{"id":27706,"date":"2018-10-21T09:00:51","date_gmt":"2018-10-21T07:00:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=27706"},"modified":"2018-10-23T17:24:38","modified_gmt":"2018-10-23T15:24:38","slug":"rega-bdielhom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/rega-bdielhom\/","title":{"rendered":"Re\u0121a&#8217; bdielhom?"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/10\/the-alibi-that-stayed-in-bed\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ittantaw ju\u017caw il-One TV<\/a> i\u017cda <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/90294\/witness_admitted_to_police_he_lied_about_cardona_sighting_with_degiorgio\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-qaddej tag\u0127hom Saviour Balzan seta&#8217; jaqdihom a\u0127jar<\/a>.<\/p>\n<p>Dawn qed ig\u0127idu li x-xhud li lil tal-istazzjon<em> France 2<\/em> kien qalilhom li kien ra lil Chris Cardona jkellem lil Alfred Degiorgio qabel dan kien \u0121ie arrestat, issa lill-Pulizija qalilhom li kien gideb.<\/p>\n<p>X&#8217;inhu dak li jindikalek li giddieb ikun qed jigdeb? Meta jwieg\u0127dek li qed ig\u0127idlek is-sewwa? X&#8217;inhu dak li jindikalek li xhud tkun tista&#8217; torbot fuq dak li jg\u0127id? Meta xhud ikun jaf li dak li se jg\u0127id mhux se j\u0121ib mieg\u0127u xi konsegwenzi jew meta l-konsegwenzi ta&#8217; dak li jg\u0127id jistg\u0127u j\u0121ibulu mag\u0127hom il-konsegwenzi?<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a, \u0121urnalista Taljan qalli li xtaq ikun jaf jekk jistax ikellem lix-xhieda li kienu kellmu lil <em>France 2<\/em>. Jien we\u0121ibtu li dawn ix-xhieda jien ma nafx min huma u li wisq inqas naf kif u fejn jistg\u0127u ji\u0121u kuntattjati. We\u0121ibtu wkoll li g\u0127andi g\u0127alxiex nassumi li dawn ix-xhieda mhux se jkunu \u0127erqana li jer\u0121g\u0127u jitkellmu. Wara kollox, meta f&#8217;April li g\u0127adda dawn kienu tkellmu, ma kien \u0121ara&#8217; xejn: dawn kienu mplikaw ministru tal-gvern min\u0127abba r-rabtiet li g\u0127andu ma&#8217; assassin u l-ministru baqa&#8217; g\u0127addej b&#8217;xog\u0127lu b\u0127allikieku ma&#8217; kien \u0121ara&#8217; xejn.<\/p>\n<p>U x-xhieda li jinteb\u0127u li fil-fatt tkellmu dwar persuni li jistg\u0127u ikunu mda\u0127\u0127lin fi qtil ta&#8217; persuna o\u0127ra li kienet xewka f&#8217;dahrhom: ta\u0127sbu li dawn se jkunu jridu jibqg\u0127u jitkellmu malli jinteb\u0127u bil-periklu?<\/p>\n<p>Barra minn hekk, l-istorja li xandret il-<em>Malta Today<\/em> turi li nbeda&#8217; pro\u010bess biex dawn ix-xhieda ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la jg\u0127idu li re\u0121a bdielhom dwar dak li kienu kixfu. Dan di\u0121a&#8217; se\u0127\u0127 waqt interrogazzjoni mill-pulizija f&#8217;investigazzjoni li fiha, kif irrappurtat il-<em>Malta Today<\/em> stess, l-pulizija hija aktar mo\u0127\u0127a biex tiskredita provi mi\u0121bura mill-inkjesta Ma\u0121isterjali milli li ssib tarf tal-kwistjoni.<\/p>\n<p>Daqskemm lil Chris Cardona \u0127add m&#8217;g\u0127andu dritt isibu \u0127ati ta&#8217; xi reat kemm il-darba dan ma jg\u0127addix minn pro\u010bess skond il-li\u0121i, daqstantie\u0127or \u0127add m&#8217;g\u0127andu dritt li joqg\u0127od jara x&#8217;ra\u0121unijiet se joqg\u0127od jivvinta biex lil Chris Cardona dan il-pro\u010bess skond il-li\u0121i jipprova jiffrankahulu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-26406\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/f71dada6ecb690b871a873c240d09412d7c9f4e3-1524218791-5ad9bba7-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"349\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/f71dada6ecb690b871a873c240d09412d7c9f4e3-1524218791-5ad9bba7-620x348-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/f71dada6ecb690b871a873c240d09412d7c9f4e3-1524218791-5ad9bba7-620x348-480x270.jpg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/f71dada6ecb690b871a873c240d09412d7c9f4e3-1524218791-5ad9bba7-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181021\/opinion\/journalism-most-foul-steve-mallia.692109\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Fis-<em>Sunday Times of Malta<\/em> tal-lum, Steve Mallia<\/a> jwissi lill-qarrejja tieg\u0127u kontra l-\u0121urnali\u017cmu tal-attivisti. Lili ma jsemmini b&#8217;ismi mkien i\u017cda jidher \u010bar li qed jirreferi g\u0127al din il-<em>website<\/em>. Mallia kiteb li kemm l-attivi\u017cmu u l-<em>blogging<\/em> m&#8217;huma xejn \u0127lief atti ta&#8217; ipokresija li tant iqarrqu bil-qarrejja li lil dawn i\u0121ieg\u0127luhom ja\u0127sbu li dak li jinkiteb jqarribhom lejn il-verit\u00e0. Mitt bniedem, mitt fehma.<\/p>\n<p>I\u017cda b\u0127ala alternattiva g\u0127all-attivisti\/bloggers, hemm il-mezzi tax-xandir tal-partiti politi\u010bi li l-biera\u0127 wasslulna l-istorja tal-filmat li \u0127add qatt g\u0127adu ma ra li suppost ma jindikax fejn kien Chris Cardona lejliet l-arresti li kienu saru dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Te\u017cisti wkoll alternattiva o\u0127ra: Saviour Balzan li, ta\u0127t il-kappa tat-taparsi indipendenza, jifta\u0127 attakk fuq xhud li bidel il-ver\u017cjoni ta&#8217; storja dwar ras kbira li ssemma&#8217; b&#8217;rabta ma&#8217; qtil u li, 6 xhur wara, g\u0127adu, fil-kariga.<\/p>\n<p>Hemm ukoll g\u0127a\u017cla o\u0127ra. \u0120urnal b\u0127alma kien dak li Steve Mallia kien l-editur tieg\u0127u, ji\u0121ifieri <em>The Sunday Times of Malta<\/em> immexxi minn Adrian Hillman li dak i\u017c-\u017cmien kien baxx baxx qed igawdi minn \u20ac650,000 m\u0127allsin minn Keith Schembri u li issa qed ja\u0127dem b\u0127ala konsulemt tal-gvern u m\u0127allas b&#8217;salarju o\u0127xon. Dak i\u017c-\u017cmien ma kienx isir diskors dwar ipokresija g\u0127ax \u0127add ma kien jaf x&#8217;kien g\u0127addej minn ta\u0127t. Li hu \u017cgur hu li t-tfittxija tal-verit\u00e0 hi bi\u010b\u010ba xog\u0127ol iebsa u l-a\u0121endi mo\u0127bija tal-propagandisti li jilbsu l-libsa ta&#8217; \u0121urnalisti\u00a0 \u2014 w\u0127ud motivati mill-korruzzjoni u o\u0127rajn mill-entu\u017cja\u017cmu biex jaqdu partit politiku &#8211; iwasslu l-ver\u017cjonijiet tag\u0127hom tar-realt\u00e0 u jispi\u010b\u010baw biex\u00a0 i\u0127awwdu l-im\u0127u\u0127.<\/p>\n<p>Il-fehmiet tieg\u0127i qatt ma \u0127bejthom g\u0127alkemm Steve Mallia fil-kitba tieg\u0127u iwissi dwar dak li wie\u0127ed jista&#8217; jistenna li jaqra&#8217; dan il-blog. B\u0127allikieku jien qed na\u0127bi xi \u0127a\u0121a. Meta fil-fatt ma jien na\u0127bi assolutment xejn.<\/p>\n<p>Steve Mallia jwissi dwar Saviour Balzan? Iwissi dwar dawk il-membri tal-korp tal-pulizija li xog\u0127olhom jidher li hu dak li jiskreditaw lil dawk ix-xhieda li jixhdu kontra l-\u0127bieb tag\u0127hom jew kontra s-sidien politi\u010bi tag\u0127hom?<\/p>\n<p>U f&#8217;din il-konfu\u017cjoni kollha, x&#8217;tistenna li g\u0127andu jag\u0127mel dak ix-xhud li kien ra lill-ministru jie\u0127u grokk ma xi \u0127add li l-g\u0127ada jkun sema&#8217; li kien \u0121ie arrestat u akku\u017cat bi qtil? Li ja\u010b\u010betta l-konsegwenzi li kellhom jiffa\u010b\u010bjaw xhieda o\u0127rajn li xehdu kontra l-interessi ta&#8217; dan il-gvern minkejja li \u0127add minnhom ma implika rabtiet ma&#8217; qtil fl-istqarrijiet tag\u0127hom? Jew inkella lill-pulizija jg\u0127idilhom e\u017catt dak li jixtiequ jisimg\u0127u: li kien gidbilhom u li issa jkun jista&#8217; jserra\u0127 rasu li j\u0127alluh bi kwietu?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ittantaw ju\u017caw il-One TV i\u017cda l-qaddej tag\u0127hom Saviour Balzan seta&#8217; jaqdihom a\u0127jar. Dawn qed ig\u0127idu li x-xhud li lil tal-istazzjon France 2 kien qalilhom li kien ra lil Chris Cardona jkellem lil Alfred Degiorgio qabel dan kien \u0121ie arrestat, issa lill-Pulizija qalilhom li kien gideb. X&#8217;inhu dak li jindikalek li giddieb ikun qed jigdeb? Meta [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":26406,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/27706\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=27706"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/27706\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":29231,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/27706\/revisions\/29231\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/26406\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=27706"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=27706"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=27706"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}