{"id":25901,"date":"2018-10-18T18:15:19","date_gmt":"2018-10-18T16:15:19","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=25901"},"modified":"2018-10-23T17:20:12","modified_gmt":"2018-10-23T15:20:12","slug":"jaghmlu-bhal-mugabe","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/jaghmlu-bhal-mugabe\/","title":{"rendered":"Jag\u0127mlu b\u0127al Mugabe"},"content":{"rendered":"<p>Kien hemm \u017cmien li fih il-Punent lil Robert Mugabe kien jarah \u0127elu. Il-Punent kien jirrispetta l-\u0121lieda li kien qed jag\u0127mel favur gvern mag\u0127\u017cul mill-ma\u0121\u0121oranza fir-Rode\u017cja g\u0127aliex din kienet wa\u0127da \u0121usta. U g\u0127all-bidu, l-gvern li kien imexxi kien wie\u0127ed g\u0127aqli. U fl-istampa internazzjonali \u0127a l-fama ta&#8217; President Afrikan Tajjeb.<\/p>\n<p>Mal-medda ta\u017c-\u017cmien, fil-pajji\u017c nibtet il-korruzzjoni, it-tirannija, ir-reg\u0127ba u l-vjolenza u d-dinja bdiet t\u0127ares lejh minn lenti differenti. U Robert Mugabe beda&#8217; jwa\u0127\u0127al fl-istampa internazzjonali u qal li kienet qed tkun in\u0121usta hi u sservi l-interessi tan-&#8220;neo-kolonjalisti&#8221; li riedu je\u0127ilsu minnu.<\/p>\n<p>Il-gvern Laburista &#8211; gvern li qala&#8217; tif\u0127ir li ma kienx \u0127aqqu fi\u017c-\u017cmien li Malta kellha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea &#8211; qed jinteba\u0127 li l-istampa internazzjonali issa xammitu sew. <a href=\"https:\/\/glennbedingfield.com\/embarrassment-for-john-sweeney\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Glenn Bedingfield ipprova jag\u0127milha tal-buli ma&#8217; John Sweeney<\/a>. U issa Tony Zarb beda&#8217; kampanja bil-<em>Facebook<\/em> biex lill-istampa dinjija jg\u0127idilha li m&#8217;humiex qed ikunu &#8220;\u0121usti ma&#8217; Malta&#8221;. Dan qisu qed jikkopja dak li kien jag\u0127mel Mugabe meta l-kritika kontra l-korruzzjoni u l-vjolenza f&#8217;Malta iqabbilha ma&#8217; xi forma ta&#8217; attakk &#8220;neo-kolonjalista&#8221; minn barra.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 kont ma&#8217; Richard Engel, il-korrispondent prin\u010bipali tal-<em>NBC<\/em>. Iltqajna barra l-Parlament peress li xtaq jintervistani. I\u017cda meta lema\u0127 lil Chris Cardona g\u0127addej minn \u0127dejna, mar fuq il-Ministru u staqsieh xi mistoqsijiet importanti. Staqsieh x&#8217;kienet din li jiltaqa&#8217; ma&#8217; assassini li l-pulizija qed takku\u017cahom bi qtil ta&#8217; \u0121urnalista. Chris Cardona ma we\u0121ibx u baqa&#8217; g\u0127addej.<\/p>\n<p>Qed tara Tony Zarb. \u0126a\u0121a b\u0127al din issewwed id-dehra ta&#8217; Malta: il-fatt li l-gvern tag\u0127na m&#8217;g\u0127andux twe\u0121iba x&#8217;jag\u0127ti g\u0127all-fatt li Ministru jiekol il-kirxa ma&#8217; allegat assassin ta&#8217; \u0121urnalista li kienet ikkritikatu.<\/p>\n<p>Issa Ton, mur mexxi l-kampanja fuq il-<em>Facebook<\/em> u g\u0127idilhom li mhux qed ikunu \u0121usti u mbag\u0127ad stenna biex tara intix se timpressjonahom. Jew inkella g\u0127amel xi \u0127a\u0121a ta&#8217; \u0121id g\u0127all-pajji\u017cek u ng\u0127aqad mag\u0127na a\u0127na u ninsistu ma&#8217; Chris Cardona biex jitlaq mill-Ministeru tieg\u0127u u jibda&#8217; jwie\u0121eb dawn il-mistoqsijiet serji. U mbag\u0127ad l-istampa internazzjonali tinteba\u0127 li, wara kollox, il-\u0121ustizzja qed issaltan f&#8217;Malta.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-23937\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02.jpeg\" alt=\"\" width=\"768\" height=\"1262\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02-164x270.jpeg 164w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02-183x300.jpeg 183w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02.jpeg 623w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02-768x1262.jpeg 768w\" sizes=\"(max-width: 768px) 100vw, 768px\" \/><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-23937\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02.jpeg\" alt=\"\" width=\"768\" height=\"1262\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02-164x270.jpeg 164w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02-183x300.jpeg 183w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02.jpeg 623w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/WhatsApp-Image-2018-10-18-at-17.58.02-768x1262.jpeg 768w\" sizes=\"(max-width: 768px) 100vw, 768px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kien hemm \u017cmien li fih il-Punent lil Robert Mugabe kien jarah \u0127elu. Il-Punent kien jirrispetta l-\u0121lieda li kien qed jag\u0127mel favur gvern mag\u0127\u017cul mill-ma\u0121\u0121oranza fir-Rode\u017cja g\u0127aliex din kienet wa\u0127da \u0121usta. U g\u0127all-bidu, l-gvern li kien imexxi kien wie\u0127ed g\u0127aqli. U fl-istampa internazzjonali \u0127a l-fama ta&#8217; President Afrikan Tajjeb. Mal-medda ta\u017c-\u017cmien, fil-pajji\u017c nibtet il-korruzzjoni, it-tirannija, ir-reg\u0127ba [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":23937,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/25901\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=25901"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/25901\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":29228,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/25901\/revisions\/29228\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/23937\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=25901"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=25901"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=25901"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}