127 it-<em>Times of Malta<\/em> rrappurtat li fl-2016, lill-membri tal-bord mediku, dan il-bniedem kien qalilhom li kien ibati bil-marda tal-epilessija regolarment tant li ma setg\u0127ax ikompli ja\u0127dem ta&#8217; xufier.<\/a> Madankollu fl-2022, wara li Robert Abela \u0127atar lil Andy Ellul b\u0127ala segretarju parlamentari fl-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru, dan ir-ra\u0121el ng\u0127ata mpjieg b\u0127ala xufier ma&#8217; Ellul.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan ir-ra\u0121el illum m&#8217;g\u0127adux ix-xufier tas-segretarju parlamentari u qed ji\u0121i nvestigat mill-pulizija. It-<em>Times of Malta<\/em> rrappurtat li l-Pulizija qed jissuspettaw li dan il-bniedem ma kienx gawda biss mill-qerq minn fuq il-benefi\u010b\u010bji so\u010bjali. Milli jidher kien ukoll a\u0121ent fil-kon\u0121ura kbira li se\u0127\u0127et biex jinsteraq il-poplu Malti u fl-istess waqt il-qerq jissarraf f&#8217;voti mix\u0127utin favur il-Partit Laburista.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127aldaqstant jista&#8217; jing\u0127ad li se\u0127\u0127et wa\u0127da minn tliet alternattivi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk il-gvern Laburista kien warrab il-pro\u010bedura li bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127ha dawk mag\u0127\u017cula biex ja\u0127dmu fis-segretarjati tal-ministeri kienu ji\u0121u mg\u0127arbla, dan ifisser li espona lill-istat g\u0127al periklu \u0121did bit-tqassim ta&#8217; mpjiegi b\u0127al dawn lill-kriminali. Ftakru li qed nitkellmu dwar impjieg ta&#8217; bniedem wie\u0127ed biss u li, mill-2013 &#8216;l hawn, mal-gvern idda\u0127\u0127lu mijiet ta&#8217; persuni. Jekk dawn ma kienux \u0121ew mg\u0127arbla, diffi\u010bli li wie\u0127ed jobsor il-\u0127sara li setg\u0127u g\u0127amlu li kieku kellhom intenzjonijiet li jiksru l-li\u0121ijiet kriminali.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jista&#8217; wkoll jag\u0127ti l-ka\u017c li s-servizzi tas-sigurt\u00e0 xorta g\u0127adhom jg\u0127arblu lil dawk li jkunu ntag\u0127\u017clu biex jokkupaw &#8220;position of trust&#8221;, i\u017cda li kien \u0127arbilhom il-fatt li persuna li tqabbad biex jag\u0127mlilha ta&#8217; xufier ta&#8217; ministru kien stqarr mal-membri ta&#8217; bord mediku li ma kienx f&#8217;po\u017cizzjoni li ja\u0127dem ta&#8217; xufier min\u0127abba l-marda tal-epilessija li kellu. Ta&#8217; min ifakkar li dan il-bniedem kien qed jir\u010bievi l-benefi\u010b\u010bju tad-di\u017cabilit\u00e0 min\u0127abba l-marda tal-epilessija. Anki li kieku dan il-qerq kollu kien \u0127arbilhom, dawn ma kienx messhom wissew li s-sigurt\u00e0 tal-ministru kienet fil-periklu \u0121aladarba li dan kien qed jinsaq minn persuna li \u0127in bla waqt kien jag\u0127tih tal-qamar?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">It-tielet alternattiva hi li s-servizzi tas-sigurt\u00e0 jkunu g\u0127arblu lix-xufier, sabu li kien hemm problema u wissew lill-ministri u l-ministri mpjegawh xorta wa\u0127da.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">It-tliet xenarji lkoll huma tal-mist\u0127ija. Il-gvern ma jista&#8217; jinfeda&#8217; minn ebda wa\u0127da minnhom u Andy Ellul ma kienx messu \u0127are\u0121 bl-istqarrija prepotenti li \u0127are\u0121 biha l-biera\u0127 li permezz tag\u0127ha ammetta li l-ministru kon\u010bernat kien hu u li kien de\u010bi\u017c li jiddefendi lilu nnifsu minn attakk imma\u0121inarju fuq l-integrit\u00e0 imma\u0121inarja tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jidher li hemm aktar \u0127mie\u0121 x&#8217;jinkixef.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Silvio Grixti, d-deputat Laburista li kien warrab lejlet l-elezzjoni \u0121enerali tal-2022 wara li l-Pulizija kienet bg\u0127atet g\u0127alih g\u0127all-ewwel darba dwar il-qerq fil-benefi\u010b\u010bji tal-mard, kien xorta wa\u0127da n\u017camm b\u0127ala konsulent minn Robert Abela. U je\u017cisti suspett li x-xufier li \u0127adem g\u0127al Andy Ellul fl-elezzjoni \u0121enerali tal-2022 kien ukoll ta daqqa t&#8217;id lil Silvio Grixti biex imexxi l-iskema qarrieqa.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Andy Ellul kemm kien jafu sewwa lil dan il-bniedem qabel g\u0127a\u017clu biex ikun ix-xufier tieg\u0127u? Il-biera\u0127 Andy Ellul stqarr li ma kien jaf xejn dwar l-allegati abbu\u017ci mwettqa mix-xufier qabel g\u0127a\u017clu. I\u017cda ma qalx jekk lix-xufier kienx jafu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li Andy Ellul ma kienx jafu. Jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c ukoll li x-xufier ta&#8217; Andy Ellul kien \u0121ie mag\u0127\u017cul mill-prim ministru nnifsu. Jista&#8217; jkun li bl-istess mod li Robert Abela \u017camm mieg\u0127u lil Silvio Grixti, Robert Abela sab impjieg b\u0127ala xufier tas-segretarju parlamentari g\u0127al wie\u0127ed minn dawk li kienu qed imexxu l-iskema qarrieqa ta&#8217; Silvio Grixti. Jista&#8217; jkun li din m&#8217;hi xejn \u0127lief prova o\u0127ra li tindika li l-mo\u0127\u0127 wara l-iskema qarrieqa tal-benefi\u010b\u010bji tal-mard li serqet lill-gvern (u li wkoll serqet il-voti) ma kien \u0127add \u0127lief il-kap ta&#8217; dak il-gvern.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk Andy Ellul irid jitwemmen li ma kellux x&#8217;jaqsam mal-qerq, je\u0127tie\u0121 li jitkellem \u010bar u jg\u0127id kollox.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0127addiema li ja\u0127dmu fil-ministeri g\u0127andhom \u010berta sa\u0127\u0127a g\u0127aliex ja\u0127dmu qrib \u0127afna tal-ministru u l-fatt biss li dawn igawdu l-fidu\u010bja tieg\u0127u m&#8217;g\u0127andux ikun bi\u017c\u017cejjed. Il-ministri ma jistg\u0127ux ikunu jafu kollox dwar il-\u0127addiema tal-ministeri tag\u0127hom u l-gvern g\u0127andu jag\u0127mel u\u017cu mir-ri\u017corsi li g\u0127andu g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tieg\u0127u biex jg\u0127arbel lil dawk li jag\u0127\u017cel biex jokkupaw po\u017cizzjonijiet b\u0127al dawn. Din [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":119237,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119252\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=119252"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119252\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":119264,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119252\/revisions\/119264\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/119237\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=119252"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=119252"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=119252"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}