{"id":13764,"date":"2018-10-10T15:55:34","date_gmt":"2018-10-10T13:55:34","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=13764"},"modified":"2018-10-13T07:42:15","modified_gmt":"2018-10-13T05:42:15","slug":"l-eziljati","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/l-eziljati\/","title":{"rendered":"L-e\u017ciljati"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-11592\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Joseph-Muscat-800x450.jpg\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"450\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Joseph-Muscat-800x450-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Joseph-Muscat-800x450-480x270.jpg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Joseph-Muscat-800x450-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Joseph-Muscat-800x450.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/p>\n<p>Aktar tard ipprova jben\u0121ilha, i\u017cda kien le\u0127aq lissinha. Lil Simon Busuttil, Joseph Muscat qallu li m&#8217;g\u0127andux jit\u0127alla jersaq lejn Malta. Ma kienx kumment li ntqal fir-rabja tal-mument. Din jidher li hi \u0127a\u0121a li l-prim ministru jrid iqieg\u0127da fuq l-a\u0121enda.<\/p>\n<p>Ta&#8217; sikwit niltaqa&#8217; ma persuni li g\u0127andhom il-kultura, l-mezzi u l-kura\u0121\u0121 li ja\u0127sbuha sewwa g\u0127andhomx jitilqu minn Malta sforz is-sitwazzjoni tal-\u0121enn li hawn fil-pajji\u017c. Dan ma jfissirx li ma baqg\u0127ux i\u0127obbu lil pajji\u017chom. I\u017cda dawn in-nies huma konxji tal-fatt li f&#8217;din id-dinja darba biss tg\u0127ix u mhux vallapena li toqg\u0127od tifni l-\u0127ajja tieg\u0127ek u ta&#8217; wliedek bl-inkwiet. Ji\u0121i \u017cmien meta tibda&#8217; ta\u0127seb biex lil Malta jkun a\u0127jar jekk tipprova tgawdiha tul perijodi li tant ikunu qosra li forsi ma tibqax tit\u0127asseb u t\u0127abbel rasek dwar il-korruzzjoni tal-politi\u010bi u dwar il-\u0127allelin li jinsabu fit-tmun tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p>L-ewwel persuni li jlebbtu &#8216;l barra jkunu dawk li telqu minn pajji\u017c ie\u0127or u \u0121ew joqg\u0127odu hawn g\u0127ax g\u0127all-bidu kienu jqisu lil Malta b\u0127ala \u0121enna tal-art sakemm \u0121ew wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b mar-realt\u00e0 qarsa.<\/p>\n<p>Dawn ikunu persuni li wkoll ji\u0121u wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b ma&#8217; trattament spe\u010bjali li jnaffarhom mill-ewwel: \u2018jekk ma jog\u0127\u0121obkomx, morru lura minn fejn \u0121ejtu\u2019. Ebda persuna li tkun telqet minn pajji\u017cha ma tkun trid tibqa&#8217; tg\u0127ix f&#8217;pajji\u017c li fih jkollha tiffa\u010b\u010bja tg\u0127ajjir u nsulti ksenofobi\u010bi.<\/p>\n<p>Fost dawk li ilhom jg\u0127ixu Malta sa minn twelidhom, issib lil min ikun lest li jmur jg\u0127ix f&#8217;pajji\u017c ie\u0127or. I\u017cda li titlaq minn jeddek, mod. Li titqalfat &#8216;il barra, mod ie\u0127or.<\/p>\n<p>Mit-ton ta&#8217; diskorsu u mis-sinjali li qed ig\u0127addi lit-<em>trolls<\/em> u lis-segwa\u010bi tieg\u0127u, l-gvern donnu jidher li jrid isikket lil min ma jaqbilx mieg\u0127u. Fil-pajji\u017c, te\u017cisti ma\u0121\u0121oranza ta&#8217; nies li b&#8217;entu\u017cja\u017cmu tiffavorixxi l-idea tal-kult tal-mexxej b&#8217;sa\u0127\u0127tu. Barra minn hekk, hemm ukoll numru mdaqqas ta&#8217; nies li ji\u0121u jaqg\u0127u u jqumu mill-korruzzjoni u, sakemm il-flus jibqg\u0127u jinstemg\u0127u i\u0121en\u0121lu fil-bwiet, lill-gvern i\u0127alluh i\u0127awwad bi kwietu. Hemm imbag\u0127ad numru ie\u0127or imdaqqas ta&#8217; persuni li l-fehma tag\u0127hom i\u017commuha g\u0127alihom g\u0127ax forsi hekk jaqbel, g\u0127ax jib\u017cg\u0127u mill-konsegwenzi jew g\u0127ax jiddependu mill-gvern biex jaqilg\u0127u xi grazzja.<\/p>\n<p>Il-gvern jaf li ma&#8217; nies b\u0127al dawn jista&#8217; jibqa&#8217; g\u0127addej ming\u0127ajr ma joqg\u0127od i\u0127abbel rasu.<\/p>\n<p>I\u017cda mbag\u0127ad hemm ukoll dawk il-ftit imqarbin li mhux lesti joqg\u0127odu g\u0127al min jipprova jag\u0127mlilhom sarima ma&#8217; \u0127alqhom u li Joseph Muscat qed jara kif jag\u0127mel biex isikkithom. Lir-realt\u00e0 Maltija, Joseph Muscat jifhimha sewwa. B\u0127ala regola, l-Maltin huma dejjem interessati li jsiru jafu l-bqija tad-dinja kif tarana. I\u017cda, g\u0127ax ming\u0127alihom li Malta tinsab fi\u010b-\u010bentru tal-univers, jidhrilhom ukoll li g\u0127andhom jirribattu kull opinjoni li ma tinkwadrax f&#8217;din il-mentalit\u00e0.<\/p>\n<p>U skont mentalit\u00e0 b\u0127al din, jekk ma tog\u0127\u0121bokx xi \u0127a\u0121a dwar Malta, sinjal li int g\u0127andek xi nuqqas jew difett u g\u0127alhekk g\u0127andek tmur lura dritt minn fejn kont \u0121ejt.<\/p>\n<p>Il-gvern m&#8217;huwiex i\u017comm lura milli jpin\u0121i lill-kriti\u010bi tieg\u0127u b\u0127ala persuni li huma qaqo\u010b\u010ba u konfoffa ma&#8217; dawn il-&#8220;barranin&#8221; li b\u0127al spe\u010bi jmisshom jammettu li g\u0127andhom g\u0127ira kbira g\u0127alina g\u0127all-fatt li a\u0127na g\u0127andna lil xi \u0127add b\u0127al Joseph.<\/p>\n<p>U l-konklu\u017cjoni li tin\u0121ibed hawn hi minn ewl id-dinja: dawk il-Maltin li huma \u0127bieb ma&#8217; dawk il-barranin li jikkritikawna jmisshom ukoll ilebbtu &#8216;l barra mill-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Kien hemm \u017cmien meta t-tiranni kienu jiddilettaw ike\u010b\u010bu lin-nies mill-pajji\u017c b\u0127ala kastig. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, llum wie\u0127ed iqis mi\u017cura b\u0127al din b\u0127ala wa\u0127da li m&#8217;hix \u010bivilizzata. Il-kriminali wkoll huma \u010bittadini u \u010b-\u010bittadinanza nnifisha ma tistax ti\u010b\u010ba\u0127\u0127ad lil min ikun twieled biha.<\/p>\n<p>Din il-kwalit\u00e0 ta&#8217; pressjoni tinsab lil hinn mill-parametri stretti tal-li\u0121i. Te\u017cisti pressjoni morali u psikolo\u0121ika li twa\u0127\u0127ad il-bi\u017ca&#8217; mal-mist\u0127ija. U din il-pressjoni ssir biex tipprova ti\u017cola u teqred lil min ja\u017c\u017carda jipprotesta.<\/p>\n<p>Aqtag\u0127ha. Imissek tist\u0127i. G\u0127ax ma tmurx taqbe\u017c minn x&#8217;imkien? Ipokrita! G\u0127aliex titkellem kontra Malta? Ma jixraqlekx tissejja\u0127 Malti. Il-gvern imissu jaqflek il-\u0127abs. Min jipprovoka g\u0127andu jlesti ru\u0127u g\u0127al reazzjoni. \u0126lisna minn wa\u0127da: jaqaw trid tispi\u010b\u010ba b\u0127alha?<\/p>\n<p>Diskors b\u0127al dan m&#8217;huwiex biss wie\u0127ed ta&#8217; min jistmerru. Huwa wkoll diskors ta&#8217; xi \u0127add li qed jaqta&#8217; s-sentenza. Din hija r-realt\u00e0 li qed jiffa\u010b\u010bjaw nies b\u0127ali.<\/p>\n<p>Ma te\u017cisti ebda li\u0121i li tista&#8217; \u010b\u010ba\u0127\u0127dek mid-dritt li tg\u0127ix seren f&#8217;pajji\u017cek stess. I\u017cda g\u0127al u\u0127ud minna, is-serenit\u00e0 nistg\u0127u ngawduha biss jekk in\u0127allsu prezz bil-kompli\u010bit\u00e0, bl-ipokresija, bil-lealt\u00e0 perversa, bl-ubbidjenza u bil-bi\u017ca &#8211; prezz li bla dubju huwa e\u017corbitanti. Jag\u0127tuna g\u0127a\u017cla falza: jew tbaxxi rasek g\u0127all-kult jew inkella jkollok titlaq g\u0127all-kollox mill-pajji\u017c. \u017bew\u0121 g\u0127a\u017cliet li fil-fatt ikunu jfissru reb\u0127a g\u0127al gvern li ma jittollerax lil kull min ma jaqbilx mieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 stajna naraw lil Joseph Muscat b&#8217;wi\u010b\u010b ta&#8217; bniedem indannat li, hu u job\u017coq il-mibg\u0127eda minn fommu, qab\u017citlu sew. U fajjarha fi ftit kliem: kull min jikkritikah g\u0127andu jitlaq mill-pajji\u017c.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Aktar tard ipprova jben\u0121ilha, i\u017cda kien le\u0127aq lissinha. Lil Simon Busuttil, Joseph Muscat qallu li m&#8217;g\u0127andux jit\u0127alla jersaq lejn Malta. Ma kienx kumment li ntqal fir-rabja tal-mument. Din jidher li hi \u0127a\u0121a li l-prim ministru jrid iqieg\u0127da fuq l-a\u0121enda. Ta&#8217; sikwit niltaqa&#8217; ma persuni li g\u0127andhom il-kultura, l-mezzi u l-kura\u0121\u0121 li ja\u0127sbuha sewwa g\u0127andhomx jitilqu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":11592,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/13764\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=13764"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/13764\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":14844,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/13764\/revisions\/14844\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/11592\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=13764"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=13764"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=13764"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}