{"id":17008,"date":"2018-10-14T11:33:42","date_gmt":"2018-10-14T09:33:42","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=17008"},"modified":"2018-10-15T16:23:00","modified_gmt":"2018-10-15T14:23:00","slug":"the-volleys-of-the-damned","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/the-volleys-of-the-damned\/","title":{"rendered":"Il-\u0127oloq tal-katina tal-qerq"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/90137\/in_sworn_affidavit_meps_former_aide_reveals_david_casas_drug_habit#.W8LiMS-B1Bw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">L-istorja mxandra llum fil-<em>Malta Today<\/em> dwar David Casa<\/a> ma \u0121ietx pubblikata llum b&#8217;kumbinazzjoni. Il-pubblikazzjoni ta&#8217; din l-istorja proprju llum isservi biss l-interessi ta&#8217; dawk li \u0127adu pja\u010bir li llum g\u0127amel il-maltemp u g\u0127alhekk ma setax jitfakkar l-anniversarju tal-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Persuna li kien ja\u0127dem fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; David Casa, li isimha baqa&#8217; anonimu, lil Saviour Balzan qallu li David Casa jag\u0127mel u\u017cu minn drogi li huma llegali.<\/p>\n<p>Kemm ilha li xxandret din l-istorja, <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181014\/local\/staff-spring-to-david-casas-defence-after-drugs-claim.691564?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">persuni li ja\u0127dmu fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; David Casa, li lkoll iffirmaw b&#8217;isimhom, stqarrew li din l-istorja m&#8217;hi xejn \u0127lief gidba<\/a>.<\/p>\n<p>Jien kellimt lil u\u0127ud minnhom u dawn qaluli li kienu qed jistennew li ti\u0121i vvintata xi storja simili g\u0127al din\u00a0 \u2014 mhux spe\u010bifikatamnt dwar it-te\u0127id tad-drogi \u2014 jew xi forma ta&#8217; allegazzjoni minn &#8220;persuna anonima li kienet ta\u0127dem fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; David Casa&#8221;.<\/p>\n<p>U dawn huma \u010berti li din il-persuna hi \u010bertu Andr\u00e8 Carbonaro.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-16577\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-14-at-09.46.56.jpeg\" alt=\"\" width=\"533\" height=\"533\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-14-at-09.46.56-150x150.jpeg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-14-at-09.46.56-270x270.jpeg 270w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-14-at-09.46.56-300x300.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-14-at-09.46.56.jpeg 533w\" sizes=\"(max-width: 533px) 100vw, 533px\" \/><\/p>\n<p>Lil Andr\u00e8 Carbonaro nafu. Bejn is-snin 2000 u 2002 \u0127dimna flimkien ma&#8217; \u0127addiema o\u0127ra fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; Austin Gatt. Huwa kien tke\u010b\u010ba mill-impjieg wara li l-pulizija kienet qabditu illegalment ja\u0127sel xi \u010bekkijiet. Niftakar li Austin Gatt kien irri\u017cenja dak il-\u0127in stess i\u017cda Eddie Fenech Adami ma kienx a\u010b\u010betta r-ri\u017cenja tieg\u0127u u appo\u0121\u0121jah f&#8217;mozzjoni parlamentari ta&#8217; sfidu\u010bja li kien eventwalment irnexxielu jeg\u0127leb.<\/p>\n<p>Aktar tard il-MEP David Casa impjega lil Andr\u00e8 Carbonaro fl-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u. Din ma kienet idea tajba xejn. G\u0127alkemm Andr\u00e8 Carbonaro huwa bniedem intelli\u0121enti, l-inkwiet jieklu bil-\u0127ob\u017c. U f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar xhur sab ru\u0127u f&#8217;ba\u0127ar ta&#8217; nkwiet.<\/p>\n<p>F&#8217;Ottubru 2017, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni \u0127arrku fil-qorti g\u0127all-\u0127las ta&#8217; 100,000 ewro ta&#8217; taxxi mhux im\u0127allsa li kienu dovuti tul l-a\u0127\u0127ar 5 snin. L-eks kollegi tieg\u0127u jg\u0127idu li kellu pressjonijiet kbar fuqu u kien ukoll taha g\u0127ax-xorb.<\/p>\n<p>Ta&#8217; sikwit kien imur g\u0127ax-xog\u0127ol fis-sakra u David Casa spi\u010b\u010ba biex ke\u010b\u010bieh.<\/p>\n<p>G\u0127al xi \u017cmien, il-PN impjegah fis-sezzjoni tieg\u0127u tax-xandir. Wara xahar spi\u010b\u010ba tke\u010b\u010ba minn mal-PN ukoll.<\/p>\n<p>Dalg\u0127odu bg\u0127att messa\u0121\u0121 bil-<em>WhatsApp<\/em> lil Andr\u00e8 Carbonaro u staqsejtu jekk kienx hu li kien kellem lil tal-<em>Malta<\/em> <em>Today<\/em> u tlabtu jinfurmani jekk hu kienx qatt g\u0127amel rapport mal-awtoritajiet dwar l-u\u017cu illegali tad-droga. Dan min\u0127abba l-fatt li skond &#8220;l-g\u0127ejjun&#8221; tal-<em>Malta Today,<\/em> dan l-allegat u\u017cu kien ilu jaf bih g\u0127al xi \u017cmien.<\/p>\n<p>U staqsejtu wkoll jekk kienx \u0127allas dak li g\u0127andu jag\u0127ti lid-Dipartiment tat-Taxxa u, jekk iva, kif \u0127allas.<\/p>\n<p>Naf fi\u010b-\u010bert li l-messa\u0121\u0121 tieg\u0127i qrah &#8211;\u00a0 il-<em>WhatsApp<\/em> malajr jikkonfermalek &#8211; i\u017cda s&#8217;issa g\u0127adu ma we\u0121ibnix.<\/p>\n<p>L-g\u0127a\u017cla ta\u017c-\u017cmien li fih ixxandret din l-istorja tikxef il-veru motiv warajha. Qabel intervjena l-maltemp, tal-Labour kienu qeg\u0127din jag\u0127mlu minn kollox biex jaraw kif i\u0127assru l-attivitajiet li g\u0127andhom ifakkru lil Daphne Caruana Galizia. David Casa kien fuq quddiem nett bl-insistenza tieg\u0127u li l-\u0121ustizzja g\u0127andha ssir kemm ma&#8217; Daphne u kif ukoll f&#8217;dawk il-ka\u017cijiet kollha li kienet qieg\u0127da tinvestiga. Tal-Labour g\u0127alhekk idde\u010bidew li fuq David Casa je\u0127tie\u0121 li jsir attakk fero\u010bi.<\/p>\n<p>Jien qatt ma kilt il-kirxa ma&#8217; David Casa u allura ma nistax ng\u0127addi \u0121udizzju dwar dak li qed jallega Andr\u00e8 Carbonaro. Nista&#8217; biss nitkellem dwar il-kredibilit\u00e0 ta&#8217; Andr\u00e8 Carbonaro.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, jien nista&#8217; na\u0127lef biss g\u0127alija nnifsi: jien ukoll kont \u0121ejt mixli fuq it-<em>Twitter<\/em> li ninsab ma\u0127kum mill-vizzju tal-kokajina. U naf ukoll li, fit-42 sena li ilni ng\u0127ix fid-dinja, qatt ma missejt ma&#8217; drogi.<\/p>\n<p>Kemm ilu li \u0121ie mke\u010b\u010bi minn mal-PN, lil Andr\u00e8 Carbonaro kien hemm min lem\u0127u fil-kumpannija ta&#8217; Chris Cardona. U allura l-bi\u010b\u010biet tal-katina jibdew jorbtu ma&#8217; xulxin.<\/p>\n<p>Kif torbot ukoll <a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-10-14\/local-news\/Exclusive-No-phone-call-between-Pierre-Darmanin-Minister-Cardona-investigation-sources-6736197749\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">mal-istorja fil-pa\u0121na ta&#8217; quddiem ta&#8217; <em>The Malta Independent on Sunday<\/em> tal-lum<\/a> li &#8220;esklussivament&#8221; (li jfisser li kienet \u0121ejja dritt mill-gvern) tikkwota \u201cg\u0127ejjun\u201d (li jfisser g\u0127ejjun mill-gvern) li qalu li \u201cmill-investigazzjonijiet\u201d ma rri\u017cultax li Pierre Darmanin kien \u010bempel lil Chris Cardona wara li f&#8217;Ottubru 2016 kien tkellem ma&#8217; Daphne Caruana Galizia u dan qabel \u010bempel lill-allegat assassin Alfred Degiorgio.<\/p>\n<p>Huwa \u010bar li qeg\u0127din jippruvaw igiddbu lil <em>La Repubblica<\/em> li, bis-sa\u0127\u0127a tal-g\u0127ejjun tag\u0127ha stess, xandret l-informazzjoni.<\/p>\n<p>X&#8217;inhi r-ra\u0121uni li din l-informazzjoni tant importanti xxandret baxx baxx mill-&#8220;investigazzjoni&#8221;? G\u0127aliex ma \u0127ar\u0121ux bi stqarrija b&#8217;risposta g\u0127al dak li xandret <em>La Repubblica?<\/em><\/p>\n<p>U ta&#8217; <em>The Malta Independent on Sunday<\/em> x&#8217;kien li \u0127arbilhom il-fatt li kemm ta&#8217; <em>La Repubblica<\/em> fil-ukoll tal-<em>Malta<\/em> <em>Today<\/em> kienu talbu lil Pierre Darmanin jikkonferma jew ji\u010b\u0127ad jekk f&#8217;dak il-lejl kienx kellem lil Chris Cardona u li dan kien \u0127allihom ming\u0127ajr twe\u0121iba?<\/p>\n<p>Qed jag\u0127mlu minn kollox biex jimmanipulaw permezz tal-gideb u t-ta\u0127wid tal-im\u0127u\u0127.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-istorja mxandra llum fil-Malta Today dwar David Casa ma \u0121ietx pubblikata llum b&#8217;kumbinazzjoni. Il-pubblikazzjoni ta&#8217; din l-istorja proprju llum isservi biss l-interessi ta&#8217; dawk li \u0127adu pja\u010bir li llum g\u0127amel il-maltemp u g\u0127alhekk ma setax jitfakkar l-anniversarju tal-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Persuna li kien ja\u0127dem fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; David Casa, li isimha baqa&#8217; anonimu, lil [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":16577,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17008\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=17008"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17008\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":18109,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/17008\/revisions\/18109\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/16577\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=17008"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=17008"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=17008"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}