{"id":120745,"date":"2024-01-31T09:46:33","date_gmt":"2024-01-31T08:46:33","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=120745"},"modified":"2024-01-31T12:13:04","modified_gmt":"2024-01-31T11:13:04","slug":"hbieb-minsijin","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2024\/01\/hbieb-minsijin\/","title":{"rendered":"\u0126bieb minsijin"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-120741\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2024\/01\/images-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"168\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2024\/01\/images-1-200x112.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2024\/01\/images-1.jpeg 300w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fis-sena 2019, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kienet g\u0127addiet ri\u017coluzzjoni li permezz tag\u0127ha Malta \u0121iet mitluba sabiex tinvestiga bis-serjet\u00e0 l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, sabiex tie\u0127u passi biex tikkontrolla l-korruzzjoni, sabiex tie\u0127u passi biex issa\u0127\u0127a\u0127 lill-istituzzjonijiet dg\u0127ajjfa u tindirizza l-governanza \u0127a\u017cina kif ukoll sabiex ixxejjen l-attakki fuq libertajiet ba\u017ci\u010bi tal-\u0121urnalisti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Kienu biss ftit wa\u0127diet dawk il-membri tal-Assemblea li vvutaw kontra r-ri\u017coluzzjoni. I\u017cda d-deputati Laburisti Maltin, fosthom Rosianne Cutajar li kienet g\u0127adha kemm indirizzat lill-Assemblea g\u0127all-ewwel u g\u0127all-a\u0127\u0127ar darba, g\u0127al ftit ma kienux t\u0127allew wa\u0127edhom fil-vot li ng\u0127ata kontra. Sabu wens u appo\u0121\u0121 biss ming\u0127and id-deputati tal-A\u017cerbaj\u0121an.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-A\u017cerbaj\u0121an kellu relazzjoni spe\u010bjali mal-gvern ta&#8217; Joseph Muscat &#8211; il-gvern li kien fil-mira ta&#8217; din ir-ri\u017coluzzjoni. Fl-isfond tan-negozju bankarju tal-<em>Pilatus Bank<\/em>, tal-iskandlu tal-<em>Electrogas<\/em> u tal-\u0127adma tal-imtie\u0127en tar-ri\u0127 tal-Montenegro kien hemm l-A\u017cerbaj\u0121an. Dan il-pajji\u017c kien ukoll fl-isfond tal-allegazzjoni (li s&#8217;issa g\u0127adha m&#8217;hix pruvata) li Joseph Muscat kien ixxa\u0127\u0127am bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; kont bankarju f&#8217;isem martu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ftakart f&#8217;dan kollu grazzi g\u0127all-fatt li l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dan l-a\u0127\u0127ar g\u0127addiet ri\u017coluzzjoni o\u0127ra. Ta&#8217; min isemmi li l-Assemblea Parlamentari hi biss wa\u0127da mill-ferg\u0127at tal-Kunsill u hi mag\u0127mula minn delegati mibg\u0127utin mill-Parlamenti tal-Istati Membri. Dawn id-delegati jing\u0127ataw il-kredenzjali mill-Parlamenti li jibg\u0127atuhom u normalment dawn il-kredenzjali ji\u0121u a\u010b\u010bettati mill-Assemblea.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din id-darba l-Assemblea Parlamentari naqset li ta\u010b\u010betta l-kredenzjali tad-delegazzjoni tal-A\u017cerbaj\u0121an u r-ra\u0121uni ma kienitx dik li ma kienux wa\u0127\u0127lu bi\u017c\u017cejjed bolol fuq l-applikazzjoni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawn il-kredenzjali tad-delegazzjoni mill-A\u017cerbaj\u0121an baqg\u0127u ma \u0121ewx a\u010b\u010bettati g\u0127aliex <em>\u201cje\u017cistu dubju serji dwar it-tnedija ta&#8217; elezzjonijiet \u0127ielsa u \u0121usti fil-pajji\u017c, dwar is-separazzjoni tas-setg\u0127at, dwar id-dg\u0127jufija tal-Parlament fil-konfront tal-gvern, dwar l-indipendenza tal-\u0121udikatura u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, u dan kif jirri\u017culta minn diversi sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u minn opinjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ironija tal-istorja ta&#8217; min isemmiha. Kien hemm biss deputat Malti wie\u0127ed fl-Assemblea li vvota favur ir-ri\u017coluzzjoni u dan kien id-deputat Laburista Randolph Debattista. Dan ivvota favur ir-ri\u017coluzzjoni li jfisser li qabel li l-kredenzjali tad-delegazzjoni tal-A\u017cerbaj\u0121an ma kellhomx ji\u0121u a\u010b\u010bettati.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Mhux qed nikkritika l-mod dwar kif ivvota. Kont nikkritika\u0127 li kieku vvota kontra. Ir-re\u0121im li jinsab fil-\u0127akma fl-A\u017cerbaj\u0121an huwa wie\u0127ed brutali, oppressiv u korrott u kull okka\u017cjoni li bis-sa\u0127\u0127a tag\u0127ha dan ir-re\u0121im ikun jista&#8217; ji\u0121i i\u017colat, g\u0127andha tin\u0127ataf b&#8217;mod spe\u010bjali minn dawk il-Parlamentari li jafu jkunu aktar onesti mill-gvernijiet li jirrappre\u017centaw.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Tg\u0127id Randolph Debattista jaf li d-delegati tal-A\u017cerbaj\u0121an g\u0127andhom il-\u0127ila li jiftakru sewwa li dakinhar li Joseph Muscat kien sab ru\u0127u i\u017colat fi Strasburgu, kienu huma biss qab\u017cu g\u0127alih?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Min jaf jekk Randolph Debattista tkellimx minn qabel ma&#8217; Joseph Muscat qabel tefa&#8217; l-vot tieg\u0127u favur ir-ri\u017coluzzjoni?<\/p>\n<p>Naqta&#8217; rasi ta\u0127t mannara li Debattista lil Muscat kien baqa&#8217; ma kellmux.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fis-sena 2019, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kienet g\u0127addiet ri\u017coluzzjoni li permezz tag\u0127ha Malta \u0121iet mitluba sabiex tinvestiga bis-serjet\u00e0 l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, sabiex tie\u0127u passi biex tikkontrolla l-korruzzjoni, sabiex tie\u0127u passi biex issa\u0127\u0127a\u0127 lill-istituzzjonijiet dg\u0127ajjfa u tindirizza l-governanza \u0127a\u017cina kif ukoll sabiex ixxejjen l-attakki fuq libertajiet ba\u017ci\u010bi tal-\u0121urnalisti. Kienu biss ftit wa\u0127diet dawk il-membri [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":120742,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/120745\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=120745"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/120745\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":120753,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/120745\/revisions\/120753\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/120742\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=120745"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=120745"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=120745"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}