{"id":3949,"date":"2018-02-05T16:59:57","date_gmt":"2018-02-05T14:59:57","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3949"},"modified":"2018-02-05T22:24:22","modified_gmt":"2018-02-05T20:24:22","slug":"il-permess-biex-tghid-le","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/il-permess-biex-tghid-le\/","title":{"rendered":"Il-permess biex tg\u0127id le"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"http:\/\/inewsmalta.com\/article.php?ID1=63027\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Jason Micallef u\u017ca l-midja kkontrollata mil-Labour<\/a> biex jappo\u0121\u0121ja <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/02\/matthew-caruana-galizia-reacts-video-woman-attempting-destroy-valletta-memorial-mother\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">lill-mara li kienet iffilmjata tu\u017ca l-bastun tag\u0127ha biex tne\u0127\u0127i min-nofs fjuri, ritratti, messa\u0121\u0121i u xemg\u0127at<\/a> li t\u0127allew mal-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta b&#8217;tifkira ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u biex isej\u0127u g\u0127all-\u0121ustizzja u t-tmiem tal-impunit\u00e0.<\/p>\n<p>Bl-a\u0121ir tieg\u0127u Jason Micallef segwa lil dawk ta&#8217; qablu, fosthom <a href=\"http:\/\/www.one.com.mt\/news\/2018\/02\/04\/ta-min-il-monument\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Joe Brincat<\/a>, <a href=\"http:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/84243\/valletta_councillor_wants_removal_of_daphne_shrine_csn_to_crowdfound_new_memorial\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ray Azzopardi<\/a> (il-kunsillier tal-Belt, mhux il-pre\u017centatur ta&#8217; Warda Kanta), <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/01\/want-crush-right-protest\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Emmanuel Cuschieri<\/a> u diversi o\u0127rajn li tennew dak ma qalux il-politi\u010bi li huma stess jappo\u0121\u0121jaw u b&#8217;hekk evitawlhom ir-responsabbilt\u00e0 li ji\u0121u imbarazzati kieku qaluh huma.<\/p>\n<p>M&#8217;iniex sorpri\u017c li l-gvern jiddevja l-attenzjoni dwar l-iskop tal-protesta billi jid\u0127ol f&#8217;diskussjonijiet dwar il-mod kif issir il-protesta. Jien ma po\u0121\u0121ejt l-ebda fjuri u ma xg\u0127elt l-ebda xemg\u0127at mal-Monument tal-Assedju l-Kbir fl-a\u0127\u0127ar erba&#8217; xhur biex nipprotesta g\u0127ad-dritt tieg\u0127i li npo\u0121\u0121i fjuri u xemg\u0127at. Kont na\u0127seb li dik xi \u0127a\u0121a <em>for granted.<\/em><\/p>\n<p>Jien ipprotestajt u g\u0127adni qed nipprotesta kontra sitwazzjoni li fiha nqatlet \u0121urnalista, sitwazzjoni fejn dawk li kkummissjonaw il-qtil tag\u0127ha g\u0127adhom ji\u0121ru barra waqt li l-istejjer li investigat qed ji\u0121u \u010b\u010bensurati waqt li l-awtoritajiet tal-istat ma jie\u0127du l-ebda azzjoni.<\/p>\n<p>Jekk irridu nibqg\u0127u nsej\u0127u lilna nfusna demokrazija, irridu nifhmu li l-protesti huma parti intrinsika mid-dibattitu pubbliku. Aktar u aktar f&#8217;kuntest fejn jidher li lanqas il-Parlament mhu l-forum adegwat biex isir dibattitu dwar dak li n\u0127ossu li hu l-aktar aspett fundamentali tar-realt\u00e0 politika Maltija: jekk il-li\u0121i hix qed tiffunzjona jew le.<\/p>\n<p>Jason Micallef u o\u0127rajn b\u0127alu qed jakku\u017cawna li qed nattakkaw id-dinjit\u00e0 tal-Monument tal-Assedju l-Kbir u niddegradaw il-memorja ta&#8217; dawk li mietu fl-Assedju l-Kbir. Ma rridx nid\u0127ol f&#8217;melodrama retorika dwar l-Assedju l-Kbir. In\u0127alli l-poe\u017cija lirika dwar il-\u0121lidiet inter\u0121enerazzjonali g\u0127al-libert\u00e0 g\u0127all-<em>videos <\/em>turisti\u010bi li jintwerew fi\u010b-\u010bentri tal-interpretazzjoni bl-e\u010b\u010bessi tag\u0127hom b&#8217;kollox. Imma rrid infakkar li l-monument qatt ma \u0121ie sfigurat bl-ebda mod. Tista&#8217; ma taqbilx ma&#8217; kif issebba\u0127 il-madwar, imma perswa\u017c li lkoll rajna ag\u0127ar.<\/p>\n<p>Is-sit ma ntg\u0127a\u017cilx apposta minn xi \u0127add bil-\u0127sieb li jurta lil Jason Micallef. Kien l-g\u0127a\u017cla lo\u0121ika biex iservi b\u0127ala l-post fejn wie\u0127ed jipprotesta \u0121img\u0127a wara l-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia &#8211; quddiem il-Qrati fejn il-poplu jfittex il-\u0121ustizzja &#8211; u n-nies, b&#8217;mod spontanju \u0127allew fjuri u xemg\u0127at hemmhekk fi tmiem il-protesta. U mbag\u0127ad \u0121ew aktar nies, waqt li g\u0127adhom \u0121ejjin.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm nixtieq li kieku Jason Micallef u l-o\u0127rajn jing\u0127aqdu mag\u0127na fis-sej\u0127a tag\u0127na biex issir \u0121ustizzja, na\u010b\u010betta d-deci\u017cjoni tag\u0127hom li ma jag\u0127mlux dan. Imma l-intolleranza tag\u0127hom g\u0127al protesta li hija g\u0127alkollox moderata, mhix vjolenti u turi rispett lejn l-o\u0127rajn waqt li tag\u0127mel minn kollox biex tevita li ddejjaq lil \u0127addie\u0127or bla b\u017conn, verament mhix ne\u010bessarja.<\/p>\n<p>Jew a\u0127jar, kienet tkun mhux ne\u010bessarja li kieku fil-verit\u00e0 mhux g\u0127addej sforz ovvju biex jit\u0127awdu l-im\u0127u\u0127. Il-gvern kien qed jistenna li l-g\u0127ajta g\u0127all-\u0121ustizzja u kontra l-impunit\u00e0 tmut \u017cmien ilu. Id-dawl iteptep tax-xemg\u0127at u l-fjuri bilkemm jinxtammu fid-dlam ma jeffettwawhx. Il-Monument tal-Assedju l-Kbir lanqas hu xi monument li j\u0121orr mieg\u0127u xi sensitivit\u00e0 politika partikolari. Dan mhux il-monument ta&#8217; Jum il-\u0126elsien jew ta&#8217; Dom Mintoff.<\/p>\n<p>Min-na\u0127a l-o\u0127ra, i\u017cda, \u017cgur li l-gvern qed jara l-g\u0127exieren ta&#8217; turisti li qed i\u017curu l-monument kuljum. \u017bgur li qed josserva lin-nies jieqfu jirriflettu quddiemu, ipo\u0121\u0121u l-fjuri jew jg\u0127idu xi talba f&#8217;kull \u0127in tal-\u0121urnata. \u017bgur li jaf li l-monument g\u0127adu sal-lum jidher kull darba fl-a\u0127barijiet internazzjonali u f&#8217;dokumentarji li qed jixxandru madwar id-dinja. \u017bgur li hu konxju li barranin li j\u017curu pajji\u017cna fuq xog\u0127ol tal-gvern jistaqsu kif jistg\u0127u jaslu fuq il-post biex ikunu jistg\u0127u jmorru jsellmu lil Daphne.<\/p>\n<p>Il-monument hu ra\u0121\u0121 ta&#8217; dawl baxx imma kostanti fa\u010b\u010bata tal-qrati. Hu pre\u017cenza inevitabbli li jsibu ma&#8217; wi\u010b\u010bhom \u0127afna uffi\u010bjali importanti tal-istat li jimxu tul Triq ir-Repubblika kuljum bi tbissima kbira fuq fommhom jippretendu li kollox miexi fuq ir-rubini, meta s-sitwazzjoni hija l-kuntrarju.<\/p>\n<p>Tistg\u0127u timma\u0121inaw lil Konrad Mizzi miexi mal-\u0127abib \u0121did tieg\u0127u tul Triq ir-Repubblika? Jew kif i\u0127ossu Keith Schembri hu u jkaxkar saqajh biex imur minn ristorant minn tieg\u0127u g\u0127al ie\u0127or, jew bejn impenn uffi\u010bjali u ie\u0127or?<\/p>\n<p>Waqt li Triq ir-Repubblika \u010b\u010belebrat il-Milied qisu ma \u0121ara xejn, il-monument ta&#8217; tifkira g\u0127al Daphne Caruana Galiza baqa&#8217; \u0127aj. Ma spikkax fost id-dwal qawwija, imma l-istess dwal ma tfewhx lanqas. L-istess waqt li Triq ir-Repubblika kienet qed tospita l-ftu\u0127 tal-Kapitali tal-Kultura. Il-festa ta&#8217; San Pawl \u0121iet u marret. U issa jmiss il-Karnival. Fir-rutina tan-normalit\u00e0 li g\u0127andha t-tendenza li tnessi l-memorja u trazzan ir-rabja, il-monument xorta jibqa&#8217; \u0127aj.<\/p>\n<p>Allura dan kollu meta se jintemm? Jien nista&#8217; nitkellem biss g\u0127alija nnifsi. G\u0127alija dan mhux xi post temporanju adattat biex niftakar f&#8217;Daphne Caruana Galizia sakemm tinstab soluzzjoni permanenti u jitwaqqaf monument tal-bron\u017c u l-ir\u0127am. Lanqas ma jien fil-burdata li nid\u0127ol f&#8217;dibattitu ma&#8217; nies b\u0127al Jason Micallef dwar fejn g\u0127andna po\u0121\u0121u statwa o\u0127ra biex ti\u0121i injorata minn kul\u0127add.<\/p>\n<p>Biex niftakar f&#8217;Daphne Caruana Galizia &#8211; u jien nag\u0127mel hekk kuljum &#8211; nifta\u0127 il-<em>laptop <\/em>u mmur fuq is-sit elettroniku tag\u0127ha biex naqbad xi <em>post<\/em> minn tag\u0127ha \u0127alli nid\u0127ak ftit, jew nibki, inkella ninfexx f&#8217;rabja kbira meta niftakar g\u0127alfejn jien daqshekk inkwetat il-\u0127in kollu.<\/p>\n<p>Jien nibqa&#8217; n\u0127oss il-b\u017conn li nipprotesta sakemm l-impunit\u00e0 u l-in\u0121ustizzja li e\u017cistew f&#8217;Malta lejliet il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u l-g\u0127ada, jibqg\u0127u mag\u0127na. Hi kitbet dwar dan u a\u0127na ma pprotestjaniex. Hi mietet u dawn baqg\u0127u hemm. Jien in\u0127ossni fid-dmir li nipprotesta sakemm isse\u0127\u0127 bidla vera: il-bidla li Matthew Caruana Galizia u \u0127utu sej\u0127u g\u0127aliha jumejn wara li mietet ommhom, meta fakkruna li ma tista&#8217; ssir l-ebda \u0121ustizzja vera qabel ma jkun hawn il-bidla.<\/p>\n<p>Li kieku l-protesta tag\u0127na ma ddejjaqx serjament lil dawk li ji\u0121u fuq Jason Micallef, kont ng\u0127id li qed issir g\u0127alxejn. Ir-rabja u t-theddid kontinwu tag\u0127hom f&#8217;tentattiv biex ji\u010b\u010bensurawha huma xhieda li minkejja li d-dawl tax-xemg\u0127at li xg\u0127elna jista&#8217; jkun baxx, il-protesta qed ikollha l-effett mixtieq: qed twassal biex dawk li g\u0127andhom f&#8217;idejhom il-poter jirrealizzaw li aktar nies qeg\u0127din dejjem aktar jindunaw verament huma x&#8217;qed i\u0127awdu.<\/p>\n<p>Irrid g\u0127alhekk inserra\u0127 ras dawk li qabbdu lil Jason Micallef, Joe Brincat, Emmanuel Cuschieri, Ray Azzopardi u l-bqija biex iqanqlu r-rabja tal-partitarji tag\u0127hom kontra l-fjuri u x-xemg\u0127at daqslikieku kienu bombi u kanuni, li m&#8217;g\u0127andi l-ebda \u0127sieb li nistaqsihom liema tip ta&#8217; protesta l-inqas li toffendilhom is-sentimenti tag\u0127hom.<\/p>\n<p>G\u0127ax hi fin-natura tal-protesta stess:\u00a0wie\u0127ed ma jistaqsix g\u0127al permess biex jipprotesta ming\u0127and dawk li qed jipprotesta kontrihom!<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jason Micallef u\u017ca l-midja kkontrollata mil-Labour biex jappo\u0121\u0121ja lill-mara li kienet iffilmjata tu\u017ca l-bastun tag\u0127ha biex tne\u0127\u0127i min-nofs fjuri, ritratti, messa\u0121\u0121i u xemg\u0127at li t\u0127allew mal-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta b&#8217;tifkira ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u biex isej\u0127u g\u0127all-\u0121ustizzja u t-tmiem tal-impunit\u00e0. Bl-a\u0121ir tieg\u0127u Jason Micallef segwa lil dawk ta&#8217; qablu, fosthom Joe Brincat, Ray [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3938,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3949\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3949"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3949\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3968,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3949\/revisions\/3968\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3938\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3949"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3949"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3949"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}