{"id":36962,"date":"2018-10-31T13:11:04","date_gmt":"2018-10-31T12:11:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=36962"},"modified":"2018-11-04T12:24:02","modified_gmt":"2018-11-04T11:24:02","slug":"min-ighatti-xtur-il-korrotti-huwa-korrott","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/10\/min-ighatti-xtur-il-korrotti-huwa-korrott\/","title":{"rendered":"Min ig\u0127atti xtur il-korrotti huwa korrott"},"content":{"rendered":"<p>Hemm \u017cew\u0121 stejjer importanti fil-\u0127ar\u0121a tal-lum tat-<em>Times of Malta<\/em> li je\u0127tie\u0121 li jing\u0127ataw \u010berta attenzjoni.<\/p>\n<p>F&#8217;pa\u0121na 4 tal-edizzjoni stampata tal-\u0121urnal, hemm ir-rapport ta&#8217; Ivan Camilleri dwar il-kritika li qala&#8217; l-Ministru Evarist Bartolo ming\u0127and il-Ma\u0121istrat Ian Farrugia talli dan naqas li ja\u0121ixxi meta kellu f&#8217;idej\u0127 informazzjoni dwar korruzzjoni ta&#8217; impjegat fil-ministeru tieg\u0127u. Din l-istorja tittratta dwar Edward Caruana, galoppin tal-ministru, li dwaru g\u0127al kwa\u017ci sena s\u0127i\u0127a Evarist Bartolo kellu f&#8217;idej\u0127 provi dokumentati dwar korruzzjoni u minflok kixifha, g\u0127attiha. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Evarist Bartolo g\u0127adu sal-lum jokkupa l-kariga ta&#8217; Ministru.<\/p>\n<p>Il-Ma\u0121istrat Ian Farrugia kellu wkoll kliem ta&#8217; kundanna g\u0127all-pulizija li, minflok mexxew bil-qorti kontra l-uffi\u010bjal korrott, mexxew kontra\u00a0 l-<em>whistleblower<\/em> li kixef il-korruzzjoni. Il-pulizija \u0127arrket lill-<em>whistleblower<\/em> fil-qorti, i\u017cda l-Ministru li mpjega, ta&#8217; l-kenn u g\u0127atta l-korruzzjoni ta&#8217; dan l-uffi\u010bjal, g\u0127addieha lixxa. Il-Ma\u0121istrat semma&#8217; wkoll lil Clint Camilleri, illum segretarju parlamentari, li fi\u017c-\u017cmien meta nkixfet il-korruzzjoni kien il-perit involut f&#8217;wie\u0127ed mill-pro\u0121etti m\u010bappsin bil-korruzzjoni.<\/p>\n<p>Nirrikonoxxi li nies rg\u0127iba u korrotti b\u0127al Edward Caruana kien hemm u ser jibqa&#8217; jkun hemm, indipendentement minn min ikun fil-gvern. I\u017cda hawn g\u0127andna problema mhux tas-soltu fejn insibu politi\u010bi jg\u0127attu d-dnubiet u x-xtur tal-\u0127bieb korrotti tag\u0127hom u l-pulizija tirrifjuta li ti\u010b\u010baqlaq.<\/p>\n<p>Aqraw l-istorja mxandra fit-<em>Times of Malta<\/em> ta&#8217; dalg\u0127odu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-36512\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004.jpg\" alt=\"\" width=\"1208\" height=\"1678\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004-200x278.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004-216x300.jpg 216w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004-400x556.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004-600x833.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004.jpg 737w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004-768x1067.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004-800x1111.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/10\/Times-31-10-2018-page-004-1200x1667.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1208px) 100vw, 1208px\" \/><\/p>\n<p>Issa pparagunaw din l-istorja <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181031\/local\/magistrates-investigate-tuna-farms.693032?fbclid=IwAR1I5pIuf3lsbkB--UguYMrKpVJ5ZYHfZvgZ6OCyGOySeY6gl0N8IzQgnk8\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">mal-istorja ta&#8217; Ivan Martin imxandra fil-pa\u0121na ta&#8217; quddiem dwar \u017cew\u0121 inkjesti ma\u0121isterjali fuq \u201cl-iskandlu tat-tonn\u201d<\/a>. Huwa beda&#8217; jirrapporta dwar dan l-iskandlu l-\u0126add li g\u0127adda u llum xandar aktar dettalji u semma&#8217; l-involviment ta&#8217; uffi\u010bjal pubbliku li ismu ma ssemmiex li jidher li kien ta daqqa t&#8217;id biex it-traffikkar fuq il-ba\u0127ar isir ming\u0127ajr xkiel.<\/p>\n<p>Milli jidher, f&#8217;dan il-ka\u017c, il-politi\u010bi kienu waqqfu de\u010bi\u017cjoni amministrattiva li kienet ittie\u0127det (biex ti\u017cdied sew il-kwota tat-tonn) meta saru jafu biha. Sa hawn, kollox sew. I\u017cda mbag\u0127ad \u0127adu xi azzjoni o\u0127ra? Il-pulizija l-in\u010bident investigatu? \u0120ie sospi\u017c u nvestigat l-impjegat imda\u0127\u0127al fil-kwistjoni? Il-pubbliku \u0121ie nfurmat li l-gvern tieg\u0127u seta&#8217; kien involut fi skandlu tat-tonn li jiswa&#8217; aktar minn \u20ac20 miljun fis-sena?<\/p>\n<p>Sirna nafu b&#8217;dan l-iskandlu g\u0127aliex il-pulizija Spanjola qed tinvestiga dan il-ka\u017c ukoll u qed jie\u0127du l-passi permezz tal-awtoritajiet fi Spanja. U bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dan, l-awtoritajiet lokali ma kellhomx g\u0127a\u017cla \u0127lief li ji\u010b\u010baqilqu wkoll. \u0120aladarba \u0121ew involuti l-Ma\u0121istrati lokali, il-pulizija ta&#8217; Malta kellha timxi pass pass mal-awtoritajiet tal-pulizija barranin.<\/p>\n<p>Mhux l-ewwel darba li \u0121rat \u0127a\u0121a b\u0127al din: fil-ka\u017c tas-serq ta&#8217; flejjes tal-kumpannija monopolistika ta\u017c-\u017cejt fil-Vene\u017cwela min-na\u0127a tal-familja tad-dittatur ta&#8217; dak il-pajji\u017c; u l-ka\u017c fejn l-<em>FBI<\/em> \u0121abret lil Ali Sadr u qaflitu l-\u0127abs wara li kien ilu j\u0127uf bil-libert\u00e0 kollha f&#8217;pajji\u017cna b\u0127allikieku Malta kienet tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-korruzzjoni tinsab fil-qalba tal-amministrazzjoni tal-pajji\u017c u l-istituzzjonijiet li huma responsabbli li jeqirduha la g\u0127andhom ir-rieda u lanqas is-sa\u0127\u0127a li jie\u0127du azzjoni.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hemm \u017cew\u0121 stejjer importanti fil-\u0127ar\u0121a tal-lum tat-Times of Malta li je\u0127tie\u0121 li jing\u0127ataw \u010berta attenzjoni. F&#8217;pa\u0121na 4 tal-edizzjoni stampata tal-\u0121urnal, hemm ir-rapport ta&#8217; Ivan Camilleri dwar il-kritika li qala&#8217; l-Ministru Evarist Bartolo ming\u0127and il-Ma\u0121istrat Ian Farrugia talli dan naqas li ja\u0121ixxi meta kellu f&#8217;idej\u0127 informazzjoni dwar korruzzjoni ta&#8217; impjegat fil-ministeru tieg\u0127u. Din l-istorja tittratta dwar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":36514,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/36962\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=36962"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/36962\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":38375,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/36962\/revisions\/38375\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/36514\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=36962"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=36962"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=36962"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}