{"id":3739,"date":"2018-01-31T14:16:12","date_gmt":"2018-01-31T12:16:12","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/01\/the-chilling-effect\/"},"modified":"2018-02-01T18:58:38","modified_gmt":"2018-02-01T16:58:38","slug":"the-chilling-effect","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/01\/the-chilling-effect\/","title":{"rendered":"L-Effett Kexkiexi"},"content":{"rendered":"<p>Il-\u0121urnal Malta Today illum xandar id-dettalji ta\u2019 kaw\u017ca li tal-Pilatus Bank kienu ppre\u017centaw waqt il-kampanja elettorali tal-2017 kontra Daphne Caruana Galizia, liema kaw\u017ca imbag\u0127ad kienet \u0121iet irtirata ftit sieg\u0127at biss wara l-assassinju tag\u0127ha. Fil-ver\u017cjoni online tal-istess \u0121urnal tistg\u0127u ssibu kopja s\u0127i\u0127a tal-kontenut tal-kaw\u017ca.<\/p>\n<p>Ittantajt nakkwista kopja tad-dokument i\u017cda jidher li tal-Malta Today irnexxielhom jakkwistawh qabli. Possibilment setg\u0127u akkwistaw id-dokument minn tliet sorsi differenti i\u017cda nistg\u0127u noqg\u0127odu \u010berti li \u017cgur mhux minn tnejn minnhom:<\/p>\n<ul>\n<li>Il-membri tal-familja Caruana\u00a0Galizia\u00a0\u2013 dawn ikkonfermaw mieg\u0127i li l-ewwel darba li kienu semg\u0127u bl-e\u017cistenza ta\u2019 din il-kaw\u017ca kien ming\u0127andi.<\/li>\n<li>Il-Qorti \u2013 tkellimt ma\u2019 rappre\u017centant tar-re\u0121istru tal-Qorti ta\u2019\u00a0Arizona\u00a0u dawn qaluli li l-kaw\u017ca kienet \u0121iet arkivjata u li l-pro\u010bess tal-kaw\u017ca ma kienx jinsab fil-bini tal-Qorti.\u00a0Jien ordnajt kopja ming\u0127andhom u g\u0127andi nifhem li l-karti g\u0127adhom ma waslux g\u0127andhom.<\/li>\n<li>Pilatus Bank\u00a0u\u00a0Ali Sadr.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Kien min kien li g\u0127addielhom id-dokumenti, dak li xandret il-Malta Today huwa interessanti.<\/p>\n<p>Int u taqra\u2019 r-ra\u0121unijiet li n\u0121iebu biex saret il-kaw\u017ca fil-Qorti ta\u2019 Arizona, g\u0127andek mill-ewwel t\u0127oss \u2013 jekk int b\u0127ali xog\u0127olok huwa li tikxef l-a\u0127barijiet \u2013 l-hekk imsejja\u0127 \u201ceffett kexkiexi\u201d (&#8220;chiling effect&#8221;) . Tal-Pilatus Bank irra\u0121unaw li \u0121aladarba l-website ta\u2019 Daphne Caruana Galizia huwa .com u re\u0121istrat fl-Istati Uniti, g\u0127andhom japplikaw il-li\u0121ijiet ta\u2019 hemmhekk meta tinstema\u2019 l-kaw\u017ca.<\/p>\n<p>Li kien g\u0127alihom, dan g\u0127andu japplika wkoll g\u0127al kull .com website, inklu\u017c din il-website.<\/p>\n<p>M\u2019hemmx dubju li hemm \u0127afna x\u2019wie\u0127ed ig\u0127id kontra dan it-tip ta\u2019 ra\u0121unar li \u0127ar\u0121u bi\u0127 tal-Pilatus Bank f\u2019Arizona. I\u017cda biex i\u0121\u0121ib \u2018il quddiem ir-reazzjonijiet u r-risposti tieg\u0127ek je\u0127tie\u0121 li tkun pre\u017centi f\u2019Arizona. U m\u2019hemmx dubju li jkun ukoll me\u0127tie\u0121 li tqabbad avukati li\u010benzjati f\u2019dak l-istat Amerikan. U jekk istituzzjoni b\u0127alma hi t-Times of Malta m\u2019g\u0127andhiex il-mezzi finanzjarji biex tiddefendi kaw\u017ca f\u2019Arizona, kemm jidhrilkom li g\u0127andi dawn il-mezzi jien?<\/p>\n<p>Lanqas hemm paragun bejn l-ammont ta\u2019 danni g\u0127al malafama li jag\u0127tu l-Qrati Amerikani ma\u2019 dawk li jag\u0127tu l-Qrati Maltin. Hawn Malta l-ammont ta\u2019 danni jirrifletti r-realtajiet ekonomi\u010bi u legali tal-pajji\u017c. Mill-banda l-o\u0127ra, fl-Amerika dawn l-ammonti jirriflettu r-realtajiet ta\u2019 hemmhekk u d-danni huma imposti skont dawn ir-realtajiet. Fi ftit kliem, jekk ma tkunx f\u2019po\u017cizzjoni finanzjarja li tiddefendi kaw\u017ca, affarik.<\/p>\n<p>U d-de\u010bi\u017cjoni li tittie\u0127ed fl-Amerika mbag\u0127ad tkun tista\u2019 ti\u0121i esegwita\u2019 f\u2019Malta. U possibilment mill-Istati Uniti tista\u2019 wkoll tintalab l-estradizzjoni.<\/p>\n<p>Hija sitwazzjoni verament tal-biki fejn il-bankiera ta\u2019 Ilhan Aliyev u tar-re\u0121im korrott u kriminali tieg\u0127u qed iqieg\u0127du lill-\u0121urnalisti Maltin f\u2019po\u017cizzjoni li, e\u017catt b\u0127all-barunijiet tad-droga Latino Amerikani, jistg\u0127u jiffa\u010b\u010bjaw l-estradizzjoni biex ji\u0121u pro\u010bessati minn sistema legali Amerikana ming\u0127ajr l-opportunita\u2019 li tiddefendi ru\u0127ek kif suppost.<\/p>\n<p>Jekk ikun hemm talba g\u0127all-estradizzjoni tistg\u0127u toqg\u0127odu \u010berti li Joseph Muscat u l-gvern tieg\u0127u m\u2019humiex ser joqomsu biex jiddefenduna. Di\u0121a\u2019 qed naraw b\u2019g\u0127ajnejna l-oppo\u017cizzjoni tag\u0127hom g\u0127all-abozz ta\u2019 li\u0121i kontra l-kaw\u017ci SLAPP. Milli jidher il-gvern qed iwassal il-messa\u0121\u0121 li jekk dan l-abbozz isir parti mil-li\u0121ijiet tal-pajji\u017c, id-drittijiet ta\u2019 Pilatus Bank u ta\u2019 Ali Sadr ji\u0121u effettwati \u0127a\u017cin.<\/p>\n<p>Possibbli li fuq dan qed jinkwietaw? Allura skont il-gvern, il-Qrati Maltin m\u2019humiex armati bi\u017c\u017cejjed biex jag\u0127tu protezzjoni? Allura biex id-drittijet tal-Maltin u ta\u2019 kumpanniji Maltin ji\u0121u rispettati issa je\u0127tie\u0121 immorru quddiem il-Qrati ta\u2019 Arizona?<\/p>\n<p>M\u2019hemmx dubju li, wara li l-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet jien stess kont xandart l-istorja dwar il-kaw\u017ca li kienet saret f\u2019Arizona, min illum g\u0127adda d-dokumenti lil tal-Malta Today inqeda\u2019 b\u2019dan il-\u0121urnal biex iwassal twissija serja lill-mexxejja tal-istampa f\u2019Malta.<\/p>\n<p>Dan l-a\u0121ir m\u2019huwa xejn \u0127lief konsistenti \u0127afna mal-manuvri diretti u indiretti ta\u2019 Joseph Muscat u ta\u2019 dawk ta\u2019 madwaru kontra l-liberta\u2019 tal-kelma fl-ambitu tas-saltna tad-dritt. Il-biera\u0127 fil-Parlament Joseph Muscat fakkarna li kull minn jikxef infomazzjoni li l-FIAU ippruvat ta\u0127bi jista\u2019 jispi\u010b\u010ba l-\u0127abs. Niftakru wkoll li kien hu stess awtorizza lil Henley &amp; Partners biex jibdew kaw\u017ca kontra Daphne Caruana Galizia bl-istess metodu li eventwalment spi\u010b\u010baw u\u017caw tal-Pilatus Bank.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk ma nistg\u0127ux ma nissuspettawx li, fl-a\u0127jar ipotesi, Joseph Muscat qed jag\u0127laq g\u0127ajnej\u0127 it-tnejn fil-konfront ta\u2019 dawk li qed jag\u0127mlu minn kollox biex, bis-sa\u0127\u0127a tal-Qrati Amerikani, jag\u0127mlu sarima ma\u2019 \u0127alq il-\u0121urnalisti u l-politi\u010bi Maltin. \u00a0Dan qed jing\u0127ad mhux g\u0127ax g\u0127andi xi pre\u0121udizzju kontra s-sistemi \u0121udizzjarji Amerikani. I\u017cda g\u0127aliex huwa skorrett li wie\u0127ed jassumi li, g\u0127ax issir kaw\u017ca f\u2019Qorti Amerikana, allura l-\u0121ustizzja hija garantita.<\/p>\n<p>Biex issir \u0121ustizzja, kemm min jippre\u017centa kaw\u017ca kif ukoll min jiddefendiha g\u0127andu jkollu a\u010b\u010bess ugwali g\u0127ar-ri\u017corsi u l-istat huwa fid-dmir li jiggarantixxi dan l-a\u010b\u010bess g\u0127a\u010b-\u010bittadini tieg\u0127u. Blog jew website Malti ma jistax ikollu a\u010b\u010bess g\u0127al dawn ir-ri\u017corsi quddiem il-Qrati Amerikani bl-istess mod li tal-Pilatus Bank g\u0127andhom dan l-a\u010b\u010bess. U allura mhux possibbli li ssir il-\u0121ustizzja hemmhekk. A\u0127na m\u2019a\u0127niex \u010bittadini tal-Istati Uniti u l-Istati Uniti m\u2019g\u0127andhom ebda obbligu li jipprote\u0121u d-drittijiet tag\u0127na. A\u0127na \u010bittadini Maltin u n\u0127ossu li l-istat Malti qed juri aktar \u0127e\u0121\u0121a li jiddefendi lil dawk li jevadu t-taxxa u lill-membri tal-oligarkija Russa milli li jiddefendi lill-\u0121urnalisti.<\/p>\n<p>Aktar ma jg\u0127addi \u017c-\u017cmien, nistg\u0127u nifhmu a\u0127jar x\u2019ridna nfissru meta konna stqarrejna li Daphne Caruana Galizia ddefendietna wa\u0127edha u x\u2019riedet tfisser meta kitbet li ninsabu mdawwrin bil-\u0127allelin. Issa ninsabu wa\u0127edna u esposti bil-periklu li ni\u0121u mg\u0127aff\u0121a ta\u0127t il-qilla tal-flus ma\u0127mu\u0121in u tas-setg\u0127a korrotta tal-istat.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 nifhmu darba g\u0127al dejjem li t-theddidiet li qed niffa\u010b\u010bjaw mhumiex xi \u0127a\u0121a normali g\u0127all-\u0121urnalisti li jg\u0127ixu f\u2019demokraziji Ewropej. \u0120urnalist jrid joqg\u0127od dejjem attent li ma jirriskjax il-possibilita\u2019 li dawk li tinkiteb xi storja dwarhom jispi\u010b\u010baw ju\u017caw il-mezzi legali kollha biex isikktuhom. I\u017cda l-abbu\u017ci sfa\u010b\u010bati li qed niffa\u010b\u010bjaw b\u0127alissa f\u2019Malta, mg\u0127ejjuna u m\u0127e\u0121\u0121a mill-istat, huma tabil\u0127aqq straordinarji.<\/p>\n<p>Il-fra\u017ci \u201ceffett kexkiexi\u201d hija deskrizzjoni tas-silenzju li huwa r-ri\u017cultat ta\u2019 azzjonijiet legali li suppost huma ba\u017cati fuq id-dritt li wie\u0127ed i\u0127ares ir-reputazzjoni tieg\u0127u i\u017cda li fil-fatt jintu\u017caw biex ibe\u017c\u017cg\u0127u anke f\u2019ka\u017c li ma jkun hemm ebda reputazzjoni x\u2019ti\u0121i m\u0127arsa.<\/p>\n<p>Meta wie\u0127ed jippre\u017centa kaw\u017ca ta\u2019 libell f\u2019Malta, anke g\u0127al ra\u0121uni frivola, g\u0127ax ikun i\u0127oss li \u0121ie malafamat \u0127afna drabi jittama li l-istorja li dwarha jkun da\u0127al il-Qorti ti\u017cvinta mal-medda ta\u017c-\u017cmien, kemm f\u2019ka\u017c li jirba\u0127 il-kaw\u017ca kif ukoll jekk jitlifha.<\/p>\n<p>I\u017cda meta ssir kaw\u017ca ta\u2019 malafama f\u2019Qorti Amerikana, anke g\u0127al ra\u0121unijiet frivoli, din isservi biex min suppost \u0121ie malafamat jew li dwaru tkun ixxandret informazzjoni jqieg\u0127ed sarima ma\u2019 \u0127alq il-\u0121urnalisti.<\/p>\n<p>G\u0127andna dritt li nkunu nafu l-verita\u2019 u g\u0127andna d-dmir li nfittxuha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0121urnal Malta Today illum xandar id-dettalji ta\u2019 kaw\u017ca li tal-Pilatus Bank kienu ppre\u017centaw waqt il-kampanja elettorali tal-2017 kontra Daphne Caruana Galizia, liema kaw\u017ca imbag\u0127ad kienet \u0121iet irtirata ftit sieg\u0127at biss wara l-assassinju tag\u0127ha. Fil-ver\u017cjoni online tal-istess \u0121urnal tistg\u0127u ssibu kopja s\u0127i\u0127a tal-kontenut tal-kaw\u017ca. Ittantajt nakkwista kopja tad-dokument i\u017cda jidher li tal-Malta Today irnexxielhom jakkwistawh qabli. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3708,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3739\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3739"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3739\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3741,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3739\/revisions\/3741\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3708\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3739"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3739"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3739"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}