{"id":3716,"date":"2018-01-31T17:58:27","date_gmt":"2018-01-31T15:58:27","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3716"},"modified":"2018-01-31T17:58:27","modified_gmt":"2018-01-31T15:58:27","slug":"michelle-muscat-tammetti-li-tkellmet-ma-xhud-fl-inkjesta-egrant","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/01\/michelle-muscat-tammetti-li-tkellmet-ma-xhud-fl-inkjesta-egrant\/","title":{"rendered":"Michelle Muscat tammetti li tkellmet ma\u2019 xhud fl-inkjesta Egrant"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Illum mart il-Prim Ministru\u00a0Michelle Muscat\u00a0wie\u0121bet g\u0127al mistoqsijiet li sarulha minn Lovin Malta dwar storja mxandra minn din il-website li s-sie\u0127ba tag\u0127ha fin-negozju kienet \u0127allset f&#8217;daqqa dak kollu li kien dovut fuq xiri ta\u2019 appartament fi New York u dan ftit \u0121ranet biss wara li kien allegatement sar \u0127las lilha ta\u2019 400,000 Dollaru Amerikan minn\u00a0Pilatus Bank.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fit-twe\u0121iba tag\u0127ha Michelle Muscat \u201cikkonfermat ma\u2019 Lovin Malta li Michelle Buttigieg kienet xehdet quddiem il-Ma\u0121istrat Inkwirenti Aaron Bugeja (li qed jinvestiga l-kumpannija Egrant Inc.) li ma kienx minnu li kien qatt se\u0127\u0127 trasferiment ta\u2019 400,000 Dollaru Amerikan. Skond kelliem g\u0127al Muscat \u201cis-Sinjura Buttigieg kienet xehdet quddiem il-Ma\u0121istrat Inkwirenti u \u010ba\u0127det li kienu \u0121ew trasferiti xi flus fil-kont bankarju tag\u0127ha, kif ikkonfermat hi stess b\u2019mod \u010bar quddiem il-Ma\u0121istrat permezz tax-xhieda tag\u0127ha\u201d.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-Ma\u0121istrat Aaron Bugeja qieg\u0127ed jinvestiga lil Michelle Muscat. Fost \u0127wejje\u0121 o\u0127ra, l-inkjesta qieg\u0127da tist\u0127arre\u0121 jekk hux minnu li Michelle Muscat hi sidt Egrant Inc., kumpannija sigrieta u mhux dikjarata re\u0121istrata fil-Panama u g\u0127odda biex jitg\u0127atta t-tix\u0127im.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Illum Muscat ammettiet li tkellmet ma\u2019 xhud f\u2019din l-inkjesta dwar il-kontentut tax-xhieda tag\u0127ha. Peress li Michelle Muscat jidher li ma fehmitx l-implikazzjonijiet ta\u2019 dak li g\u0127adha kemm g\u0127amlet, se jkolli nfiehemielha bl-img\u0127arfa.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-Inkjesti Ma\u0121isterjali huma pro\u010beduri sigrieti u dawk li jkunu xehdu f\u2019dawn l-inkjesti jkunu mwissija mhux biss biex ma ji\u017cvelaw xejn ma\u2019 \u0127addie\u0127or dwar dak li jkunu xehdu i\u017cda lanqas ji\u017cvelaw li jkunu effettivament xehdu. Daphne Caruana Galizia u Maria Efimova kienu ing\u0127ataw din it-twissija u g\u0127andi nifhem u nikkonkludi li Michelle Buttigieg \u0121iet taqa\u2019 u tqum mit-twissija tal-Ma\u0121istrat.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din hija problema li issa tinsab f\u2019\u0127o\u0121or Michelle Buttigieg. F\u2019Malta m\u2019hawnx li\u0121ijiet kontra t-tfixkil lill-pro\u010bess tal-\u0121ustizzja u evidentement l-infrastruttura legali tag\u0127na mhix armata sew biex ti\u0121\u0121ieled kontra l-\u0127mie\u0121 \u0121ej mi\u010b-\u010bentri tal-poter. Li kieku Michelle Muscat kienet tg\u0127ix f\u2019pajji\u017c ie\u0127or &#8211; sa\u0127ansitra anke fl-Istati Uniti \u2013 u stqarret dak li stqarret lil Lovin Malta, din di\u0121a\u2019 tinsab maqfula il-\u0127abs.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U peress wie\u0127ed ma jistax jikser li\u0121i li ma te\u017cistix, Michelle Muscat illum ma kkommettiet ebda reat kriminali f\u2019Malta. Madankollu ikkommettiet reat politiku meta ammettiet li tkellmet ma\u2019 xhud f\u2019inkjesta ta\u0127raq li qed issir dwar il-finanzi, allegatement ille\u010bti, tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u0126add ma jista\u2019 \u201cjirri\u017cenja\u201d mill-istat attwali ta\u2019 \u201cmart il-Prim Ministru\u201d. I\u017cda, ming\u0127ajr ma rridu, dan il-fatt j\u0121ieg\u0127elna niffokaw fuq anomalija li hawn fil-pajji\u017c fejn je\u017cisti rwol politiku u uffi\u010bjali m\u0127allas mill-gvern g\u0127al mart il-Prim Ministru minkejja l-fatt li dan ir-rwol din ma akkwistatux permezz ta\u2019 elezzjoni jew bis-sa\u0127\u0127a ta\u2019 xi \u0127atra i\u017cda g\u0127as-sempli\u010bi fatt li hi martu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-ammissjoni tag\u0127ha li tkellmet ma\u2019 xhud f\u2019Inkjesta Ma\u0121isterjali m\u2019hi xejn \u0127lief att ta\u2019 disprezz lejn il-pro\u010bess legali. Il-kelliem li qabbdet biex iwie\u0121eb lil Lovin Malta wkoll wera li hu (jew hi) inkompetenti g\u0127all-a\u0127\u0127ar. Lil Michelle Muscat il-kelliem messu \u0121ibdilha l-attenzjoni li l-ammissjoni tag\u0127ha kienet ser idda\u0127\u0127alha bejn il-basla u qoxritha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fit-twe\u0121iba tag\u0127ha Michelle Muscat ukoll bidlet wa\u0127da mit-titli li g\u0127andha. Issa m\u2019g\u0127adhiex \u201csidt il-Buttardi\u201d. Lil Lovin Malta qaltilhom li ilu ma jkollha x\u2019taqsam ma\u2019 din is-suppost kumpannija tal-\u0121ojjelli mill-2013 u dan minkejja l-fatti li l-website tal-Buttardi tindika \u010bar li hi l-kap tan-negozju tal-Buttardi fl-Ewropa.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Niftakru li d-dikjarazzjoni dwar xi \u0127a\u0121a li suppost \u0121rat f\u2019Marzu 2013 Michelle Muscat g\u0127amlitha f\u2019Jannar 2018 u issa qed tippretendi li g\u0127andna nemmnuha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda hemm aktar x\u2019wie\u0127ed jomg\u0127od. Ftit wara li ktibt dwar Buttardi u Michelle Muscat, sirt naf li Michelle Buttigieg tkellmet ma\u2019 Zoominfo u din qaltilhom li l-ammont ta\u2019 2.4 miljun Dollaru fis-sena li fuqu \u0121ie rappurtat li taqla\u2019 l-Buttardi huwa ammont kemmxejn e\u017ca\u0121erat u li l-ammont korrett huwa ta\u2019 3,000 Dollaru. \u017bball \u017cg\u0127ir tafux!<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U \u0126alluna! Lanqas li kieku Michelle u Michelle qed ibieg\u0127u \u0121i\u017cirana kuljum mill-website mag\u0127luqa tag\u0127hom. U b\u2019suppost \u0127wienet li lanqas biss jafu bil-prodotti tal-Buttardi u li suppost ilha ming\u0127ajr rappre\u017centant Ewropew mill-2013!<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-gwaj hu li l-istruttura fa\u017culla li bnew issa bdiet i\u010b\u010bedi mis-sisien. Il-lejla stess Lovin\u2019 Malta irrappurtat li mill-inqas tliet \u201cbusiness listing websites\u201dAmerikani (<a href=\"https:\/\/www.manta.com\/c\/mmy8cm4\/buttardi-collections\" data-saferedirecturl=\"https:\/\/www.google.com\/url?q=https:\/\/www.manta.com\/c\/mmy8cm4\/buttardi-collections&amp;source=gmail&amp;ust=1517491973349000&amp;usg=AFQjCNFfOE538kAubsjJn-mdMLdLXxy-DQ\">Manta<\/a>,\u00a0<a href=\"https:\/\/localdata.us\/biz\/buttardi-collections-new-york-ny#industry\" data-saferedirecturl=\"https:\/\/www.google.com\/url?q=https:\/\/localdata.us\/biz\/buttardi-collections-new-york-ny%23industry&amp;source=gmail&amp;ust=1517491973349000&amp;usg=AFQjCNFdEx1RLuktwoEw4moPXfB6FBYqDA\">LocalData.US<\/a>\u00a0and\u00a0<a href=\"http:\/\/www.businessdatabase.us\/buttardi-collections-new-york-ny-10075.usbiz\" data-saferedirecturl=\"https:\/\/www.google.com\/url?q=http:\/\/www.businessdatabase.us\/buttardi-collections-new-york-ny-10075.usbiz&amp;source=gmail&amp;ust=1517491973349000&amp;usg=AFQjCNEffSdK0E1OVhnwdbVuYgwhhIGZoQ\">BusinesssDatabase.US<\/a>) qed jindikaw li d-d\u0127ul annwali tal-Buttardi huwa ta\u2019 bejn 1 sa 2.5 miljun Dollaru u li din l-entita\u2019 timpjega sa erba\u2019 minn nies.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Gidbu fuq li gidbu g\u0127al g\u0127exieren ta\u2019 drabi u l-internet issa qed jikxifhom. Dejjem jekk noqg\u0127odu fuq dak li stqarret Michelle Muscat, jista\u2019 jkun li gidbu wkoll lill-Ma\u0121istrat Inkwirenti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawn kemm ja\u0127sbu li jistg\u0127u jkomplu jg\u0127adduha lixxa?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Illum mart il-Prim Ministru\u00a0Michelle Muscat\u00a0wie\u0121bet g\u0127al mistoqsijiet li sarulha minn Lovin Malta dwar storja mxandra minn din il-website li s-sie\u0127ba tag\u0127ha fin-negozju kienet \u0127allset f&#8217;daqqa dak kollu li kien dovut fuq xiri ta\u2019 appartament fi New York u dan ftit \u0121ranet biss wara li kien allegatement sar \u0127las lilha ta\u2019 400,000 Dollaru Amerikan minn\u00a0Pilatus Bank. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3697,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3716\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3716"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3716\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3717,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3716\/revisions\/3717\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3697\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3716"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3716"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3716"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}