{"id":26373,"date":"2018-10-20T17:32:56","date_gmt":"2018-10-20T15:32:56","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=26373"},"modified":"2018-10-23T17:23:40","modified_gmt":"2018-10-23T15:23:40","slug":"l-alibi-li-qatt-ma-kien","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/l-alibi-li-qatt-ma-kien\/","title":{"rendered":"L-alibi li qatt ma kien"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-25936\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/ferdinand-s-bar.jpg\" alt=\"\" width=\"338\" height=\"450\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/ferdinand-s-bar-203x270.jpg 203w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/ferdinand-s-bar-225x300.jpg 225w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/ferdinand-s-bar.jpg 338w\" sizes=\"(max-width: 338px) 100vw, 338px\" \/><\/p>\n<p>It-telespettaturi tal-<em>One TV<\/em>, tal-Labour jinsabu g\u0127ajnejhom fuqhom. L-istejjer li kienu xxandru f&#8217;April li g\u0127adda minn <em>France 2<\/em> dwar Chris Cardona bdew jikkonfondu lil u\u0127ud minn dawn it-telespettaturi issa dawn l-istejjer re\u0121g\u0127u \u0121ew ikkonfermati ftit jiem ilu bi\u017c-\u017cjieda ta&#8217; aktar fatti minn <em>La Repubblica.<\/em><\/p>\n<p>Jidher li f&#8221;April tal-Labour b&#8217;mod jew ie\u0127or setg\u0127u jinjoraw l-istejjer li, f&#8217;xi \u017cmien bejn il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u l-arrest ta&#8217; Alfred Degiorgio, Chris Cardona kien iltaqa&#8217; ma&#8217; Degiorgio fil-Ferdinand&#8217;s Bar. Fil-fatt din l-istorja ftit taw ka\u017cha.<\/p>\n<p>I\u017cda issa jidher li l-affarijiet qabdu n-ni\u017cla. I\u010b-\u010ba\u0127diet ta&#8217; Chris Cardona m&#8217;humiex jitwemmnu. U l-biera\u0127, il-mezzi tax-xandir tal-Labour \u0127ar\u0121u bi storja \u0121dida li hi differenti minn dik li xxandret f&#8217;<em>The Malta Independent on Sunday<\/em> il-\u0126add li g\u0127adda fejn ippruvaw jo\u0127olqu realt\u00e0 alternattiva li fiha f&#8217;Ottubru 2016 Pierre Darmanin ma&#8217; kienx \u010bempel lil Chris Cardona bejn it-telefonati li kienu saru lil Daphne Caruana Galizia u lil Alfred Degiorgio.<\/p>\n<p>Din id-darba tal-Labour kien je\u0127tie\u0121 li jimmiraw fuq dawk li jinsabu konfonduti u li qed jistaqsu din il-mistoqsija: Chris Cardona g\u0127aliex iltaqa&#8217; ma&#8217; Alfred Degiorgio qabel l-arrest ta&#8217; dan tal-a\u0127\u0127ar?<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.one.com.mt\/news\/2018\/10\/19\/filmati-jikkonfermaw-li-cardona-ma-resaqx-lejn-il-ferdinands-bar-lejlet-l-arrest-tal-fulu\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">L-istorja li xandar <em>One TV<\/em> l-biera\u0127 jipprovdi alibi lil Chris Cardona: \u201cFilmat jikkonferma li Cardona ma kienx fil-Ferdinand&#8217;s Bar lejliet l-arrest tal-Fulu\u201d.<\/a><\/p>\n<p>Malli tisma&#8217; dikjarazzjoni b\u0127al din, wie\u0127ed jistenna li jkun hemm xi \u0127add jew xi w\u0127ud, sa\u0127ansitra anki g\u0127ejjun anonimi, li jg\u0127idu li kienu segwew filmat g\u0127al 24 sieg\u0127a s\u0127a\u0127 (jew g\u0127a\u017c-\u017cmien kollu li g\u0127adda bejn il-qtil u l-arrest) li jinkwadra l-uniku bieb li Ferdinand&#8217;s Bar g\u0127andu g\u0127al barra u li setg\u0127u jilm\u0127u lil kull min da\u0127al u \u0127are\u0121 mill-\u0127snut u li ebda wie\u0127ed minn dawn ma kien Chris Cardona.<\/p>\n<p>I\u017cda meta mbag\u0127ad taqra&#8217; r-rapport tinduna li m&#8217;hemm xejn minn dan.<\/p>\n<p>U l-istorja tikkonferma li l-g\u0127ejjun ta&#8217; <em>One TV<\/em> qatt ma segwew lil dan il-filmat. Semg\u0127u biss li je\u017cisti dan il-filmat u daqshekk. <span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Biex inkunu \u010bari, l-alibi li supppost g\u0127andu Chris Cardona jikkonsisti f&#8217;filmat li l-mezzi tax-xandir tal-Labour (jew l- g\u0127ejjun tag\u0127hom) qatt ma rawh u li ma te\u017cisti ebda prova li dan il-filmat &#8211; li fih suppost Chris Cardona ma jidher imkien &#8211; fil-fatt je\u017cisti.<\/p>\n<p>X&#8217;ironija! Dan kollu \u0121ej ming\u0127and dawk li xebg\u0127u iwer\u017cqu \u2018fejn huma l-provi\u2019?<\/p>\n<p>Allura dan il-filmat li tal-<em>One TV<\/em> (jew l-g\u0127ejjun tag\u0127hom0 g\u0127adhom qatt ma raw, suppost rah min f&#8217;Di\u010bembru 2017 kien qed imexxi l-inkjesta fi\u017c-\u017cmien meta kien sar l-arrest. U meta l-pulizija talbu biex jaraw il-filmat, kienu \u0121ew infurmati minn sid il-kameras li permezz tag\u0127hom kien suppost in\u0121ibed, li dan ma kellu f&#8217;idejh ebda filmat li kien suppost in\u0121ibed dak i\u017c-\u017cmien g\u0127aliex kien t\u0127assar awtomatikament peress li kien g\u0127adda \u0127afna \u017cmien.<\/p>\n<p>Dan ifisser li l-pulizija li tkellmu ma&#8217; <em>One TV<\/em> qatt ma raw xi filmat li suppost ma jinkwadrax lil Chris Cardona.<\/p>\n<p>Allura x&#8217;g\u0127amlu l-pulizija? Nistaqsi: lil Chris Cardona bg\u0127atu g\u0127alih biex jistaqsuh fejn kien fit-48 sieg\u0127a qabel l-arrest ta&#8217; Alfred Degiorgio? Minflok fittxew filmat li ma jinkwadra\u0127x, liema filmat ma je\u017cistix, il-pulizija fittxew xi alibi po\u017cittiv? Fejn kien dakinhar? Fejn raqad? Ma&#8217; min kien raqad? Je\u017cisti filmat li jikkonferma l-istorja ta&#8217; Chris Cardona?<\/p>\n<p>G\u0127ax g\u0127alkemm ir-rapport tal-<em>One TV<\/em> ig\u0127id li l-pulizija g\u0127amlu tfittxija g\u0127al filmat li ma jinkwadrax lil Chris Cardona fis-Si\u0121\u0121iewi, ma jidhirx li g\u0127amlu tfittxija g\u0127al filmat li jinkwadra lil Chris Cardona band&#8217;o\u0127ra.<\/p>\n<p>Ir-rapport ta&#8217;<em> One TV<\/em> \u010bertament ma xxandarx b&#8217;ri\u017cq il-\u0121urnali\u017cmu. Ejjew nanalizzaw ftit x&#8217;hemm e\u017catt wara x-xandir ta&#8217; din l-istorja.<\/p>\n<p>Tal-Labour jinsabu nkwetati li mhux qed jirnexxielhom jeliminaw dubji f&#8217;mo\u0127\u0127 il-partitarji tag\u0127hom dwar ir-rabtiet mill-qrib li Chris Cardona g\u0127andu ma&#8217; qattiela u, f&#8217;dan il-ka\u017c, qtil li &#8211; wie\u0127ed jista&#8217; jargumenta &#8211; hu seta&#8217; kellu kull motiv li ji\u017cgura li jse\u0127\u0127. Huwa \u010bar li tal-Labour iridu jag\u0127tu lill-partitarji storja alternattiva ma xiex jistg\u0127u jiggranfaw sabiex min g\u0127ad g\u0127andu d-dubji jberrnu f&#8217;mo\u0127\u0127u jkun jista&#8217; jg\u0127id li \u201chemm filmat li juri li Chris Cardona ma kienx hemm\u201d.<\/p>\n<p>Madankollu l-fatti juru li dan il-filmat ma je\u017cistix.<\/p>\n<p>Chris Cardona ilu minn April ifittex alibi u hu jaf sew li dan l-alibi ma je\u017cistix. Dan lanqas jammonta g\u0127al evidenza negattiva u huwa biss diskors dwar xi \u0127a\u0121a li ma te\u017cistix li ma turi xejn. Hija biss negazzjoni tan-negattiv.<\/p>\n<p>G\u0127all-bidu kien qed ig\u0127addiha lixxa meta injora dan kollu. I\u017cda wara li <em>La Repubblica<\/em> qabditu jigdeb u wrietu li m&#8217;g\u0127andux wara xiex jin\u0127eba, induna l-ingassa kienet bdiet tag\u0127fas.<\/p>\n<p>Minn din l-istorja, hemm ukoll xi \u0127a\u0121a li hi aktar importanti. Skond l-istorja, il-Ma\u0121istrat Anthony Vella \u2014 li dak i\u017c-\u017cmien kien il-Ma\u0121istrat Inkwirenti dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u li llum jinsab elevat b\u0127ala M\u0127allef\u00a0 &#8211; promozzjoni li min\u0127abba fiha kellu jabbanduna l-inkjesta \u2014 kien mexxa l-inkjesta li rat il-filmat li setg\u0127et twarrab kull suspett minn fuq Chris Cadona. I\u017cda l-pulizija, g\u0127al \u0121ie\u0127na, dan il-filmat qatt ma ratu.<\/p>\n<p>Meta g\u0127amlu t-tfittixja g\u0127all-filmat, il-pulizija ma marrux g\u0127and il-Ma\u0121istrat li, skond l-istorja, suppost kien fil-pussess tieg\u0127u. G\u0127amlu t-tfittxija g\u0127all-filmat g\u0127and min kien \u0121ibdu u ma sabu xejn.<\/p>\n<p>L-istorja tammetti li l-pulizija qabdu triq differenti minn dik li qabdet l-inkjesta kriminali. Filwaqt li permezz tal-inkjesta kriminali, l-ma\u0121istrat g\u0127andu l-libert\u00e0 li jg\u0127arbel kull prova u jg\u0127arbel ukoll fejn dawn il-provi jistg\u0127u iwasslu, inklu\u017ci f&#8217;imkejjen politi\u010bi, il-pulizija hija interessata biss li tfittex ir-ra\u0121unijiet kollha biex tag\u0127mel il-bsaten fir-roti.<\/p>\n<p>Qatt ma kien hemm dubju dwar x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni vera wara l-promozzjoni tal-Ma\u0121istrat Anthony Vella. Il-gvern ma eleva\u0127x min\u0127abba l-kwalitajiet tieg\u0127u. Kien biss imwerwer li l-inkjesta tieg\u0127u setg\u0127et twassal biex tix\u0127et lill-gvern f&#8217;inkwiet serju.<\/p>\n<p>I\u017cda rridu niftakru li l-istorja li kienet xandret <em>France 2<\/em> dwar Chris Cardona, Alfred Degiorgio u l-Ferdinand\u2019s Bar kienet ixxandret qabel ing\u0127atat il-promozzjoni lil Anthony Vella. Dak li qed jinkwetahom huwa l-fatt li, wara li se\u0127\u0127et dik il-promozzjoni &#8211; \u0127a\u0121a li g\u0127alihom dak i\u017c-\u017cmien dehret b\u0127ala idea brillanti &#8211; lill-inkjesta xorta ser ikollhom jippruvaw jag\u0127mlulha l-bsaten fir-roti bil-g\u0127ajnuna ta&#8217; pulizija mag\u0127\u017culin.<\/p>\n<p>Li kieku l-gvern kellu storja kredibbli li biha seta&#8217; jmeri l-istejjer ta&#8217; <em>France 2<\/em> jew ta&#8217;<em> La Repubblica<\/em>, kien jara kif jag\u0127mel biex imeri l-istess stejjer fuq <em>France 2<\/em> jew fuq <em>La Repubblica<\/em> stess. I\u017cda g\u0127ar-ra\u0121unijiet li semmejt hawn fuq, dawn bir-ra\u0121un ma kinux lesti jxandru storja li fil-fatt ma tfisser xejn u jtuha preferenza fuq xhieda okulari li g\u0127andhom f&#8217;idejhom huma.<\/p>\n<p>Tal-iskantament huwa l-fatt li tal-Labour lanqas biss irnexxielhom i\u0121ieg\u0127elu lil tal-<em>Malta Today<\/em> jew ta&#8217; <em>The Malta Independent <\/em>ixandrulhom l-istorja tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Meta tasal f&#8217;estremit\u00e0 li jkollok b\u017conn l-istazzjon televi\u017civ tieg\u0127ek stess biex tipprova tikkonvin\u010bi lin-nies li ma kellekx x&#8217;taqsam ma&#8217; assassinju, dahrek ikun wasal biex imiss mal-\u0127ajt.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-telespettaturi tal-One TV, tal-Labour jinsabu g\u0127ajnejhom fuqhom. L-istejjer li kienu xxandru f&#8217;April li g\u0127adda minn France 2 dwar Chris Cardona bdew jikkonfondu lil u\u0127ud minn dawn it-telespettaturi issa dawn l-istejjer re\u0121g\u0127u \u0121ew ikkonfermati ftit jiem ilu bi\u017c-\u017cjieda ta&#8217; aktar fatti minn La Repubblica. Jidher li f&#8221;April tal-Labour b&#8217;mod jew ie\u0127or setg\u0127u jinjoraw l-istejjer li, f&#8217;xi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":25936,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/26373\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=26373"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/26373\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":29230,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/26373\/revisions\/29230\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/25936\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=26373"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=26373"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=26373"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}