{"id":31155,"date":"2018-10-24T09:15:36","date_gmt":"2018-10-24T07:15:36","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=31155"},"modified":"2018-10-25T09:53:23","modified_gmt":"2018-10-25T07:53:23","slug":"id-dinja-mhix-catta-sur-scicluna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/id-dinja-mhix-catta-sur-scicluna\/","title":{"rendered":"Id-dinja mhix \u010batta, Sur Scicluna"},"content":{"rendered":"<p>Ma tantx g\u0127andi \u017cmien noqg\u0127od naqra&#8217; l-\u0127merijiet kollha li jikteb Martin Scicluna. I\u017cda jidher li qed tifforma stampa \u010bara tas-sitwazzjoni bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; \u010berti \u010birkostanzi b\u0127alma huma <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181024\/opinion\/rationality-and-emotion-martin-scicluna.692407?fbclid=IwAR1XFImxPKB0qaS94NoITh8fPfAjEABWbl-uZs7kiYocQqNmJdp2Il6V2t0#.W9ADOcA8vnA.facebook\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-artiklu tieg\u0127u tal-lum,\u00a0<\/a>ir-ritorn bla mistenni ta&#8217; Steve Mallia nhar il-\u0126add u xi truf o\u0127ra &#8216;l hemm u &#8216;l hawn li jindikaw il-bidu ta&#8217; bidla fl-istrate\u0121ija.<\/p>\n<p>Kif ng\u0127id ta&#8217; sikwit, Daphne Caruana Galizia kellha l-\u0127ila li \u0121\u0121ieg\u0127el lis-so\u010bjet\u00e0 t\u0127ares \u0127arsa lejn il-mera u kienet tipponta lejn il-kruhat li \u0127add ma ried jirrikonoxxi. U donnu li l-kriminali hemm fit-tmun tal-pajji\u017c inteb\u0127u li jkunu jistg\u0127u jag\u0127mlu l-kompromessi mal-kuxjenza jekk ma&#8217; wi\u010b\u010b l-ewwel mera jippuntaw mera o\u0127ra biex b&#8217;hekk il-kruha tibda&#8217; tirrifletti fuq l-g\u0127edewwa tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Allura issa dawk li ma tista&#8217; qatt tirra\u0121una mag\u0127hom, il-lag\u0127qa, s-segwa\u010bi ta&#8217; <em>One TV<\/em>, it-<em>trolls<\/em>, dawk li jag\u0127lqu g\u0127ajnejhom g\u0127all-provi dwar il-korruzzjoni u l-\u0127bieb ta&#8217; dawk l-assasssini li qerdu l-\u0127ajja ta&#8217; \u0121urnalista &#8211; dawn ilkoll g\u0127andhom ra\u0121un. U jekk turi li ma taqbilx mag\u0127hom, ig\u0127idulek li int wie\u0127ed minn dawk li temmen li d-dinja mag\u0127mula \u010batta.<\/p>\n<p>Dawn il-qatta&#8217; kriminali u kompli\u010bi f&#8217;delitt issa qed jippretendu li jilbsu l-libsa tar-ra\u0121uni u tad-diskors meqjus. Filwaqt li dawk kollha li huma bir-ra\u0121un irrabjati g\u0127all-a\u0127\u0127ar min\u0127abba l-impunit\u00e0 li jgawdu dawn il-kriminali u kompli\u010bi u min\u0127abba t-tusta\u0121ni nkredibbli li g\u0127andhom, l-istess irrabjati issa saru m\u0121ienen li huma lsiera tal-emozzjoni li jsabbtu saqajhom b\u0127at-tfal.<\/p>\n<p>Illum Martin Scicluna dawwar il-kanuni tieg\u0127u fuq il-mira favorita tal-\u0127allelin: Simon Busuttil. Dan kiteb li &#8220;Busuttil qed ji\u010b\u0127ad il-verdett tal-ma\u0121istrat (dwar Egrant)\u201d. X&#8217;verdett hu, Sur Scicluna? Jaqaw kien sar xi \u0121uri li ma konniex nafu bi\u0127? Instemg\u0127u xi provi quddiem qorti u saru kontro-e\u017camijiet ta&#8217; xhieda? Jaqaw Joseph Muscat \u0121ie mg\u0127oddi \u0121uri u \u0121ie liberat fuq il-provi li n\u0121iebu? Il-verit\u00e0 hi li ma se\u0127\u0127 xejn minn dan kollu. U ma \u0127are\u0121 ebda verdett g\u0127aliex ma se\u0127\u0127 ebda pro\u010bess \u0121udizzjarju. Il-fatt li ma\u0121istrat mexxa nkjesta ma jfissirx li se\u0127\u0127 xi pro\u010bess \u0121udizzjarju jew investigattiv.<\/p>\n<p>Dan kollu jkebbes fina \u010berta rabja &#8211; m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, \u0127add m&#8217;huwa jwa\u0127\u0127al fil-ma\u0121istrat. Wara li konna qrajna <em>blogpost<\/em> ta&#8217; Daphne Caruana Galizia dwar il-post fejn tinsab l-evidenza, fuq it-televi\u017cjoni segwejna lill-kummissarju tal-pulizija jistqarr li ma kien sab ebda ra\u0121uni g\u0127alxiex kellu jinvestiga.<\/p>\n<p>Segwejna wkoll lil sid il-bank &#8211; \u0127alliel mixli b&#8217;reat &#8211; \u0127iere\u0121 mill-bank mg\u0127obbi b&#8217;bagalji mimlijin evidenza. Segwejna x-xena ta&#8217; ajruplan jitlaq minn Malta ming\u0127ajr passi\u0121\u0121ieri fi triqtu lejn l-A\u017cerbaj\u0121an, il-pajji\u017c minn fejn ori\u0121ina l-allegat tix\u0127im, biex imbag\u0127ad insiru nafu li sid l-ajruplan ikunu \u0127allsuh miljun ewro bil-g\u0127an li ji\u017cguraw li jsodd \u0127alqu u ma jitkellimx.<\/p>\n<p>L-g\u0127ada filg\u0127odu rajna lill-pulizja jwettqu tfittxija fil-bank u, wara aktar minn sena ta&#8217; stennija, smajna dak li f&#8217;dak il-lejl konna di\u0121\u00e0 ntba\u0127na bi\u0127: li ma kienet se tinstab ebda prova.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-29453\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p>Martin Scicluna kiteb li l-konklu\u017cjonijiet ta&#8217; Aaron Bugeja huma \u201cmsejsa fuq provi konkreti u ra\u0121unijiet ba\u017cati fuw \u0121abra ta&#8217; informazzjoni fattwali u lo\u0121ika\u201d. Dan kollu jista&#8217; jkun minnu. I\u017cda jkolli nistaqsi: Martin Scicluna dan kollu kif jafu? Jaqaw qed jibba\u017ca l-konklu\u017cjonijiet tieg\u0127u fuq xi fidu\u010bja g\u0127amja? Dan qed ng\u0127idu g\u0127aliex sal-lum g\u0127adna ma rajna ebda prova konkreta. Qalulna biss li ma nstabu ebda provi li Joseph Muscat kien \u0121ie mxa\u0127\u0127am mill-A\u017cerbaj\u0121an.<\/p>\n<p>Martin Scicluna jikteb dwar \u201cix-xiljiet ta&#8217; frodi, falsifikazzjoni, sper\u0121ur u \u0121uramenti foloz li kellu quddiemu l-Ma\u0121istrat Bugeja\u201d. Liema xiljiet? Il-Ma\u0121istrat fejn rahom ix-xiljiet? Min huma l-mixlija? X&#8217;suppost iffalsifikaw?<\/p>\n<p>Tajjeb \u0127afna. Mela Martin Scicluna stess dam aktar minn sena biex jibda&#8217; jitkellem dwar falsifikazzjoni. Forsi Scicluna r-rapport tal-inkjesta qrah wara li \u0121ie f&#8217;idejh bil-mo\u0127bi u allura jaf aktar minn \u0127addie\u0127or dan x&#8217;fih. I\u017cda Joseph Muscat kien jaf dwar l-allegati falsifikazzjonijiet fi \u017cmien 24 sieg\u0127a minn meta xxandret l-istorja dwar Egrant minn Daphne Caruana Galizia. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20170421\/local\/live-blog-muscat-and-busuttil-go-head-to-head-on-xarabank.645836\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ag\u0127tu \u0127arsa lejn dan ir-rapport dwar dibattitu televi\u017civ li se\u0127\u0127 fil-21 ta&#8217; April 2017 imxandar fit-<em>Times of Malta<\/em><\/a>.<\/p>\n<p>Aaron Bugeja kien g\u0127adu ma bediex irodd is-salib. I\u017cda Joseph Muscat kien di\u0121\u00e0 qed jit\u0127addet dwar dokumenti \u201cfalsifikati\u201d. Dak i\u017c-\u017cmien, kif kien di\u0121\u00e0 jaf dwar dan? Tg\u0127id g\u0127andna nag\u0127mluhielu din il-mistoqsija lil Martin Scicluna? A\u0127na m\u0121ienen g\u0127ax bir-ra\u0121un ninsabu rrabjati bil-konfoffa li saret biex ise\u0127\u0127 dak li bassar Joseph Muscat hu u jippro\u0121etta mad-dinja imma\u0121ni li Malta tinsab immexxija minn \u010borma \u0127allelin? Kif tista&#8217; d-dinja tarana mod ie\u0127or meta jse\u0127\u0127u dawn il-\u0127ni\u017crijiet?<\/p>\n<p>Lis-Sur Scicluna infakkru li min fl-antik kien imexxi l-Inkwi\u017cizzjoni Mqaddsa kien ukoll jag\u0127mel u\u017cu minn terminolo\u0121iji legali u kien jilbes il-libsa tal-awtorit\u00e0 ra\u0121unata. Lil dawk li kienu ji\u0121bdulhom l-attenzjoni g\u0127all-fatt li minn titwila wa\u0127da b&#8217;lenti ta&#8217; tromba wie\u0127ed jista&#8217; jikkonkludi li d-dinja m&#8217;hix pjaneta \u010batta, kienu jg\u0127ajjruhom isteri\u010bi u ereti\u010bi u kienu ja\u0127arquhom \u0127ajjin jekk ma jindmux.<\/p>\n<p>U meta naraw dak li di\u0121\u00e0 nafu dwar Egrant u nindunaw ukoll b&#8217;dak li qed jippruvaw ja\u0127bulna &#8211; forsi mhux mo\u0127bija minn g\u0127ajnejn Martin Scicluna &#8211; \u0127add m&#8217;g\u0127andu jlumna jekk b\u0127al Galileo nistqarru <i>eppur si muove.<\/i><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ma tantx g\u0127andi \u017cmien noqg\u0127od naqra&#8217; l-\u0127merijiet kollha li jikteb Martin Scicluna. I\u017cda jidher li qed tifforma stampa \u010bara tas-sitwazzjoni bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; \u010berti \u010birkostanzi b\u0127alma huma l-artiklu tieg\u0127u tal-lum,\u00a0ir-ritorn bla mistenni ta&#8217; Steve Mallia nhar il-\u0126add u xi truf o\u0127ra &#8216;l hemm u &#8216;l hawn li jindikaw il-bidu ta&#8217; bidla fl-istrate\u0121ija. Kif ng\u0127id ta&#8217; sikwit, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":29453,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/31155\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=31155"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/31155\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":31170,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/31155\/revisions\/31170\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/29453\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=31155"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=31155"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=31155"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}