{"id":3737,"date":"2018-01-29T23:15:11","date_gmt":"2018-01-29T21:15:11","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3737"},"modified":"2018-02-04T05:16:03","modified_gmt":"2018-02-04T03:16:03","slug":"newtralita-bla-ebda-logika","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/01\/newtralita-bla-ebda-logika\/","title":{"rendered":"Newtralit\u00e0 bla ebda lo\u0121ika"},"content":{"rendered":"<p>Il-lo\u0121ika fit-tmexxija ta&#8217; pajji\u017cna verament m&#8217;g\u0127adhiex xi \u0127a\u0121a obbligatorja. Saret xi \u0127a\u0121a\u00a0<em>optional.<\/em> Jos\u00e8 Herrera ja\u0127seb li jkun qed jidher sabi\u0127 u jag\u0127ti l-impressjoni li jinteressah meta <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180129\/local\/300000-project-as-compensation-for-longer-hunting-hours-at-majjistral.669244?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">jg\u0127id li l-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u qed jo\u0127ro\u0121 ftit flus \u017cejda g\u0127all-\u0121id tal-Park tal-Majjistral \u0127alli l-NGOs li jmexxu l-park ikunu jistg\u0127u jieqfu jeqirdu<\/a> dwar l-estensjoni tal-\u0127inijiet tal-ka\u010b\u010ba fir-riserva li suppost qieg\u0127da hemm biex t\u0127ares il-fawna, u mhux tispara fuqha.<\/p>\n<p>Imma l-NGOs mhumiex idjoti u we\u0121buh li din mhix kwistjoni ta&#8217; &#8220;ag\u0127milli favur, u jien nag\u0127millek ie\u0127or&#8221;. L-NGOs ma jistg\u0127u jag\u0127mlu xejn iktar \u0127lief jilmentaw dwar avvi\u017c legali tal-gvern. U hekk qed jag\u0127mlu. U jekk il-Ministru ma jikkuntentax ru\u0127u b&#8217;daqshekk allura m&#8217;hemmx aktar x&#8217;tag\u0127mel &#8211; hu j\u017comm il-<em>pocket money <\/em>li offrielhom u huma jibqg\u0127u jeqirdu.<\/p>\n<p>Imma Jos\u00e8 Herrera b\u0127alissa verament g\u0127andu burdata tajba u allura kkore\u0121a lilu nnifsu. Spe\u010bi ta, insomma. Araw dan ir-rapport f&#8217;The Times: &#8220;Is-Sur Herrera enfasizza li l-investiment ma kienx intenzjonat biex jag\u0127lqilhom \u0127alqhom, imma g\u0127al darba o\u0127ra ddeskrivieh b\u0127ala &#8216;kumpens&#8217;. &#8216;L-NGOs huma assolutament kontra l-estensjoni tal-\u0127inijiet tal-ka\u010b\u010ba, imma ppruvajna nissodisfaw l-aspirazzjonijiet l-o\u0127ra tag\u0127hom,&#8217; qal.&#8221;<\/p>\n<p>Imnalla li Herrera mhux qed jag\u0127milha ta&#8217; medjatur bejn l-I\u017crael u l-Palestinjani. G\u0127ax is-su\u010b\u010bess li kien ikollu kien ikun biss kemmxejn inqas minn ta&#8217; Donald Trump.<\/p>\n<p>It-tag\u0127lima vera hawnhekk &#8211; jew almenu wie\u0127ed hekk jittama &#8211; mhix kif Jos\u00e8 Herrera nesa x&#8217;g\u0127allmu Wittgenstein. Imma l-fatt li immaterjalment minn x&#8217;ja\u0127seb jew jg\u0127id kul\u0127add il-gvern di\u0121\u00e0 dde\u010bieda li j\u017cid il-\u0127inijiet tal-ka\u010b\u010ba tant li sa\u0127anistra di\u0121\u00e0 dde\u010bieda wkoll xi flus se jonfoq biex jag\u0127laq \u0127alq dawk li qed jikkritikaw din id-de\u010bi\u017cjoni.<\/p>\n<p>L-aqwa li l-Oppo\u017cizzjoni Nazzjonalista tg\u0127idx kemm innegozjat biex ikun hemm konsultazzjoni bejn il-mozzjoni tal-PD ta&#8217; Godfrey u Marlene Farrugia biex l-estensjoni tal-\u0127inijiet ti\u0121i rtirata u l-indifferenza arroganti tal-gvern g\u0127al kull o\u0121\u0121ezzjoni li ssir g\u0127all-omnipotenza tieg\u0127u.<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2017-12-21\/local-news\/PD-slams-PN-s-decision-to-amend-motion-regarding-Majjistral-park-hunting-hours-6736182867\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-PN irnexxielu jdawwar kif ried ir-ritwal parlamentari biex ressaq emenda g\u0127all-mozzjoni tal-PD<\/a> li kienet tipproponi li l-gvern jikkonsulta lill-imsie\u0127ba dwar l-estensjoni tal-\u0127inijiet u l-gvern qabel mal-mozzjoni kif emendata u nnegozjata mill-Oppo\u017cizzjoni. Adrian Delia u klikka ta&#8217; deputati Nazzjonalisti li riedu joqog\u0127du gallarija bla ma jintnu la ma&#8217; dawk favur u lanqas ma&#8217; dawk kontra l-ka\u010b\u010ba \u0127ar\u0121u &#8216;l barra kuntenti b&#8217;din l-approvazzjoni min-na\u0127a tal-gvern daqslikieku kienu Neville Chamberlain qed ixejjer il-firma ta&#8217; Hitler fuq ir-Ri\u017coluzzjoni ta&#8217; Munich huwa u jipproklama l-vittorja fil-pa\u010bi.<\/p>\n<p>U Jos\u00e8 Herrera llum da\u0127al i\u010b-\u010aekoslovakkja &#8211; jew il-Park tal-Majjistral, jekk forsi ta\u0127sbu li l-metafora hija xi ftit esa\u0121erata jew im\u0121ebbda wisq &#8211; u qalilhom li se jag\u0127tihom xi \u0127a\u0121a \u017cg\u0127ira biex itaffilhom xi ftit mit-tog\u0127ma \u0127a\u017cina talli, anke jekk kontra qalbhom u g\u0127ax ma kellhomx triq o\u0127ra, a\u010b\u010bettaw id-de\u010bi\u017cjoni.<\/p>\n<p>Allura t-tag\u0127lima vera li g\u0127andna nie\u0127du minn dan kollu hi li l-gvern se jibqa&#8217; g\u0127addej jag\u0127mel li jrid, jg\u0127id x&#8217;jg\u0127id kul\u0127add. Li tipprova ta\u0127dem mieg\u0127u ma jiswa g\u0127al xejn. G\u0127all-kuntrarju, tispi\u010b\u010ba tidher li hi int kompli\u010bi mieg\u0127u f&#8217;dak li jkun qed jag\u0127mel. U jekk tag\u0127\u017cel li tibqa&#8217; gallarija u ma tie\u0127u l-ebda na\u0127a, dawk favur il-ka\u010b\u010ba jammiraw lill-gvern u dawk kontra je\u0127duha kontrik g\u0127ax ma tkunx \u0127adt po\u017cizzjoni.<\/p>\n<p>Anke dan huwa lo\u0121iku.<\/p>\n<p><em>Ir-ritratt ma&#8217; dan l-artiklu hu ta&#8217; The Malta Independent.<br \/>\n<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-lo\u0121ika fit-tmexxija ta&#8217; pajji\u017cna verament m&#8217;g\u0127adhiex xi \u0127a\u0121a obbligatorja. Saret xi \u0127a\u0121a\u00a0optional. Jos\u00e8 Herrera ja\u0127seb li jkun qed jidher sabi\u0127 u jag\u0127ti l-impressjoni li jinteressah meta jg\u0127id li l-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u qed jo\u0127ro\u0121 ftit flus \u017cejda g\u0127all-\u0121id tal-Park tal-Majjistral \u0127alli l-NGOs li jmexxu l-park ikunu jistg\u0127u jieqfu jeqirdu dwar l-estensjoni tal-\u0127inijiet tal-ka\u010b\u010ba fir-riserva li suppost qieg\u0127da [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3676,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3737\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3737"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3737\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3745,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3737\/revisions\/3745\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3676\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3737"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3737"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3737"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}