{"id":119470,"date":"2023-10-24T08:30:40","date_gmt":"2023-10-24T06:30:40","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=119470"},"modified":"2023-10-24T13:11:56","modified_gmt":"2023-10-24T11:11:56","slug":"reazzjoni-ndannata-ta-prim-ministru-assedjat","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2023\/10\/reazzjoni-ndannata-ta-prim-ministru-assedjat\/","title":{"rendered":"Reazzjoni ndannata ta&#8217; prim ministru assedjat"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Irrabjani \u010bertu diskors li lissen Robert Abela fil-Parlament il-biera\u0127 meta tkellem dwar is-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell. Segwu bran mid-diskors tieg\u0127u tal-biera\u0127:<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?height=314&amp;href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Frobert.aquilina.71%2Fvideos%2F3737228069839846%2F&amp;show_text=false&amp;width=560&amp;t=0\" width=\"560\" height=\"314\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fi ftit kliem, il-Prim Ministru l-biera\u0127 stqarr li jekk Im\u0127allef ma jaqtax sentenza skont kif ikunu jriduha tal-Oppo\u017cizzjoni u tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili mmexxijin minn \u0127u dak li jinsab bil-qieg\u0127da fuq il-bankijiet parlamentari ta&#8217; fa\u010b\u010bata tieg\u0127u &#8211; ji\u0121ifieri Robert Aquilina &#8211; dawn jag\u0127mlu minn kollox biex ikissruh, biex jumiljawh u jag\u0127mlu u\u017cu minn kull forma ta&#8217; intimidazzjoni sabiex darb&#8217;o\u0127ra jiffranka \u0127afna kritika u jaqta&#8217; s-sentenza skont kif ikunu jriduha huma.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Mal-ewwel daqqa t&#8217;g\u0127ajn, Robert Abela l-biera\u0127 feta\u0127 attakk fuq is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili. Hi \u0127a\u0121a tal-iskantament li prim ministru f&#8217;pajji\u017c demokratiku jag\u0127mel u\u017cu mill-kelma kollettiva &#8220;so\u010bjet\u00e0 \u010bivili&#8221; biex jipprova j\u0127amme\u0121 ir-reputazzjoni tag\u0127hom. Inkredibbilment lil Robert Aquilina sejja\u0127lu b\u0127ala &#8220;l-mexxej tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili&#8221;. Ma nafx kemm ser jaqblu ma&#8217; din l-istqarrija tal-<em>Legion of Mary<\/em>, tar-<em>Richmond Foundation<\/em>, tal-<em>Malta Today<\/em>, tal-Fakult\u00e0 tal-Medi\u010bina, tal-<em>Association of French Expats in Malta<\/em> u tax-Xhieda ta&#8217; Jehova li dawn ilkoll huma segwa\u010bi ta&#8217; Robert Aquilina. Na\u0127seb li mhux ser jaqblu mal-prim ministru li g\u0127a\u017cel li jkejjilhom bl-istess kejl.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda huwa fatt li l-prim ministru je\u0127tie\u0121 li jiskredita lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili kollha u jpin\u0121iha b\u0127ala &#8220;Nazzjonalista&#8221; appuntu g\u0127aliex jinsab ta\u0127t assedju. Ir-reazzjoni tieg\u0127u tal-biera\u0127 kienet ver\u017cjoni aktar sofistikata tal-g\u0127ajta Mintoffjana &#8220;<strong>min m&#8217;huwiex mag\u0127na, kontra tag\u0127na&#8221;<\/strong>.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda dan kien dak li deher mal-ewwel daqqa t&#8217;g\u0127ajn biss. Kliemu ma kienx dirett biss biex i\u0127amme\u0121 lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, i\u017cda ried ukoll ipin\u0121iha b\u0127ala g\u0127aqda ta&#8217; sa\u0127\u0127a kbira li sa\u0127ansitra g\u0127andha s-setg\u0127a li tinfluwenza s-sentenzi tal-qorti minn barra l-bini tal-qorti. Dwar dan nikteb aktar tard.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-biera\u0127 Robert Abela ried iwassal messa\u0121\u0121 fis-sens li n-nies ma tistax isserra\u0127 rasha mill-indipendenza tal-qrati u mill-o\u0121\u0121ettivit\u00e0 tas-sentenzi li dawn jag\u0127tu meta l-gvern ikun parti mill-kaw\u017ca g\u0127aliex l-Im\u0127allfin jinsabu mwerwrin mir-reazzjoni tas-&#8220;so\u010bjet\u00e0 \u010bivili&#8221;.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Robert Abela mhux lil tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili jrid jiskredita meta jsejj\u0127ilha b\u0127ala &#8220;nazzjonalista&#8221;, ji\u0121ifieri &#8220;l-g\u0127adu&#8221;. Hu u jakku\u017caha li \u010b\u010bedi g\u0127al dak li jiddettaw ta&#8217; Repubblika, fil-mira ta&#8217; Robert Abela hemm il-\u0121udikatura.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Mhux b&#8217;kumbinazzjoni li dan l-attakk g\u0127amlu fil-Parlament dakinhar stess li tliet Im\u0127allfin anzjani kkonkludew li l-gvern kien kompli\u010bi f&#8217;qerq u frodi a spejje\u017c tal-poplu. Min hu mid\u0127la tal-qorti jaf li l-Im\u0127allfin Mark Chetcuti, Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul huma persuni mill-aktar integri u min ja\u0127seb li dawn qatt jistg\u0127u jkunu influwenzati minn xi prim ministru ndannat jew minn xi grupp tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, jkun irid ida\u0127\u0127ak.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda min m&#8217;huwiex mid\u0127la tal-qorti &#8211; b\u0127all-bi\u010b\u010ba l-kbira tas-semmieg\u0127a ta&#8217; Robert Abela &#8211;\u00a0 m&#8217;g\u0127andux idea min huma dawn l-Im\u0127allfin &#8211; u hekk g\u0127andu jkun. Dawn is-semmieg\u0127a x&#8217;aktarx ser jippreferu li jemmnu li meta m\u0127allef jaqta&#8217; sentenza kontra l-partit tag\u0127hom, ikun g\u0127amel dan g\u0127aliex in-nazzjonalisti jkunu qed i\u0121ebbdulu l-ispag u mhux min\u0127abba l-provi skja\u010b\u010banti li jkunu n\u0121iebu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-attakk li g\u0127amel Robert Abela fuq il-\u0121udikatura kien dwar sentenza li kkonfermat sentenza o\u0127ra li kienet ing\u0127atat fi Frar li g\u0127adda. Hu u l-gvern tieg\u0127u m&#8217;humiex effettwati (materjalment, jekk mhux politikament) mis-sentenza tal-Qorti tal-Appell u mill-ordni li ng\u0127ataw biex i\u0127allsu parti mill-ispejje\u017c tal-kaw\u017ca. Il-flus ser jo\u0127or\u0121u minn but tal-gvern u ser jidda\u0127\u0127lu f&#8217;ie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Wie\u0127ed jista&#8217; biss jimma\u0121ina x&#8217;ser tkun ir-reazzjoni ta&#8217; Robert Abela meta l-Im\u0127allfin jaslu biex jisimg\u0127u l-provi f&#8217;kaw\u017ci kriminali kontra dawk li kienu parti mill-konfoffa biex jinsteraq il-poplu. Infakkar li meta l-pulizija g\u0127amlet tfittxija fid-dar ta&#8217; Joseph Muscat wara li kienet \u0127ar\u0121et ordni mill-ma\u0121istrat, il-prim ministru kien xela&#8217; lill-ma\u0121istrat b&#8217;motivi ulterjuri li huma lil hinn minn dawk tal-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan ma kien xejn \u0127lief attakk frontali fuq l-indipendenza tal-qrati. L-abbu\u017c tas-setg\u0127a mill-prim ministru kif qatt jista&#8217; ji\u0121i paragunat ma&#8217; kritika li ssir lil xi NGO?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Id-diskors tal-biera\u0127 ta&#8217; Robert Abela kien biss preludju. Bi \u0127siebu j\u017cid id-do\u017ca u l-biera\u0127 xela&#8217; lil \u0127addie\u0127or b&#8217;dak li bi \u0127siebu li jag\u0127mel hu: ji\u0121ifieri li jag\u0127mel pressjoni fuq l-Im\u0127allfin, jheddilhom l-indipendenza tag\u0127hom biex ma ja\u017c\u017cardawx jaqtg\u0127u sentenzi li ma jkunux jag\u0127\u0121buh u jxewwew lin-nies kontrihom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-kbir g\u0127adu \u0121ej.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda dak li g\u0127andu f&#8217;mo\u0127\u0127u ser isirlu suf.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Irrabjani \u010bertu diskors li lissen Robert Abela fil-Parlament il-biera\u0127 meta tkellem dwar is-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell. Segwu bran mid-diskors tieg\u0127u tal-biera\u0127: Fi ftit kliem, il-Prim Ministru l-biera\u0127 stqarr li jekk Im\u0127allef ma jaqtax sentenza skont kif ikunu jriduha tal-Oppo\u017cizzjoni u tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili mmexxijin minn \u0127u dak li jinsab bil-qieg\u0127da fuq il-bankijiet parlamentari ta&#8217; fa\u010b\u010bata [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":119456,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119470\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=119470"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119470\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":119480,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119470\/revisions\/119480\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/119456\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=119470"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=119470"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=119470"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}