{"id":3856,"date":"2018-02-02T15:50:31","date_gmt":"2018-02-02T13:50:31","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3856"},"modified":"2018-02-04T05:09:30","modified_gmt":"2018-02-04T03:09:30","slug":"il-prova-tal-gvern-li-hawn-governanza-tajba-cyrus-prova-x-engerer","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/il-prova-tal-gvern-li-hawn-governanza-tajba-cyrus-prova-x-engerer\/","title":{"rendered":"Il-prova tal-Gvern li hawn governanza tajba: Cyrus &#8220;Prova X&#8221; Engerer"},"content":{"rendered":"<p>Dan il-gvern i\u0121ieg\u0127lek tist\u0127i. David Casa ppubblika t-twe\u0121iba li l-Gvern bag\u0127at lill-Parlament Ewropew wara r-rapport dwar l-istat tad-dritt fejn Malta \u0121iet ikkritikata bl-a\u0127rax.\u00a0 Is-sens \u0121enerali tat-twe\u0121iba kien &#8216;intom stupidi, a\u0127na qeg\u0127din fit-tajjeb, m&#8217;g\u0127andna xejn x&#8217;nitg\u0127allmu dwar l-istat tad-dritt, itilqu &#8216;l hemm&#8217;.\u00a0 Jekk tridu d-dettalji, fl-a\u0127\u0127ar ta&#8217; dan il-powst hemm link g\u0127ar-rapport.<\/p>\n<p>Imma se ni\u0121bdilkom l-attenzjoni g\u0127al kif ir-rapport ried &#8216;jipprova&#8217; li l-Avukat \u0120enerali ma kellux problema biex ja\u0121ixxi ming\u0127ajr bi\u017ca&#8217; b\u0127ala prosekutur tal-individwi li japperjenu lil partit immexxi mill-kapijiet li b\u0127ala ministri tal-gvern, huma klijenti tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Imorru lura sa \u0120unju tal-2013 meta l-gvern Laburista kien g\u0127adu jibda u l-Avukat \u0120enerali kien ja\u0127dem kif kien dara. Se nikkwota mir-rapport: &#8220;F&#8217;\u0120unju 2013, l-Avukat \u0120enerali appella kontra sentenza ta&#8217; &#8216;mhux \u0127ati&#8217; tal-Qorti tal-Ma\u0121istrati datata l-31 ta&#8217; Mejju 2013 (Il-Pulizija vs X nru tal-kaw\u017ca 850\/11) rigward l-allegazzjonijiet kontra kandidat Laburista b&#8217;sa\u0127\u0127tu g\u0127all-Parlament Ewropew tal-2014. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2014\/05\/here-is-the-court-of-appeals-judgement-in-the-cyrus-engerer-case\/\">L-appell intlaqa&#8217;<\/a> u l-akku\u017cat instab \u0127ati permezz ta&#8217; sentenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali li ing\u0127atat fit-8 ta&#8217; Mejju 2004.\u00a0 Sussegwentement, l-individwu irtira l-kandidatura tieg\u0127u.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-3789 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/cyrus-engerer-joseph-muscat-300x198.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"198\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/cyrus-engerer-joseph-muscat-300x198.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/cyrus-engerer-joseph-muscat-409x270.jpg 409w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/cyrus-engerer-joseph-muscat-768x506.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/cyrus-engerer-joseph-muscat.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>F&#8217;\u0121ie\u0127 kemm hemm! Ara dawn kif jag\u0127mlu. Kul\u0127add jiftakar min kien &#8220;X&#8221; hux hekk? Cyrus Engerer! L-awtur ta&#8217; dan ir-rapport ma kellux g\u0127alfejn isemmih.\u00a0 Wara kollox, l-Ewroparlamentari jafuh.\u00a0 Ikun dejjem fix-xena jillobbja g\u0127al Malta.<\/p>\n<p>G\u0127aliex, dak li r-rapport ma semmiex, kien li wara li Mr X instab \u0127ati ta&#8217; pornografija b&#8217;vendetta u omofobija permezz ta&#8217; sentenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali, il-gvern Laburista, li tant ta\u0127arqu qalbu g\u0127all-governanza tajba, l-istat tad-dritt, il-governanza nadifa u l-bqija, \u0127atar lil Mr X b\u0127ala l-Vi\u010bi Rappre\u017centant Permanenti ta&#8217; Malta g\u0127all-Unjoni Ewropea.<\/p>\n<p>Filwaqt li kienu qed jittantaw b&#8217;mod fqir jippruvaw li l-Avukat \u0120enerali j\u0127ossu \u0127ieles li ja\u0121ixxi (issa kien ilu xahrejn fil-gvern tieg\u0127ek, imma \u017cgur po\u0121\u0121ejtu f&#8217;postu minn dak i\u017c-\u017cmien, hux veru?) \u00a0 kienu qed jippruvaw ukoll li dan hu gvern ta&#8217; imbruljuni, fejn il-kriminali <span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; cursor: text; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">\u2013 anke, e\u010b\u010bezzjonalment dawk li nstabu \u0127atja b&#8217;de\u010bi\u017cjonijiet tal-qorti\u00a0\u2013 jikkontrollaw u jmexxu l-g\u0127ola karigi tal-pajji\u017c<\/span>.<\/p>\n<p>Cyrus Engerer mhux xi kriminal riformat lanqas. Meta rtira l-kandidatura elettorali tieg\u0127u, Joseph Muscat ippremjah bil-kbir, bit-titlu ta&#8217; suldat tal-azzar u billi \u0127atru f&#8217;wa\u0127da mill-g\u0127ola karigi diplomati\u010bi fil-burokrazija kollha kemm hi.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"825\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/s76NqyxR_rk?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"autoplay; encrypted-media\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>Buffu, produttur tal-pornografija, kriminal u uffi\u010bjal g\u0127oli tal-gvern f&#8217;pakkett wie\u0127ed.<\/p>\n<p>Bir-ra\u0121un wie\u0127ed jistenna li jekk ma kienx hu li kitbu, Cyrus Engerer ikkontribwixxa f&#8217;dan ir-rapport u pre\u017cumibilment ippre\u017centa lilu nnifsu b\u0127ala evidenza ta&#8217; amministrazzjoni pubblika korretta, meta l-fatti juru bil-maqlub.<\/p>\n<p>Tkun tixtieq l-art tibilg\u0127ek.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Malta-Government-Reply-01.02.2018-3.pdf\">Twe\u0121iba &#8211; Gvern ta&#8217; Malta &#8211; 01.02.2018 (3),<\/a><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan il-gvern i\u0121ieg\u0127lek tist\u0127i. David Casa ppubblika t-twe\u0121iba li l-Gvern bag\u0127at lill-Parlament Ewropew wara r-rapport dwar l-istat tad-dritt fejn Malta \u0121iet ikkritikata bl-a\u0127rax.\u00a0 Is-sens \u0121enerali tat-twe\u0121iba kien &#8216;intom stupidi, a\u0127na qeg\u0127din fit-tajjeb, m&#8217;g\u0127andna xejn x&#8217;nitg\u0127allmu dwar l-istat tad-dritt, itilqu &#8216;l hemm&#8217;.\u00a0 Jekk tridu d-dettalji, fl-a\u0127\u0127ar ta&#8217; dan il-powst hemm link g\u0127ar-rapport. Imma se ni\u0121bdilkom l-attenzjoni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3789,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3856\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3856"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3856\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3858,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3856\/revisions\/3858\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3789\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3856"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3856"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3856"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}