{"id":23470,"date":"2018-10-17T21:56:03","date_gmt":"2018-10-17T19:56:03","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=23470"},"modified":"2018-10-18T16:59:58","modified_gmt":"2018-10-18T14:59:58","slug":"il-gvern-intebah-li-ma-jafx-kollox-dwar-id-delitt","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/il-gvern-intebah-li-ma-jafx-kollox-dwar-id-delitt\/","title":{"rendered":"Il-gvern inteba\u0127 li ma jafx kollox dwar id-delitt"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-10-17\/newspaper-leader\/TMID-Editorial-Freedom-of-the-press-is-not-served-a-la-carte-6736197906\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">L-editur ta&#8217; <em>The Malta Independent<\/em><\/a> \u0127ass li l-libert\u00e0 tieg\u0127u \u0121iet imxekkla meta jien ktibt xi kummenti dwar <a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-10-14\/local-news\/Exclusive-No-phone-call-between-Pierre-Darmanin-Minister-Cardona-investigation-sources-6736197749\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-istorja li xxandret fil-\u0121urnal il-\u0126add li g\u0127adda<\/a>.<\/p>\n<p>L-editur kiteb li &#8220;l-blogger Manuel Delia g\u0127a\u0121\u0121el meta allega li l-istorja li xandarna kienet &#8216;\u0121ejja baxx baxx mill-gvern&#8217;.&#8221; Peress li dak li jien ktibt dwar din l-istorja fil-fatt kienet biss bi\u010b\u010ba \u017cg\u0127ira minn <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/10\/the-volleys-of-the-damned\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">kummentarju li ktibt dwar a\u0127bar o\u0127ra imxandra baxx baxx mill-gvern dakinhar stess fuq il-<em>Malta Today<\/em><\/a>, qed nirriprodu\u010bi hawn ta\u0127t dak li ktibt dwar l-istorja li xxandret minn <em>The Malta Independent:<\/em><\/p>\n<p><em>&#8220;As does today\u2019s front page story of The Malta Independent on Sunday that quotes &#8216;exclusively&#8217; (for which read a government leak) &#8216;sources&#8217; (for which read the source of that government leak) that says &#8216;the investigations&#8217; did not see Pierre Darmanin call Chris Cardona after speaking to Daphne Caruana Galizia in October 2016 and before calling her alleged assassin Alfred Degiorgio.<\/em><\/p>\n<p><em>&#8220;The effort is to discredit La Repubblica who published information from its own sources.<\/em><\/p>\n<p><em>&#8220;Why did the &#8216;investigation&#8217; have to provide such important information in a leak? Why didn\u2019t they make a statement in response to La Repubblica?<\/em><\/p>\n<p><em>&#8220;And more importantly why did The Malta Independent on Sunday fail to register that both La Repubblica and Malta Today asked Pierre Darmanin to confirm or deny whether he spoke to Chris Cardona that night and he dodged them both?&#8221;<\/em><\/p>\n<p>F&#8217;dan l-istadju na\u0127seb li jkun g\u0127aqli jekk ner\u0121a&#8217; nelenka s-sekwenza ta&#8217; kif se\u0127\u0127ew l-affarijiet.<\/p>\n<p><em>La Repubblica<\/em> kitbet li, madwar sena qabel inqatlet, Daphne Caruana Galizia kienet irrappurtat li Pierre Darmanin mi\u017c-\u017burrieq kien \u010bemplilha biex jikkjarifika xi affarijiet u hi kienet xandret din il-kjarifika. Wara li \u010bemplilha, huwa \u010bempel lil Chris Cardona. U wara li qata&#8217; minn ma&#8217; Chris Cardona, huwa immedjatament \u010bempel lil Alfred Degiorgio, li minn dakinhar &#8216;l hawn jinsab mixli bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p><em>The Malta Independent <\/em>xandret storja li fiha qalet li l-g\u0127ejjun tag\u0127ha qalulha li m&#8217;g\u0127andhom ebda prova f&#8217;idejhom li dik it-telefonata lil Chris Cardona kienet fil-fatt se\u0127\u0127et. Madankollu l-g\u0127ejjun ta&#8217; <em>The Malta Independent <\/em>\u0121ibdu l-attenzjoni g\u0127all-fatt li &#8220;ma jistax ji\u0121i esklu\u017c li Cardona kien \u0121ie kkuntattjat fi stadju aktar bikri jew fi stadju aktar tard fuq numru mhux mag\u0127ruf&#8221;. B&#8217;din l-istqarrija, l-g\u0127ejjun ta&#8217; <em>The Malta Independent<\/em> g\u0127amlu rinunzja \u010bara. Fi kliem ie\u0127or, dawn l-g\u0127ejjun qalu: &#8216;m&#8217;g\u0127andniex prova f&#8217;idejna li din it-telefonata fil-fatt kienet se\u0127\u0127et, i\u017cda te\u017cisti l-possibilit\u00e0 li din it-telefonata kienet saret u li a\u0127na ma nafux biha&#8217;. <em>The Malta Independent<\/em> xandret l-istorja ming\u0127ajr ma fehmet is-sinjifikat ta&#8217; din ir-rinunzja.<\/p>\n<p>Hemm aktar. Ag\u0127tu \u0127arsa lejn x&#8217;kompla jg\u0127id ir-rapport ta&#8217; <em>The Malta Independent.<\/em> &#8220;<em>The Malta Independent on Sunday<\/em> jinsab infurmat li fil-pussess tal-investigaturi Maltin u barranin hemm il- <em>mobile phone call logs<\/em> ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, ta&#8217; Chris Cardona, ta&#8217; Pierre Darmanin u tat-tliet persuni li jinsabu mixlija bil-qtil \u2013 Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.&#8221; Bi kliem meqjus, l-g\u0127ejjun ta&#8217; <em>The Malta Independent<\/em> hawn qeg\u0127din jammettu l-possibilit\u00e0 li m&#8217;g\u0127andhomx l-informazzjoni kollha. Fi kliem ie\u0127or, dawn l-g\u0127ejjun qeg\u0127din ig\u0127idu lill-\u0121urnal: &#8220;Dawn il-<em>phone records<\/em> ma jinstabux f&#8217;idejna biss. Ma nafux <em>La Repubblica<\/em> minn fejn \u0121abet l-informazzjoni li xandret, i\u017cda li hu \u017cgur hu li din l-informazzjoni ma \u0121abrithiex ming\u0127andna&#8221;.<\/p>\n<p>Irrid ng\u0127id li <em>The Malta Independent on Sunday<\/em> kellha kull dritt li ta\u010b\u010betta b&#8217;mod superfi\u010bjali din il-ver\u017cjoni mg\u0127aww\u0121a tar-realt\u00e0. \u0126add m&#8217;hu qed i\u010ba\u0127\u0127dilha dan id-dritt. Madankollu l-anali\u017ci li g\u0127amlet kienet wa\u0127da superfi\u010bjali g\u0127all-a\u0127\u0127ar u wa\u0127da li toqg\u0127od sew mal-ver\u017cjoni mg\u0127aww\u0121a tal-istorja li jrid jippromwovi il-gvern bil-g\u0127an li jipprova jinqala&#8217; minn sitwazzjoni li fiha qieg\u0127ed jinteba\u0127 li f&#8217;idejh m&#8217;g\u0127andux l-informazzjoni kollha.<\/p>\n<p>L-g\u0127ejjun ta&#8217; <em>The Malta Independent on Sunday<\/em> infurmaw lil Kastilja wkoll. Ninsabu konxji tal-fatt li l-Pulizija ta&#8217; Malta hija politikament ma\u0127tufa u nafu wkoll li l-gvern qed i\u017comm g\u0127ajnejn imsammrin fuq l-investigazzjoni dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. G\u0127all-grazzja tal-argument, ejja nassumu li Joseph Muscat kien sar jaf bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia bejn wie\u0127ed u ie\u0127or fl-istess \u0127in li sar jaf bih kul\u0127add: ji\u0121ifieri g\u0127al \u0127abta tat-15.05 tas-16 ta&#8217; Ottubru 2017 u li hu ma kellux idea x&#8217;kien ser ise\u0127\u0127.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-21957\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/joseph-muscat-JM-chris-cardona-990x576.jpg\" alt=\"\" width=\"990\" height=\"576\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/joseph-muscat-JM-chris-cardona-990x576-300x175.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/joseph-muscat-JM-chris-cardona-990x576-464x270.jpg 464w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/joseph-muscat-JM-chris-cardona-990x576-768x447.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/joseph-muscat-JM-chris-cardona-990x576.jpg 990w\" sizes=\"(max-width: 990px) 100vw, 990px\" \/><\/p>\n<p>Jekk dan kien il-ka\u017c, allura Joseph Muscat g\u0127andu jkun fl-istess po\u017cizzjoni li jinsab fiha kul\u0127add f&#8217;Malta: ji\u0121ifieri qed jissuspetta \u0127a\u017cin f&#8217;Chris Cardona &#8211; qed jissuspetta li Chris Cardona jaf aktar minnu dwar il-qtil ta&#8217; Daphne. Kul\u0127add qed jissuspetta li Chris Cardona jaf aktar milli qed jammetti li jaf. Kul\u0127add. Inklu\u017ci t-<em>trolls<\/em> tal-Labour u t-telespettaturi tal-<em>One TV<\/em>. Bla dubju, anki Joseph Muscat innifsu.<\/p>\n<p>B&#8217;dak li kixfet <em>La Repubblica,<\/em> l-inkwiet tag\u0127hom bla dubju qed ji\u017cdied. Allura je\u0127tie\u0121 li mhux biss jippruvaw jiskreditaw ir-rapport ta&#8217; <em>La Repubblica<\/em>. B\u0127alissa l-akbar inkwiet ta&#8217; Joseph Muscat jikkonsisti fil-fatt li l-g\u0127ejjun tieg\u0127u &#8211; ji\u0121ifieri l-pulizija li tinsab ta\u0127t il-kontroll strett tieg\u0127u &#8211; m&#8217;g\u0127andhiex fil-pussess tag\u0127ha l-provi kollha li je\u017cistu. U li allura je\u017cistu provi li jinsabu f&#8217;idejn \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Meta llum tkellem mal-istazzjon Amerikan <em>NBC TV<\/em>, Owen Bonnici \u0121ie sfidat jispjega g\u0127aliex Chris Cardona baqa&#8217; ma \u0121iex interrogat wara li <em>La Repubblica<\/em> kixfet l-informazzjoni dwar dawn it-telefonati bejn tlieta minn nies, ji\u0121ifieri bejn Pierre Darmanin, Chris Cardona u Alfred Degiorgio. U Owen Bonnici dlonk xejjer ir-rapport ta&#8217; <em>The Malta Independent on Sunday<\/em> hu u jispjega lil tal-<em>NBC<\/em> li hemm \u017cew\u0121 ver\u017cjonijiet g\u0127al din l-istorja u li allura l-istorja ta&#8217; <em>La Repubblica<\/em> ma kinitx wa\u0127da konklussiva.<\/p>\n<p>Din ta&#8217; Owen m&#8217;hi xejn \u0127lief \u0127merija. Il-Pulizija ta&#8217; Malta ma tista&#8217; qatt twarrab informazzjoni mxandra f&#8217;\u0121urnal dan kollu g\u0127ax \u0121urnal ie\u0127or jkun \u0127are\u0121 b&#8217;ver\u017cjoni o\u0127ra, aktar u aktar meta l-informazzjoni li jkun xandar dan l-istess \u0121urnal tkun \u0121ejja ming\u0127and il-Pulizija stess. Il-Pulizija ta&#8217; Malta jmissha qeg\u0127da t\u0127abbel rasha biex tara <em>La Repubblica<\/em> minn fejn \u0121abet l-informazzjoni g\u0127ax bla dubju l-g\u0127ejjun ta&#8217; din l-informazzjoni ma setg\u0127ux kienu l-Pulizija.<\/p>\n<p>Din kienet ir-ra\u0121uni g\u0127aliex lil <em>The Malta Independent<\/em> qalulha li &#8220;l-investigaturi Maltin u barranin jinsabu fil-pussess tal-<em>mobile phone calls<\/em> kollha&#8221; u li &#8220;ma jistg\u0127ux jeskludu li xi telefonata setg\u0127et saret fi stadju aktar bikri jew fi stadju aktar tard fuq numru mhux mag\u0127ruf&#8221;. Dan jista&#8217; jkun numru li mhuwiex mag\u0127ruf g\u0127all-g\u0127ejjun ta&#8217; T<em>he Malta Independent<\/em>. I\u017cda l-g\u0127ejjun ta&#8217; <em>La Repubblica<\/em> mhux ta&#8217; <em>La Repubblica<\/em> biss jistg\u0127u jafu bihom?<\/p>\n<p>Jien m&#8217;jinix nikkritika l-fatt li <em>The Malta Independent<\/em> g\u0127a\u017clet li xxandar l-istorja li xandret il-\u0126add li g\u0127adda. Il-\u0121urnal m&#8217;huwiex biss huwa &#8220;\u0127ieles&#8221; li jxandar. Jinsab fid-dmir li jmur lil hinn mill- motivazzjoni tal-g\u0127ejjun u jekk ikun je\u0127tie\u0121 li jmeri storja mxandra minn \u0121urnal ie\u0127or, g\u0127andu jag\u0127mel dan g\u0127ax ikun \u010bert li l-g\u0127ejjun tieg\u0127u huma infurmati a\u0127jar.<\/p>\n<p>F&#8217;dan il-ka\u017c, l-g\u0127ejjun lill-<em>The Malta Independent<\/em> qalulu li huwa possibbli li ma jafux kollox u li hemm \u0127addie\u0127or li jaf b&#8217;aktar informazzjoni, liema informazzjoni g\u0127o\u0121bu jg\u0127addiha lil <em>La Repubblica.<\/em><\/p>\n<p>Nitlobkom tinteb\u0127u bil-log\u0127ba li qed tintlag\u0127ab hawn. Wara l-istorja li xandret <em>The Malta Independent<\/em> bla dubju hemm il-gvern. Il-gvern kellu kull motivazzjoni biex lil Owen Bonnici jg\u0127addilu salvawomo hu u ji\u0121i mistoqsi mill-<em>NBC<\/em> biex jispjega g\u0127aliex ma sar xejn dwar it-telefonati misterju\u017ci ta&#8217; Chris Cardona.<\/p>\n<p>Il-gvern issa huwa motivat ukoll mill-fatt li nteba\u0127 li ma jafx kollox; li mhux biss Chris Cardona jaf aktar minnu dwar x&#8217;kien \u0121ara&#8217; e\u017cattament; li l-g\u0127odda kollha li biha tista&#8217; tinkixef aktar\u00a0 informazzjoni mhix ta\u0127t il-kontroll strett tieg\u0127u: u din l-g\u0127odda tinsab f&#8217;idejn il-\u0121urnalisti, f&#8217;idejn l-investigaturi u f&#8217;idejn persuni li t-tfittxija tal-verit\u00e0 g\u0127amluha l-missjoni tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Il-kbir jidher li g\u0127adu \u0121ej.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-editur ta&#8217; The Malta Independent \u0127ass li l-libert\u00e0 tieg\u0127u \u0121iet imxekkla meta jien ktibt xi kummenti dwar l-istorja li xxandret fil-\u0121urnal il-\u0126add li g\u0127adda. L-editur kiteb li &#8220;l-blogger Manuel Delia g\u0127a\u0121\u0121el meta allega li l-istorja li xandarna kienet &#8216;\u0121ejja baxx baxx mill-gvern&#8217;.&#8221; Peress li dak li jien ktibt dwar din l-istorja fil-fatt kienet biss bi\u010b\u010ba [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":21957,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/23470\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=23470"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/23470\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":23712,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/23470\/revisions\/23712\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/21957\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=23470"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=23470"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=23470"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}