{"id":3924,"date":"2018-02-04T06:55:28","date_gmt":"2018-02-04T04:55:28","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3924"},"modified":"2018-02-05T20:21:15","modified_gmt":"2018-02-05T18:21:15","slug":"adrian-delia-ddecieda-li-jokkupa-l-gustizzja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/adrian-delia-ddecieda-li-jokkupa-l-gustizzja\/","title":{"rendered":"Adrian Delia dde\u010bieda li jokkupa l-\u0120ustizzja?"},"content":{"rendered":"<p>Hu f&#8217;idejn il-kapijiet tal-Partiti li jassenjaw oqsma ta&#8217; responsabbilt\u00e0 lill-grupp parlamentari tag\u0127hom. Dan kollu hu spe\u010bi ta&#8217; prova finali g\u0127all-e\u017cer\u010bizzju tal-prerogattiva tal-Prim Ministru li skont ir-regoli tag\u0127na tag\u0127tih id-diskrezzjoni kompleta li ja\u0127tar jew ine\u0127\u0127i l-ministri tal-gvern, ovvjament filwaqt li hu stess jin\u017camm ta\u0127t id-diskrezzjoni li jin\u0127atar jew jitne\u0127\u0127a mill-Partit tieg\u0127u stess.<\/p>\n<p>Il-kapijiet tal-Partiti g\u0127andhom sa\u0127\u0127a kbira fuq dawk li ji\u0121u immedjatament ta\u0127thom, imma fuqhom g\u0127andhom is-sa\u0127\u0127a tal-partit s\u0127i\u0127. Il-membri tal-partit qajla jkunu konxji tal-awtorit\u00e0 tag\u0127hom u allura d-diskrezzjoni tal-kap tidher b\u0127ala infinita.<\/p>\n<p>Ir-reshuffle hu pro\u010bess tat-terturi, u jekk xi \u0127add jipprova jassenja l-inkarigi b&#8217;mod li kul\u0127add jo\u0127ro\u0121 sodisfatt, mela ma jkunx qed jag\u0127mlu kif suppost.\u00a0 Il-ministri u x-shadow ministers g\u0127andhom egos sensittivi u delikati, u fa\u010bilment jinqarsu fil-la\u0127am il-\u0127aj jekk tnaqqsilhom jew jekk ja\u0127sbu li qed tnaqqsilhom mill-importanza.<\/p>\n<p>Minkejja li nikkondividi l-opinjonijiet u l-esperjenzi fit-tul ma&#8217; nies li tnaqqsitilhom l-importanza bl-g\u0127a\u017cliet ta&#8217; <a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-02-03\/local-news\/PN-shadow-cabinet-reshuffle-on-the-horizon-6736184382\">Adrian Delia l-\u0126add li g\u0127adda<\/a>, ma na\u0127sibx li anali\u017ci b&#8217;rabta emozzjonali mal-ambizzjoni tal-karriera ta&#8217; xi \u0127add partikolari se tkun ta&#8217; \u0121id.<\/p>\n<p>Ovvjament din tinkludi dik tal-kap innifsu.<\/p>\n<p>Il-kapijiet il-\u0121odda tal-partiti jkunu \u0127erqana li jasserixxu l-awtorit\u00e0 tag\u0127hom. Ikunu \u0127erqana li ji\u017cguraw il-koe\u017cjoni tal-partit imma mhux askapitu tal-vi\u017cjoni politika tag\u0127hom. Jippromwovu lil dawk li jappo\u0121\u0121jawha u jirrelegaw lil dawk li ma jag\u0127mlux hekk.\u00a0 Dan hu l-pass naturali tal-affarijiet kif ja\u0127dmu.\u00a0 Jekk il-formola tal-kap tikseb ir-ri\u017cultat it-tajjeb fl-elezzjoni, ir-ri\u017cultat ji\u0121\u0121ustifika l-u\u0121ig\u0127 li \u0121\u0121arrab biex wie\u0127ed wasal fejn ried. Jekk ma jirnexxilux, il-kap irid jerfa&#8217; r-responsabbilt\u00e0.<\/p>\n<p>Madankollu, id-diskrezzjoni tal-kap tal-partit, filwaqt li nikkon\u010bedi li hi kwa\u017ci assoluta daqs kemm wie\u0127ed jista&#8217; jimma\u0121ina, minnha nnifisha mhijiex &#8216;il fuq mill-anali\u017ci u l-kritika.<\/p>\n<p>Adrian Delia \u0127a l-pass mhux tas-soltu li j\u017comm qasam fil-kompetenza tieg\u0127u. Il-Prim Ministri jag\u0127mluha din, rarament, meta jkunu jridu jwasslu l-messa\u0121\u0121 li qasam spe\u010bifiku ta&#8217; interess, ikun tant kru\u010bjali g\u0127all-programm politiku tag\u0127hom, li ma jkunux iridu jiddelegawh lil xi \u0127add ie\u0127or.<\/p>\n<p>Eddie Fenech Adami g\u0127al xi \u017cmien \u017camm f&#8217;idejh l-affarijiet barranin meta kien hemm b\u017conn il-kari\u017cma personali tieg\u0127u biex jg\u0127in lill-kapitali Ewropej jeg\u0127lbu l-istigma li Mintoff u KMB kienu g\u0127abbewna biha. Alfred Sant kien \u017camm it-tran\u017cizzjoni lil hinn mill-VAT, fatt li ma waqqafx it-ti\u0121rif tal-finanzi pubbli\u010bi tag\u0127na. Lawrence Gonzi kien \u017camm il-finanzi meta d-defi\u010bit pubbliku endemiku kellu jitra\u017c\u017can biex ji\u017cgura li nkunu nistg\u0127u ni\u0121u fl-istess linja mal-kriterji biex nissie\u0127bu fi\u017c-\u017cona tal-ewro: probabbli l-aktar g\u0127adma amministrattiva iebsa li kellu dan il-pajji\u017c f&#8217;g\u0127exieren ta&#8217; snin.<\/p>\n<p>Dawk kienu Prim Ministri. Il-kapijiet tal-oppo\u017cizzjoni tradizzjonalment ma j\u017commux oqsma g\u0127alihom. Fil-lenti tag\u0127hom ikun hemm dejjem il-Prim Ministru u kwa\u017ci dejjem ikunu jridu juru l-istampa li mhux se jissagrifikaw id-dinjit\u00e0 tag\u0127hom billi jiddibattu ma&#8217; dawk li ji\u0121u ta\u0127t il-Prim Ministru. Adrian Delia ma mexiex fuq dawn il-passi.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-3868 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/2_adrian_delia-300x168.jpeg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"168\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/2_adrian_delia-300x168.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/2_adrian_delia-481x270.jpeg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/2_adrian_delia.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Il-fatt li Adrian Delia \u017camm il-portafoll tal-\u0121ustizzja ta\u0127t ir-responsabbilt\u00e0 diretta tieg\u0127u jista&#8217; ji\u0121i interpretat, minn xi ottimist, b\u0127ala sinjal li dan il-qasam se jing\u0127ata prijorit\u00e0. U dan ikun tabil\u0127aqq sinjifikanti. Ikun tassew impressjonanti jekk f&#8217;dan il-qasam wie\u0127ed jirnexxilu ji\u017cboq l-intensit\u00e0 tax-xog\u0127ol bla heda li Jason Azzopardi kien qed jag\u0127mel matul dawn l-a\u0127\u0127ar xhur, sal-\u0121urnata li din ir-responsabbilt\u00e0 itte\u0127ditlu minn idejh.<\/p>\n<p>Ir-rivelazzjonijiet dwar il-korruzzjoni matul dawn l-a\u0127\u0127ar snin kixfu bera\u0127 id-dg\u0127ufija lampanti tal-pro\u010bess tag\u0127na tal-\u0121ustizzja u l-impunit\u00e0 b\u0127ala konsegwenza ta&#8217; dan. Il-mewt ta&#8217; Daphne Caruana Galizia he\u017c\u017cet lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili biex \u0121abet il-&#8216;\u0120ustizzja&#8217; fil-qalba tal-a\u0121enda tag\u0127ha. Kieku \u0127alla lil Jason Azzopardi jiffoka fuq dan il-qasam ta&#8217; politika, Adrian Delia kien jippermetti lill-PN, bil-limiti kollha tieg\u0127u, ikollu xi forma ta&#8217; pre\u017cenza fid-diskussjoni.<\/p>\n<p>Bil-fa\u0127am miblul li g\u0127andu Adrian Delia u l-mod kif jarawh is-segwa\u010bi ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, il-Kap tal-PN kellu jag\u0127\u017cel \u00be u hekk g\u0127amel \u00be li jibqa&#8217; fil-\u0121enb matul l-a\u0127\u0127ar 4 xhur.<\/p>\n<p>Fi \u0127siebu jibdilha dis-sitwazzjoni? Adrian Delia fi \u0127siebu jing\u0127aqad mal-<em>&#8216;occupy justice<\/em>&#8216;?<\/p>\n<p>U x&#8217;tibdil g\u0127andu f&#8217;mo\u0127\u0127u e\u017catt? Fi \u0127siebu jintefa&#8217; b&#8217;ru\u0127u u \u0121ismu u jie\u0127u t-tmun fil-\u0121lieda kontra l-korruzzjoni? Il-po\u017cizzjoni tieg\u0127u dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet ma kenitx wa\u0127da timida. Adrian Delia j\u0127ossu bi\u017c\u017cejjed kunfidenti li issa, fil-po\u017cizzjoni l-\u0121dida tieg\u0127u, jista&#8217; jitlaq ji\u0121ri u jil\u0127aq is-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili biex imexxiha minn quddiem?<\/p>\n<p>Sa \u010bertu punt, it-tim tat-tmexxija matul dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121img\u0127at, qed jippro\u0121etta attitudni li j\u0127ossu li g\u0127andu s-setg\u0127a li je\u017cer\u010bita l-awtorit\u00e0 tieg\u0127u inerenti g\u0127all-kariga li jokkupa. Kulma jonqos hu li jasserixxiha. &#8220;Issa hawn qeg\u0127din, tridu u ma tridux.&#8221; Dan id-diskors seta&#8217; ni\u017cel tajjeb f&#8217;xi n\u0127awi. Imma sa\u0127\u0127a\u0127 ukoll lil dawk li ma jridux jafu bih. Jien g\u0127adni n\u0127oss li din il-kunfidenza assertiva mhijiex \u0121ustifikata mill-ammont ta&#8217; appo\u0121\u0121 li jgawdi l-PN u ma nistax nimma\u0121ina kif il-kriti\u010bi jistg\u0127u jikkonvin\u010bu ru\u0127hom li jbiddlu fehmithom meta xi \u0127add ji\u0121i jag\u0127mel l-arja mag\u0127hom.<img class=\"aligncenter wp-image-3869 size-large\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-03-at-11.53.06-576x1024.jpeg\" alt=\"\" width=\"576\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-03-at-11.53.06-152x270.jpeg 152w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-03-at-11.53.06-169x300.jpeg 169w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-03-at-11.53.06.jpeg 576w\" sizes=\"(max-width: 576px) 100vw, 576px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-3870 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/local_03_temp-1506631162-59cd5dfa-620x348-300x168.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"168\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/local_03_temp-1506631162-59cd5dfa-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/local_03_temp-1506631162-59cd5dfa-620x348-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/local_03_temp-1506631162-59cd5dfa-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Din bilfors kienet \u017celqa goffa tad-deputat kap Robert Arrigo li b&#8217;mod elokwenti tiddeskrivi l-kritika tat-tim ta&#8217; tmexxija li hu jag\u0127mel parti minnu b\u0127ala sintomu ta&#8217; &#8216;dipressjoni u attakk nervu\u017c&#8217; u li l-kriti\u010bi hemm b\u017conn li &#8216;jsibu xi \u0127a\u0121a utli x&#8217;jag\u0127mlu b&#8217;\u0127ajjithom&#8217;. L-ewwel nett, jaqbdek il-bard meta tara kandidat g\u0127al Vi\u010bi Prim Ministru b&#8217;dawn l-ideat ta&#8217; \u017cmien \u017cem\u017cem dwar is-sa\u0127\u0127a mentali. Forsi x-shadow minister dwar is-sa\u0127\u0127a mentali Mario Galea, jista&#8217; jfiehmu ftit fuqha din. Imma wkoll, bl-istess importanza, Robert Arrigo issa jidhirlu li kkonvin\u010ba lil xi \u0127add li seta&#8217; kellu \u017cball dwar il-kwalitajiet tieg\u0127u jew tat-tim tieg\u0127u biex imexxu l-partit u l-pajji\u017c?<\/p>\n<p>\u0126a\u0121a b\u0127al din mhix daqshekk rari. Hija wkoll ta&#8217; livell \u0127afna aktar baxx li \u0127afna mill-votanti tal-PN draw jistennew mill-mexxejja tag\u0127hom. U n-nies li qed jinkwetaw li l-partit mhux qed jippre\u017centa lill-a\u0127jar tieg\u0127u fuq quddiem u fi\u010b-\u010bentru, osservaw pere\u017cempju t-tne\u0127\u0127ija ta&#8217; Claudio Grech mill-qasam tal-ekonomija u li dan is-su\u0121\u0121ett tant kru\u010bjali u strate\u0121iku ng\u0127ata lil Kristy Debono.<\/p>\n<p>Dawk li se joqog\u0127du jfittxu l-motivazzjoni dwar dak li nikteb se jiftakru u jfakkru li Claudo Grech u jien konna na\u0127dmu fl-istess uffi\u010b\u010bju, imbag\u0127ad kien il-boss u l-mentor tieg\u0127i g\u0127al kwa\u017ci 10 snin s\u0127a\u0127. Konna nidhru fil-vinjetti tal-MaltaToday b\u0127ala \u017cew\u0121t iklieb tal-g\u0127assa ma&#8217; Austin Gatt.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-3871 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/claudio_grech_kristy_debono_on_electrogas184-300x175.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"175\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/claudio_grech_kristy_debono_on_electrogas184-300x175.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/claudio_grech_kristy_debono_on_electrogas184-462x270.jpg 462w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/claudio_grech_kristy_debono_on_electrogas184.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Filwaqt li dan hu minnu, it-tne\u0127\u0127ija ta&#8217; Grech mill-qasam tal-ekonomija, kif qed naraha jien b\u0127alissa, huwa \u017cball o\u0121\u0121ettiv. Meta jibdew jonqsu l-hekk imsej\u0127a benefi\u010b\u010bji tal-politika ekonomika ta&#8217; Joseph Muscat \u00be li m&#8217;g\u0127andhiex \u0127ajja twila \u00be il-PN g\u0127andu jpo\u0121\u0121i l-politka dwar l-ekonomija fil-qalba tad-diskors politiku tieg\u0127u. Hekk kif aktar u aktar nies jibdew jitqa\u017c\u017cu bil-korruzzjoni u l-\u0127mie\u0121, jistg\u0127u biss jikkunsidraw li jaqilbu l-vot tag\u0127hom g\u0127all-PN jekk ikollhom fidu\u010bja li ta\u0127t il-PN se jer\u0121g\u0127u jibdew imorru tajjeb.<\/p>\n<p>Tista&#8217; Kristy Debono tnissel dik il-fidu\u010bja ta&#8217; kompetenza esperta u profonda fil-politika ekonomika, ta&#8217; esperjenza fis-settur pubbliku u privat, ta&#8217; apprezzament akkademiku tas-su\u0121\u0121ett u l-innovazzjonijiet li qed jixirfu madwar id-dinja, a\u0127jar minn Claudio Grech?<\/p>\n<p>Ovvjament il-paraguni huma odju\u017ci. U dawn huma de\u010bi\u017cjonijiet li l-kap irid jie\u0127u, u jrid jiffa\u010b\u010bja l-konsegwenzi tag\u0127hom hu stess, anke hu u jag\u0127mel il-paraguni odju\u017ci u jag\u0127mel dawk l-g\u0127a\u017cliet li ja\u0127seb li huma fl-a\u0127jar interess tal-partit. Jista&#8217; jkun jaf xi \u0127a\u0121a li ma nafhiex, imma jidher li f&#8217;din l-g\u0127a\u017cla tant strate\u0121ika, il-lealt\u00e0 issuperat il-kompetenza u peress li hawn qed nitkellmu fuq il-politika ekonomika dan kien l-ag\u0127ar post fejn kellu jilg\u0127ab log\u0127ba b\u0127al din.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hu f&#8217;idejn il-kapijiet tal-Partiti li jassenjaw oqsma ta&#8217; responsabbilt\u00e0 lill-grupp parlamentari tag\u0127hom. Dan kollu hu spe\u010bi ta&#8217; prova finali g\u0127all-e\u017cer\u010bizzju tal-prerogattiva tal-Prim Ministru li skont ir-regoli tag\u0127na tag\u0127tih id-diskrezzjoni kompleta li ja\u0127tar jew ine\u0127\u0127i l-ministri tal-gvern, ovvjament filwaqt li hu stess jin\u017camm ta\u0127t id-diskrezzjoni li jin\u0127atar jew jitne\u0127\u0127a mill-Partit tieg\u0127u stess. Il-kapijiet tal-Partiti g\u0127andhom sa\u0127\u0127a [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3868,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3924\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3924"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3924\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3955,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3924\/revisions\/3955\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3868\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3924"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3924"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3924"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}