{"id":3711,"date":"2018-01-31T14:33:07","date_gmt":"2018-01-31T12:33:07","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3711"},"modified":"2018-01-31T14:33:07","modified_gmt":"2018-01-31T12:33:07","slug":"maltin-li-l-istati-uniti-qed-jikkunsidraw-ghas-sanzjonijiet","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/01\/maltin-li-l-istati-uniti-qed-jikkunsidraw-ghas-sanzjonijiet\/","title":{"rendered":"Maltin li l-Istati Uniti qed jikkunsidraw g\u0127as-sanzjonijiet"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Lovin Malta g\u0127adha kemm lem\u0127et l-ismijiet ta&#8217; tliet cittadini Maltin li huma mid\u0127la sew tal-President Russu Vladimir Putin f&#8217;lista mxandra mid-Dipartiment tat-Te\u017cor Amerikan. It-tlieta huma mwildin fir-Russja. Jekk dawn il-persuni nsejj\u0127ulhom &#8220;Russi&#8221; ma nkunux qed ni\u017cbaljaw.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Madankollu l-fatt jibqa&#8217; li Arkady Volozh, Boris Mints u Alexander Natanovich Nesis huma \u010bittadini Maltin.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Tistg\u0127u issibu aktar dettalji dwar dawn it-tliet persuni fi storja li xandar Tim Diacono u tistg\u0127u wkoll titkixxfu aktar dwarhom jekk tfittxu isimhom permezz tal-&#8220;google&#8221;.\u00a0 U hemm ukoll rapport imxandar illum stess fl-hekk imsejja\u0127 &#8220;Kremlin Report&#8221; li elenka l-ismijiet ta&#8217; persuni Russi (u Maltin) li jinsabu ta\u0127t il-mira tas-sanzjonijiet-Amerikani.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Issa je\u0127tie\u0121 li hawn nieqfu biex na\u0127sbu ftit. Il-fatti juru li l-Istati Uniti tal-Amerika qeg\u0127da tperre\u010b l-ismijiet ta&#8217; \u010bittadini Maltin li huma kkunsidrati mill-Amerikani b\u0127ala persuni suspettati b&#8217;reati ta&#8217; korruzzjoni u ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in. U l-Amerika qed tag\u0127mel dan hi u ti\u0121i mixlija mir-Russi li qeg\u0127da timmira fuq l-g\u0127adu fi \u017cminijiet ta&#8217; paci.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ara ma jkunx hemm min jimla rasu bl-idea li dawn in-nies \u0127allsu madwar miljum Ewro g\u0127al passport Malti biex f&#8217;xi ajruport jiffrankaw xi stennija twila fil-kju huma u g\u0127addejjin mis-sezzjoni tal-kontroll tal-passaporti. M&#8217;a\u0127niex tad-Diners Club hawn. Il-verita\u2019 hi li ninsabu fi\u010b-\u010bentru ta&#8217; log\u0127ba perikolu\u017ca ferm.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">F&#8217;nofs gwerra bierda li b\u0127alissa qed tin\u0127ema mill-\u0121did bejn l-Amerikani u r-Russi, Malta qed tippermetti li \u010bittadini Russi jxiddu &#8220;lbies&#8221; Malti f\u2019taqtiha li \u010bertament mhix \u0127ob\u017c g\u0127al snienna b\u0127ala pajji\u017c. Fi kliem ie\u0127or,\u00a0a\u0127na\u00a0l-Maltin qed inkunu in\u0121enwi b\u0127al meta fis-snin 90 \u0127sibna u ttamajna li l-intrapri\u017ca privata kienet ser i\u0121\u0121ib id-demokrazija fir-Russja u tressaq lil dan il-pajji\u017c fi \u0127dan il-Punent.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Min jirra\u0121una b&#8217;dan il-mod ikun qisu qed ig\u0127ix f&#8217;dinja g\u0127alih.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Min \u0127are\u0121 bl-idea brillanti li jbieg\u0127 ic-cittadinanza Maltija wera li hu dilettant g\u0127aliex lanqas biss g\u0127addietlu minn rasu li din l-idea tista&#8217;\u00a0dda\u0127\u0127al lil Malta f&#8217;salt\u00a0inkwiet.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Niddubita ferm\u00a0kemm\u00a0\u0121ew\u00a0ikkonsultati l-esperti fil-Ministeru tal-Affarjiet Barranin ta&#8217; Malta dwar\u00a0l-implikazzjonijiet politi\u010bi li l-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza lil persuni ta&#8217; nisel Russu\u00a0jista\u2019 j\u0121ib mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Niddubita ferm jekk l-interessi ta&#8217; Malta qattx\u00a0ing\u0127ataw l-importanza li tixirqilhom u jidher li d-d\u0127ul tal-mijiet ta&#8217; eluf ta&#8217; Ewro ming\u0127and sinjuruni Russi\u00a0qrib Putin\u00a0kienet il-priorita&#8217; prin\u010bipali.\u00a0Ng\u0127iduha kif inhi: g\u0127amilna xi akkwist specjali b\u0127ala pajji\u017c g\u0127ax issa xi persuni ta&#8217; nisel Russu b\u0127al Boris Mints issa huma wkoll \u010bittadini Maltin? U \u017cgur li le.\u00a0Il-verita\u2019 hi li l-akkwisti saru biss minn\u00a0intermedjarji le\u0121ittimi u ille\u0121ittimi u certamentukoll\u00a0minn Henley &amp; Partners.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fil-frattemp id-dehra tag\u0127na l-Maltin f&#8217;g\u0127ajnejn kemm l-Amerikani kif ukoll f&#8217;g\u0127ajnejn ir-Russi \u0127adet daqqa &#8216;l isfel.\u00a0G\u0127aliex il-passaport Malti issa sar ukoll il-passaport ta&#8217; w\u0127ud minn dawk is-sinjuruni Russi tal-qalba li huma mid\u0127la ta&#8217; Putin.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Lovin Malta g\u0127adha kemm lem\u0127et l-ismijiet ta&#8217; tliet cittadini Maltin li huma mid\u0127la sew tal-President Russu Vladimir Putin f&#8217;lista mxandra mid-Dipartiment tat-Te\u017cor Amerikan. It-tlieta huma mwildin fir-Russja. Jekk dawn il-persuni nsejj\u0127ulhom &#8220;Russi&#8221; ma nkunux qed ni\u017cbaljaw. Madankollu l-fatt jibqa&#8217; li Arkady Volozh, Boris Mints u Alexander Natanovich Nesis huma \u010bittadini Maltin. Tistg\u0127u issibu aktar dettalji [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3687,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3711\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3711"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3711\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3713,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3711\/revisions\/3713\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3687\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3711"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3711"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3711"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}