{"id":3914,"date":"2018-02-04T22:05:14","date_gmt":"2018-02-04T20:05:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3914"},"modified":"2018-02-05T07:23:01","modified_gmt":"2018-02-05T05:23:01","slug":"kif-il-korruzzjoni-ta-min-imexxi-timmina-sahhet-il-familja-tieghek-ghal-99-sena","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/kif-il-korruzzjoni-ta-min-imexxi-timmina-sahhet-il-familja-tieghek-ghal-99-sena\/","title":{"rendered":"Kif il-korruzzjoni ta&#8217; min imexxi timmina sa\u0127\u0127et il-familja tieg\u0127ek g\u0127al 99 sena"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Hija \u0127a\u0121a mill-iktar frustranti meta tisma\u2019 \u010berti nies jammettu li g\u0127adhom ma jistg\u0127ux i\u0127ossuhom irrabjati g\u0127al kollox dwar il-korruzzjoni tal-gvern g\u0127ax tant hemm kumplikazzjonijiet u tant xebg\u0127u jisimg\u0127u li diffi\u010bli g\u0127alihom li jifhmu e\u017catt x\u2019inhu ji\u0121ri.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Li Joseph Muscat jinsab fil-qu\u010b\u010bata ta\u2019 muntanja ta\u2019 korruzzjoni hija \u0127a\u0121a li hi ammessa minn numru dejjem joktor ta\u2019 persuni. Daqs kemm huwa wkoll rikonoxxut minn dawn in-nies il-fatt li Keith Schembri u Konrad Mizzi m\u2019humiex amministraturi pubbli\u010bi i\u017cda furbani.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Imma l-korruzzjoni li nkixfet s\u2019issa \u010bertament ma tipparagunax fil-gravit\u00e0 tag\u0127ha ma\u2019 dak li \u0127afna qed jirrealizzaw li \u0121ara fil-ka\u017c tal-Vitals. Bosta huma dawk li fl-a\u0127\u0127ar qed jinteb\u0127u b\u2019realt\u00e0 kerha. Bosta huma dawk li qed jifhmu l-iskop wara l-ftu\u0127 ta\u2019 kumpanniji sigrieti fil-Panama. Qeg\u0127din jifhmu wkoll minn fejn kienu \u0121ejjin dawk il-miljuni kollha f\u2019depo\u017citi li Schembri, Mizzi u s-sid tal-Egrant kienu wieg\u0127du lill-bankiera, kif jirri\u017culta iswed fl-abjad fil-Panama Papers.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U bosta huma dawk li qeg\u0127din jifhmu li qeg\u0127din i\u0127allsu minn buthom g\u0127al dan it-ta\u0127wid kollu. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180204\/opinion\/The-idiot-s-guide-to-the-Vitals-scandal-Kristina-Chetcuti.669675\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Aqraw x\u2019kitbet b\u2019mod \u010bar u elokwenti Kristina Chetcuti biex tifhmu a\u0127jar l-iskandlu tal-isptarijiet.<\/a><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Minn hawn \u2018il quddiem tibda\u2019 tifhem li l-Vitals di\u0121a\u2019 t\u0127allset 70 miljun ewro ta\u2019 xejn. Nirrepeti: ta\u2019 xejn. Biex inkomplu ng\u0127axxquha, issa l-Vitals ser ibieg\u0127u it-tag\u0127mir tal-isptarijiet li jiswa\u2019 l-miljuni \u2013 tag\u0127mir li kien inxtara\u2019 bil-flus mit-taxxi tieg\u0127ek &#8211; wara li dan kien ing\u0127atalhom b\u2019xejn mill-gvern. Nirrepeti: b\u2019xejn. Mhux talli mhux ser inkunu nafu dan it-tag\u0127mir kemm ser ibieg\u0127uh i\u017cda lanqas m\u2019a\u0127na ser nir\u010bievu \u010bente\u017cmu wie\u0127ed minn dak li nfaqna biex g\u0127addejnih lil tal-Vitals biex huma jkunu f\u2019po\u017cizzjoni li jbieg\u0127uh lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127at-30 sena li \u0121ejjin, se n\u0127allsuhom flus mit-taxxi tag\u0127na biex ikunu jistg\u0127u imexxu l-isptar ta\u2019 G\u0127awdex u l-Isptar Karin Grech. U g\u0127all-100 sena li \u0121ejjin g\u0127at-tmexxija tal-Isptar San Luqa. I\u017cda meta jiskadu l-kuntratti tal-Isptar ta\u2019 G\u0127awdex u dak tal-Isptar Karin Grech, se n\u0127allsuhom lura mit-taxxi tag\u0127na l-kera kollha li jkunu \u0127allsu sa dak i\u017c-\u017cmien bl-img\u0127ax. Dan ifisser li se nag\u0127tuhom l-isptarijiet b\u2019xejn. Nirrepeti: b\u2019xejn.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawn il-\u0127lasijiet lil min ser isiru? Nafu min huma s-sidien ta\u2019 70% tal-Vitals. I\u017cda s-sidien tat-30% l-o\u0127ra ma nafux min huma g\u0127ax isimhom in\u0127eba. Ji\u0121ifieri ma nafux flusna g\u0127and min qed imorru. I\u017cda bil-mod il-mod qed ninteb\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180204\/local\/the-big-sell-out-what-we-know-about-vgh-deal.669665\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Esperti li kellmu lis-Sunday Times of Malta stqarrew <\/a>li kemm ilhom fil-karrieri tag\u0127hom g\u0127adhom qatt ma raw kuntratt imxaqleb lejn na\u0127a wa\u0127da b\u0127al dan. B\u2019dan riedu jfissru li min innegozja g\u0127an-nom tal-gvern kien iktar mo\u0127\u0127u li j\u0127ares l-interessi tal-parti opposta milli l-interessi tal-poplu Malti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180204\/editorial\/privatisation-gone-mad.669670\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">L-editorjal tas-Sunday Times of Malta<\/a> iddeskriva dak li g\u0127amel il-gvern bl-isptarijiet \u201c\u0121enn\u201d. Il-gvern ma jista qatt ibellag\u0127ha li l-kuntratt li ffirma mal-Vitals kien fl-interess pubbliku. Dan kien kuntratt li sar apposta biex i\u0127axxen il-bwiet ta\u2019 ftit nies \u2013 nies li w\u0127ud minnhom di\u0121\u00e0 smajna bihom u o\u0127rajn li issa qed nissoponu min huma. U int qed t\u0127allas g\u0127al dan kollu. Kollu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Huma jistag\u0127new. U int t\u0127allas. Mhux hekk biss: int tista\u2019 timrad u \u0127add m\u2019hu se jda\u0127\u0127al idu fil-but biex jipprovdi kura medika adegwata g\u0127alik, g\u0127al uliedek u g\u0127al ulied uliedek.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan m\u2019hu xejn \u0127lief att kriminali kontra uliedek. Int kapa\u010bi t\u0127alliha g\u0127addejja?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hija \u0127a\u0121a mill-iktar frustranti meta tisma\u2019 \u010berti nies jammettu li g\u0127adhom ma jistg\u0127ux i\u0127ossuhom irrabjati g\u0127al kollox dwar il-korruzzjoni tal-gvern g\u0127ax tant hemm kumplikazzjonijiet u tant xebg\u0127u jisimg\u0127u li diffi\u010bli g\u0127alihom li jifhmu e\u017catt x\u2019inhu ji\u0121ri. Li Joseph Muscat jinsab fil-qu\u010b\u010bata ta\u2019 muntanja ta\u2019 korruzzjoni hija \u0127a\u0121a li hi ammessa minn numru dejjem joktor ta\u2019 [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3905,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3914\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3914"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3914\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3915,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3914\/revisions\/3915\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3905\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3914"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3914"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3914"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}