{"id":15487,"date":"2018-10-13T06:32:25","date_gmt":"2018-10-13T04:32:25","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=15487"},"modified":"2018-10-15T16:25:36","modified_gmt":"2018-10-15T14:25:36","slug":"fejn-kien-chris-cardona","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/fejn-kien-chris-cardona\/","title":{"rendered":"Fejn kien Chris Cardona?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-14420\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/degiorgio_brothers.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"468\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/degiorgio_brothers-300x205.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/degiorgio_brothers-395x270.jpg 395w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/degiorgio_brothers.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Meta l-Ispettur tal-pulizija li qed imexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, Keith Arnaud kien qed jinterroga lil Alfred Degiorgio, lill-Fulu wrieh l-evidenza kollha li l-pulizija kellha f&#8217;idejha dwar is-sehem tieg\u0127u fil-qtil tal-\u0121urnalista.<\/p>\n<p>Lil Alfred Degiorgio, Keith Arnaud indikalu li l-pulizija kienet sabet tarf tal-assassinju. Wrieh ir-rekords tax-xiri tas-<em>SIM card<\/em>, il-movimenti tal-<em>mobiles,<\/em> ir-rekords tad-diskorsi li saru fuq il-<em>mobiles <\/em>u r-ritratti tieg\u0127u fuq dg\u0127ajsa fil-port. Fi ftit kliem, dak kollu li kien me\u0127tie\u0121 biex dan seta&#8217; jinqafel il-\u0127abs.<\/p>\n<p>Madankollu Keith Arnaud ma setax isib tarf ta&#8217; kwistjoni wa\u0127da. Dakinhar li kien \u0121ie arrestat, Alfred Degiorgio kien di\u0121\u00e0 jaf li l-pulizija kienu se ji\u0121bru\u0127. Il-kelb li kien i\u017comm fit-tinda tal-patata ma kienx g\u0127adu hemmhekk. Ftit qabel ma \u0121abru\u0127, sie\u0127bu Vince Muscat kien rema&#8217; l-<em>mobile<\/em> il-ba\u0127ar. Anki \u010b-\u010aini\u017c ma \u017cammx il-<em>mobile<\/em> fuq persuntu i\u017cda kiteb in-numru tal-<em>mobile<\/em> tas-sie\u0127ba tieg\u0127u fuq il-pala ta&#8217; jdejh.<\/p>\n<p>Dawn kollha huma sinjali li fl-4 ta&#8217; Di\u010bembru 2017 xi \u0127add kien infurmahom li l-pulizija kienet se ti\u0121borhom.<\/p>\n<p>F&#8217;April 2018 <em>France 2<\/em> u <em>The Daphne Project<\/em> xandru l-a\u0127bar li Chris Cardona kien fil-famu\u017c Ferdinand Bar fis-Si\u0121\u0121iewi flimkien ma&#8217; Alfred Degiorgio lejliet l-arresti.<\/p>\n<p>Dakinhar Chris Cardona kien \u0127are\u0121 stqarrija b&#8217;risposta:<\/p>\n<p>\u201c1. B&#8217;riferenza g\u0127all-filmat imxandar, il-ministru ji\u010b\u0127ad kategorikament li kien pre\u017centi fil-\u0127anut nhar il-\u0126add 3 ta&#8217; Di\u010bembru 2017, \u0121urnata qabel l-arrest ta&#8217; dawk il-persuni li jinsabu akku\u017cati bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>\u201c2. Il-ministru ji\u010b\u0127ad li qatt iltaqa&#8217; mal-akku\u017cat kif ukoll li kien bi \u0127siebu jiltaqa&#8217; mieg\u0127u.<\/p>\n<p>\u201c3. Il-ministru \u010b\u010bara li hu jmur fil-\u0127anut in kwistjoni s-Sibtijiet u l-\u0126dud meta jixxandru partiti tal-<em>football<\/em> fuq it-televi\u017cjoni u ilu jag\u0127mel dan g\u0127al diversi snin anki matul i\u017c-\u017cmien li fih kien g\u0127adu ma n\u0127atarx ministru.<\/p>\n<p>\u201c4. Il-ministru kkonferma l-kummenti li hu g\u0127amel il-biera\u0127 lill-\u0121urnal <em>Times of Malta<\/em> li fihom huwa \u010ba\u0127ad li qatt kien fil-\u0127anut flimkien mal-persuni suspettati.<\/p>\n<p>\u201c5. Il-ministru qal ukoll li ma jeskludix il-possibilit\u00e0 li fil-\u0127anut, fl-istess \u0127in li kien fih hu, seta&#8217; kien hemm xi persuni suspettati, bl-istess mod li ma jistax jeskludi li kien hemm persuni o\u0127rajn fosthom politi\u010bi Nazzjonalisti.\u201d<\/p>\n<p>Lil Keith Arnaud qallu l-istess \u0127a\u0121a waqt &#8220;intervista volontarja&#8221;.<\/p>\n<p>Din l-istqarrija hi mimlija kontradizzjonijiet i\u017cda fiha wkoll stqarrijiet kategori\u010bi. Fil-kuntest tas-suspetti le\u0121ittimi li kellu Keith Arnaud fis-sens li lil Alfred Degiorgio xi \u0127add kien infurmah li l-pulizija kienet se ti\u0121bru, wie\u0127ed g\u0127andu g\u0127aliex jassumi li l-fatti msemmija fl-istqarrija ta&#8217; Chris Cardona l-Ispettur g\u0127addiehom mill-g\u0127arbiel.<\/p>\n<p>Issa li rri\u017culta li, g\u0127allinqas f&#8217;okka\u017cjoni wa\u0127da li qatt ma kienet issemmiet qabel, Chris Cardona kien iltaqa&#8217; wkoll ma&#8217;\u00a0 Alfred Degiorgio, wie\u0127ed g\u0127andu jistenna li jixxandar dak li rri\u017culta wara li kienet \u0121iet mg\u0127arbla l-istqarrija.<\/p>\n<p>Jekk ma kienx fil-Ferdinand Bar nhar il-\u0126add 3 ta&#8217; Di\u010bembru 2017, allura l-ministru fejn kien? \u0120ie mg\u0127arbel l-alibi tieg\u0127u g\u0127al dan? U dan l-alibi min hu?<\/p>\n<p>Biex spe\u010bi ta&#8217; jo\u0127loq bilan\u010b, Chris Cardona fl-istqarrija tieg\u0127u semma&#8217; wkoll &#8220;politi\u010bi tal-Partit Nazzjonalista&#8221;. U hekk re\u0121a&#8217; g\u0127amel din il-\u0121img\u0127a fil-Parlament. Jista&#8217; jsemmi dawk il-politi\u010bi li skont hu g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu mal-qattiela ta&#8217; Daphne Caruana Galizia? Ikun tajjeb jekk nistaqsuhom kif kienu saru jafu lill-qattiela.<\/p>\n<p>Il-fatti li nafu dwar dak li \u0121ie mi\u010b\u0127ud u li nsatar dwar il-relazzjoni bejn Chris Cardona u Alfred Degiorgio ma jammontawx g\u0127al prova li Chris Cardona kellu b&#8217;xi mod jaqsam mal-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. I\u017cda jammonta g\u0127al prova ta&#8217; dak li Daphne Caruana Galizia ta&#8217; sikwit kienet tikteb dwaru: li l-politika u l-kriminalit\u00e0 jinsabu wisq qrib xulxin u li kienet in\u0127olqot dinja ta&#8217; amoralit\u00e0 li fiha kriminali li jqieg\u0127du l-bombi fil-karrozzi u kriminali o\u0127rajn li jid\u0127lu g\u0127all-\u0127ajja pubblika jgawdu mill-\u0127biberija ta&#8217; xulxin.<\/p>\n<p>Kemm f&#8217;mewtha kif ukoll f&#8217;\u0127ajjitha, kienet i\u0121\u0121ieg\u0127el lill-pajji\u017c i\u0127ares lejn il-mera biex tintlema\u0127 il-kruha li sal-lum g\u0127adna ni\u010b\u0127du li te\u017cisti.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta l-Ispettur tal-pulizija li qed imexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, Keith Arnaud kien qed jinterroga lil Alfred Degiorgio, lill-Fulu wrieh l-evidenza kollha li l-pulizija kellha f&#8217;idejha dwar is-sehem tieg\u0127u fil-qtil tal-\u0121urnalista. Lil Alfred Degiorgio, Keith Arnaud indikalu li l-pulizija kienet sabet tarf tal-assassinju. Wrieh ir-rekords tax-xiri tas-SIM card, il-movimenti tal-mobiles, ir-rekords tad-diskorsi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":14420,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/15487\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=15487"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/15487\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":18112,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/15487\/revisions\/18112\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/14420\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=15487"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=15487"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=15487"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}