{"id":119791,"date":"2023-11-27T10:00:53","date_gmt":"2023-11-27T09:00:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=119791"},"modified":"2023-11-27T17:02:24","modified_gmt":"2023-11-27T16:02:24","slug":"kunfidenzjalita-li-tmur-kontra-l-interess-pubbliku","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2023\/11\/kunfidenzjalita-li-tmur-kontra-l-interess-pubbliku\/","title":{"rendered":"Kunfidenzjalit\u00e0 li tmur kontra l-interess pubbliku"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dak li Jason Azzopardi tella&#8217; dalg\u0127odu fil-Facebook:<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjason.azzopardi.315%2Fposts%2Fpfbid0294u478SaEYf2d5pys9qxFADkbpNLeX8xYsri4woKwQxp9Z7fsCzLqdGkjhFAaSkNl&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"752\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan huwa ka\u017c ie\u0127or ta&#8217; inkjesta ma\u0121isterjali li tikkonkludi li je\u017cistu ra\u0121unijiet li dwarhom g\u0127andhom jittie\u0127du passi bil-qorti kontra xi persuni i\u017cda, forsi min\u0127abba r-riperkussjonijiet politi\u010bi serji li jista&#8217; jkun hemm kemm il-darba jin\u0127ar\u0121u t-ta\u0127rikiet, l-Avukat \u0120enerali Victoria Buttigieg baqg\u0127et b&#8217;idejha fuq \u017caqqha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-pro\u010bess kollu ta&#8217; inkjesta ma\u0121isterjali huwa wie\u0127ed kunfidenzjali. U hekk g\u0127andu jkun g\u0127aliex dan l-istadju huwa wie\u0127ed bikri wisq biex jittratta dwar persuni suspettati. Dakinhar li l-Avukat \u0120enerali jordna l-\u0127ru\u0121 ta&#8217; ta\u0127rika, l-mixli jkollu d-dritt li jing\u0127ata a\u010b\u010bess g\u0127all-provi li jkunu ser jin\u0121iebu kontrih. I\u017cda sa dakinhar li jitqiesu b\u0127ala persuni li huma ta\u0127t suspett, m&#8217;g\u0127andhomx dritt li jsiru jafu li l-ka\u017c tag\u0127hom qed ikun mg\u0127arbel. I\u017cda \u0121aladarba dawn ji\u0121u identifikati mill-inkjesta u l-Avukat \u0120enerali jordna li jin\u0127ar\u0121u t-ta\u0127rikiet, ikollhom dritt li jsiru jafu li jinsabu ta\u0127t suspett. U l-pro\u010bess ma jibqax wie\u0127ed sigriet.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda jekk l-Avukat \u0120enerali tidde\u010biedi li titfa&#8217; l-ka\u017c fuq xkaffa, is-sigriet jibqa&#8217; mistur. U, xi drabi, dak li jkun \u0121ie mistur, jara d-dawl tax-xemx. Jason Azzopardi sar jaf b&#8217;ka\u017c b\u0127al dan u kixfu. Kif sar jaf bih? Kien messu kixfu?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jien nemmen li huwa sewwa li l-istat ikollu s-setg\u0127a tal-kunfidenzjalit\u00e0 f&#8217;sitwazzjonijiet b\u0127al dawn. L-inkjesti g\u0127andhom jibqg\u0127u kunfidenzjali biss sakemm ji\u0121i de\u010bi\u017c li jin\u0127ar\u0121u t-ta\u0127rikiet. Nifhem ir-ra\u0121unijiet g\u0127al dan. I\u017cda je\u0127tie\u0121 ng\u0127id ukoll li jekk il-kunfidenzjalit\u00e0 ti\u0121i abbu\u017cata u tmur kontra l-interess pubbliku u dan sabiex min g\u0127andu s-setg\u0127a jing\u0127ata l-kenn bil-g\u0127an li l-\u0121ustizzja ma til\u0127qux, inkunu fid-dmir li l-kunfidenzjalit\u00e0 narmuha l-ba\u0127ar biex il-pro\u010bess ikun jista&#8217; jara d-dawl tax-xemx.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">F&#8217;\u0127o\u0121orna g\u0127andna problema politika u istituzzjonali. Hi problema politika g\u0127aliex Victoria Buttigieg m&#8217;hi xejn \u0127lief qaddejja fidila tal-partit fil-gvern u wriet kemm il-darba li m&#8217;hix lesta taqdi d-dmirijiet tag\u0127ha kemm il-darba dan il-qadi jwassal biex jimbarazza lill-partit tag\u0127ha. U hi problema istituzzjonali g\u0127aliex l-g\u0127emil ta&#8217; Victoria Buttigieg qed iwassal g\u0127al dan kollu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Wara li l-ma\u0121istrat ikun irrakkomanda li tittie\u0127ed \u010berta azzjoni, g\u0127andu jkun hemm pro\u010bess li jimponi \u017cmien definit fuq l-Avukat \u0120enerali dwar jekk g\u0127andhomx jin\u0127ar\u0121u ta\u0127rikiet jew le. U g\u0127andu jkun hemm g\u0127assa fuq kull de\u010bi\u017cjoni li tittie\u0127ed mill-Avukat \u0120enerali li tmur kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-ma\u0121istrat tal-inkjesta favur il-\u0127ru\u0121 ta&#8217; ta\u0127rikiet. Ma jistax ikun li g\u0127andna nibqu insiru nafu b&#8217;ka\u017cijiet b\u0127al dawn bis-sa\u0127\u0127a tal-fatt li xi \u0127add ikun jog\u0127\u0121bu li jikxef il-borom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Personalment ikun lest li na\u010b\u010betta li tibqa&#8217; tin\u017camm il-kunfidenzjalit\u00e0 kemm il-darba jkun hemm xi pro\u010bedura ta&#8217; appell.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Per e\u017cempju, de\u010bi\u017cjoni tal-Avukat \u0120enerali fis-sens li g\u0127andha ti\u0121i injorata rakkomandazzjoni ta&#8217; ma\u0121istrat inkwirenti tista&#8217; tkun riveduta u revokata, jekk ikun hemm b\u017conn, fil-mag\u0127luq.\u00a0 Jew inkella rakkomandazzjoni ta&#8217; ma\u0121istrat biex jin\u0127ar\u0121u ta\u0127rikiet tista&#8217; tkun riveduta minn entit\u00e0 \u0121udizzjarja aktar g\u0127olja li jkollha s-setg\u0127a tidde\u010biedi g\u0127andhomx jin\u0127ar\u0121u ta\u0127rikiet imsejsin fuq provi<em> prima facie<\/em> li jkun ra l-istess ma\u0121istrat. Jew inkella l-ma\u0121istrat jista&#8217; jing\u0127ata d-dritt li jmexxi l-prosekuzzjoni huwa stess kemm il-darba l-Avukat \u0120enerali jidde\u010biedi li ma jmexxix.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-verit\u00e0 hi li s-sistema li g\u0127andna m&#8217;hix ta\u0127dem.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fl-img\u0127oddi kellna Avukati \u0120enerali ta&#8217; kuxjenza li kienu determinati li jaraw li l-\u0121ustizzja sse\u0127\u0127.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Bla dubju nkunu bolo\u0127 jekk nibqg\u0127u ng\u0127ixu bit-tama.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-119787\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/11\/file-3.aspx_.jpeg\" alt=\"\" width=\"709\" height=\"473\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/11\/file-3.aspx_-200x133.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/11\/file-3.aspx_-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/11\/file-3.aspx_-400x267.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/11\/file-3.aspx_-600x400.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2023\/11\/file-3.aspx_.jpeg 709w\" sizes=\"(max-width: 709px) 100vw, 709px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dak li Jason Azzopardi tella&#8217; dalg\u0127odu fil-Facebook: Dan huwa ka\u017c ie\u0127or ta&#8217; inkjesta ma\u0121isterjali li tikkonkludi li je\u017cistu ra\u0121unijiet li dwarhom g\u0127andhom jittie\u0127du passi bil-qorti kontra xi persuni i\u017cda, forsi min\u0127abba r-riperkussjonijiet politi\u010bi serji li jista&#8217; jkun hemm kemm il-darba jin\u0127ar\u0121u t-ta\u0127rikiet, l-Avukat \u0120enerali Victoria Buttigieg baqg\u0127et b&#8217;idejha fuq \u017caqqha. Il-pro\u010bess [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":119788,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119791\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=119791"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119791\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":119797,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/119791\/revisions\/119797\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/119788\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=119791"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=119791"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=119791"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}