{"id":3960,"date":"2018-02-01T13:32:18","date_gmt":"2018-02-01T11:32:18","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3960"},"modified":"2022-08-24T10:07:26","modified_gmt":"2022-08-24T08:07:26","slug":"l-ikbar-gidba-fl-istorja-politika-maltija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/l-ikbar-gidba-fl-istorja-politika-maltija\/","title":{"rendered":"L-ikbar gidba fl-istorja politika Maltija"},"content":{"rendered":"<p>Ftit tal-jiem ilu kont qed na\u0127dem ma\u2019 \u0121urnalista ta\u2019 kontra l-mafja li nzerta kien qieg\u0127ed Malta biex jinvestiga \u010berti attivitajiet suspettu\u017ci li jirrigwardaw kriminali minn pajji\u017cu. Wara li rajt ir-rapport tieg\u0127u b\u2019\u010berta impertinenza fakkartu li xi w\u0127ud mill-allegazzjonijiet tieg\u0127u \u0121ew mi\u010b\u0127uda min-nies suspettati avolja l-evidenza kontrihom hija lampanti. G\u0127aliex hu ma kienx qieg\u0127ed ifakkar li huma kienu qeg\u0127din ji\u010b\u0127du dak li bih kienu qed ji\u0121u akku\u017cati?<\/p>\n<p>G\u0127aliex i\u010b-\u010ba\u0127da g\u0127andha titqies b\u0127ala \u0127a\u0121a normali. Fakkarni li Toto\u2019 Riina ni\u017cel f\u2019qabru ji\u010b\u0127ad li kien g\u0127amel xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina. Fi storja dejjem ikun hemm\u00a0 \u0127afna aspetti u wie\u0127ed g\u0127andu j\u017comm g\u0127ajnejh miftu\u0127a. Imma wie\u0127ed m\u2019g\u0127andux ikun in\u0121enwu. Li wie\u0127ed ikun o\u0121\u0121ettiv u attent biex jevita l-pre\u0121udizzju j\u017commok biss sa \u010bertu punt fit-triq tas-sewwa, li lil hinn minnu, meta tibqa\u2019 newtrali bejn it-tajjeb u l-\u0127a\u017cin, inti tispi\u010b\u010ba kompli\u010bi mal-\u0127a\u017cin.<\/p>\n<p>I\u010b-\u010ba\u0127da hija l-a\u0127\u0127ar g\u0127odda tal-\u0127ati. Mal-i\u010bken ammissjoni ta\u2019 \u0127tija is-sisien tar-re\u017cistenza ji\u0121\u0121arrfu.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.politico.eu\/article\/caruana-galizia-joseph-muscat-corruption-wife-michelle-graft-allegation-greatest-lie-in-maltas-political-history\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u201cL-akbar gidba fl-istorja politka Maltija\u201d hija log\u0127ba bil-kliem<\/a> ivvintata minn Joseph Muscat,\u00a0 minfu\u0127a minnu stess biex jikkumbatti l-gravit\u00e0 tal-akku\u017ca li kontriha qieg\u0127ed jiddefendi ru\u0127u.\u00a0 Joseph Muscat qed ji\u0121i akku\u017cat minn xi w\u0127ud li huwa l-aktar Prim Ministru korrott fl-istorja politka Maltija<\/p>\n<p>L-entit\u00e0 ta\u2019 dik l-akku\u017ca hija kbira \u0127afna. Hija wkoll wa\u0127da li \u0127afna huma tal-fehma li hija bba\u017cata fuq il-fatti, li xi w\u0127ud minnhom jistg\u0127u ji\u0121u vverifikati, xi w\u0127ud minnhom g\u0127adhom mhumiex ivverifikati u jistg\u0127u ji\u0121u biss ikkonfermati b\u2019investigazzjoni xierqa u awtorevoli. U xi minn daqqiet qed ji\u0121u kkonfermati b\u2019kumbinazzjoni.<\/p>\n<p>Il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet John Dalli g\u0127adu kemm paxxiena bil-benefi\u010b\u010bju tal-memorja batuta li g\u0127andu billi kkonferma dettall li seta\u2019 deher bla siwi f\u2019dak kollu li Daphne Caruana Galizia kienet irrapportat dwar il-Bank Pilatus. Kienet qalet li John Dalli kellu kont fil-Bank Pilatus\u00a0<a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/news-breaking\/breaking-john-dalli-confirms-he-had-a-pilatus-bank-account\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"> imma li ftit kien g\u0127amel u\u017cu minnu<\/a>. Dwar il-kwestjoni jekk John Dalli kellux kont fil-Bank Pilatus kien hemm inkjesta li John Dalli kien insieha peress li, g\u0127allinqas f\u2019dan il-ka\u017c, ftit kellu x\u2019ja\u0127bi.<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a infexx b\u2019\u0127afna storbju b\u0127as-soltu j\u0127ambaq, b\u2019delikatezza kbira, kontra dawk li hu jsejja\u0127 \u2018il-pinen velenu\u017ci\u2019 billi qal li l-kont tieg\u0127u fil-Bank Pilatus\u00a0 aktarx iva milli le kien ikun inattiv. Kien g\u0127adu ma nteba\u0127x f\u2019dak il-waqt li kien qieg\u0127ed jikkonferma mhux biss dak li Daphne Caruana Galizia kienet qed tg\u0127id dwaru imma anke, u hawn irid wie\u0127ed jammetti, kemm kienet kbira l-firxa tas-sorsi u l-informazzjoni li Daphne Caruana Galizia kellha fil-Bank Pilatus.<\/p>\n<p>Fir-rappurta\u0121\u0121 ta\u2019 Daphne Caruana Galizia dwar il-Bank Pilatus g\u0127andna fatt li m\u2019g\u0127adux aktar ikkontestat jew miftu\u0127 g\u0127all-kontestazzjoni. G\u0127andna fatt li jag\u0127mel \u0127oss li jtarrax. Dik li suppost kienet l-akbar gidba fl-istorja politika \u0121iet g\u0127al darba o\u0127ra kkonfermata\u00a0 li hija ftit\u00a0 i\u017cjed veritjera.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad kellna a\u010b\u010bident ie\u0127or li Jacob Borg silet mill-kaw\u017ca li l-Bank Pilatus g\u0127amel kontra\u00a0 Daphne Caruana Galizia. Waqt li akku\u017caha \u2018b\u2019misapproprijazzjoni u pubblikazzjoni ta\u2019 informazzjoni kunfidenzjali tal-Pilatus\u2019 il-Bank Pilatus g\u0127adu kif ikkonferma li l-informazzjoni li hi ppubblikat ma kinitx, kif intqal ripetutament, ivvintata.\u00a0 G\u0127all-kuntrarju din kienet qawwija u veritjiera g\u0127ar-ra\u0121uni li ma tistax tisraq u tippubblika xi \u0127a\u0121a li ma tkun di\u0121a te\u017cisti.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\" data-lang=\"en\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Pilatus Bank admits in SLAPP lawsuit that slain journalist gained access to its client list. Among Pilatus&#8217; clients were family members of Azerbaijan&#8217;s President, and Azerbaijan&#8217;s minister for Emergency Situations, whose front man opened up companies in Malta via Nexia BT. <a href=\"https:\/\/t.co\/ZciicrLsZt\">pic.twitter.com\/ZciicrLsZt<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Jacob Borg (@BorgJake) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/BorgJake\/status\/958683277312909312?ref_src=twsrc%5Etfw\">January 31, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p>32. Il-konvenuta b\u2019intenzjoni nda\u0127let f\u2019dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi billi ppubblikat kwantit\u00e0 ta\u2019 dikjarazzjonijiet foloz u malafamanti dwar il-Bank Pilatus u s-Sur Sadr, li kkaw\u017caw konfu\u017cjoni u qtug\u0127 f\u2019dawn ir-relazzjonijiet u l-aspettattivi.<\/p>\n<p>33. B\u2019\u017cieda ma\u2019 dan il-konvenuta b\u2019intenzjoni serqet u ppubblikat informazzjoni kunfidenzjali tal-Bank Pilatus, li tinkludi l-ismijiet tal-klijenti, li l-Bank kien marbut li j\u017comm kunfidenzjali<\/p>\n<p>34. L-ind\u0127il tal-kwerelanta kien mhux xieraq u intenzjonat biex jag\u0127mel \u0127sara lir-relazzjonijiet tal Bank Pilatus.<\/p>\n<p>35. Lil-Bank Pilatus u lis-Sur Sadr saritilhom il-\u0127sara bil-konfu\u017cjoni u l-qtug\u0127 fir-relazzjonijiet u l-aspettativi, kif ukoll bis-serq u l-pubblikazzjoni ta\u2019 informazzjoni kunfidenzjali.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/twitter.com\/BorgJake\"><strong>Jacob Borg<\/strong>@BorgJake<\/a><\/p>\n<p>Il-Bank Pilatus jammetti li mill-kaw\u017ca SLAPP dik il-\u0121urnalista assassinata akkwistat a\u010b\u010bess g\u0127al-lista tal-klijenti tieg\u0127u. Fost il-klijenti ta\u2019 Pilatus kien hemm membri tal-familja tal-President tal-Azerbaijan\u00a0 kif ukoll tal-Ministru ta\u2019 Sitwazzjonijiet ta\u2019 Emer\u0121enza tal-Azerbaijan, li r-rappre\u017centant tieg\u0127u feta\u0127 kumpanniji f\u2019Malta permezz ta\u2019 Nerxia BT.<\/p>\n<p>L-akbar gidba fl-istorja politika saret aktar veritjera.<\/p>\n<p>Jekk inkjesta \u0121urnalistika tkun stenniet biss li min ikun ta\u0127t suspett jaqbi\u017clu fatt li ma jkunx irid jammetti, dan ma tantx iwassal il-bog\u0127od, g\u0127alkemm fil-ka\u017c ta\u2019 dawn i\u017c-\u017cew\u0121 in\u010bidenti ta\u2019 din il-\u0121img\u0127a dawn akatrx li wasslu \u0127afna l-bog\u0127od.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/01\/new-york-apartment\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">L-istorja tal-appartament ta\u2019 New York li \u0121iet ippubblikata f\u2019dan il-blogg<\/a> hija saff ie\u0127or ta\u2019 kredibbilt\u00e0 li \u0121ie mg\u0127obbi fuq din l-istorja. Minn tkellem dwar \u0127lasijiet kbar \u0127afna li ntbag\u0127tu lil \u201c\u010berta mara jisimha Buttigieg li g\u0127andha \u0121ojjellerija bl-isem ta\u2019 Buttardi fi New York\u2019 jista\u2019 ji\u0121i akku\u017cat\u00a0 li forsi kien jaf li Buttardi huwa wkoll propjet\u00e0 ta\u2019 Michelle Muscat u li akku\u017ca\u00a0 b\u0127al din tista\u2019 tg\u0127in biex tag\u0127ti kredibbilt\u00e0 lil gidba fa\u0127xija.<\/p>\n<p>I\u017cda ma setg\u0127ux kienu jafu li xi ftit jiem wara l-allegat pagament, appartament fl-Upper East Side New York mixtri ftit xhur qabel t\u0127allas fl-intier f\u2019ammont wie\u0127ed.<\/p>\n<p>Dan huwa fatt ie\u0127or. Verit\u00e0 inkontestabbli li tibqa\u2019 soda kontra l-assalt tar-rettorika u \u010b-\u010ba\u0127diet imqanqla ming\u0127and Joseph u Michelle Muscat.<\/p>\n<p>Meta tatna x\u2019nifhmu li l-appartament t\u0127allas ftit jiem wara pagament minn Pilatus, liema \u0127las ti\u010b\u0127ad li qatt i\u010beviet, ma jippruvax li qed tigdeb li ma r\u010bevietx il-\u0127las&#8230; huwa sin\u010bier daqs meta kien ing\u0127ad, waqt il-bosta pro\u010bessi kriminali, li Toto\u2019 Riina kien \u017cgi\u010b\u010ba skont l-istil tieg\u0127u minn rotta ta\u2019 balla.<\/p>\n<p>Hawn ta\u0127t hawn xi w\u0127ud minnhom: \u2018setg\u0127et reb\u0127et il-lotterija\u2019. \u2018jista\u2019 jkun li nanna \u0121eneru\u017ca mietet malajr u \u0127allitilha\u00a0 kollox\u2019, \u2018forsi g\u0127aqda tal-karit\u00e0 li t\u0127enn g\u0127all-\u0121ojjellieri li g\u0127adhom jibdew u xtratilha appartament f\u2019Manhattan\u2019. Forsi. Forsi<\/p>\n<p>G\u0127aliex ma tippruvax li ma \u0127allsitx l-appartament\u00a0 minn xi mezzi o\u0127ra apparti l-pagamenti ming\u0127and il-Bank Pilatus.<\/p>\n<p>G\u0127aliex il-Bank Pilatus ma jifta\u0127x il-lista tad-depo\u017citanti\u00a0 biex jipprova li\u00a0 din ta\u2019 Daphne Caruana Galizia kienet l-akbar gidba fl-istorja tal-politka Maltija?<\/p>\n<p>L-istorja ta\u2019 Daphne Caruana Galizia\u00a0 qed ti\u0121i ppruvata bil-fatti. Aktar u aktar fatti qed jitfa\u010b\u010baw, anke fatti li kienet g\u0127adha ma vverifikatx b\u0127alma \u0121ew issa. \u010aertament li f\u2019\u0127ajjitha u safejn hi kienet taf il-Bank Pilatus qatt ma ammetta li kull ma ppubblikat hi kien il-verit\u00e0. Anzi bil-maqlub.<\/p>\n<p>Aktar fatti \u0121ew stabbiliti. Dawn \u0127add ma jista\u2019 jmerihom. Jekk kien hemm xi \u0127a\u0121a dwar kull wa\u0127da minn dawn li setg\u0127u ji\u010b\u0127du &#8211; Joseph Muscat, Michelle Muscat, Pilatus Bank &#8211; kollha setg\u0127u jew kellhom i\u0121ibu l-provi biex ji\u010b\u0127duhom<\/p>\n<p>L-argument li l-obbligu li jin\u0121iebu l-provi qieg\u0127ed fuq il-prosekuzzjoni huwa argument li jriegi dejjem f\u2019qorti tal-\u0121ustizzja. I\u017cda g\u0127adna ma wasalniex g\u0127al dan. Din hi l-arena politika. Hawn barra l-argument li l-obbligu tal-provi qieg\u0127ed fuq il-\u0121urnalisti huwa l-argument tal-\u0127atja.<\/p>\n<p>Huma jinku lil dawk li jakku\u017cawhom g\u0127aliex \u201cm\u2019g\u0127andhomx dokumenti\u201d.\u00a0 B\u0127al kriminal ordinarju ta\u0127t arrest jitkess\u0127u meta jg\u0127idu \u201cm\u2019g\u0127andek xejn kontrija Sur\u0121ent. Irrid it-telefonata tieg\u0127i\u2019<\/p>\n<p>Madankollu dokumenti g\u0127andhom. G\u0127alfejn ma jippubblikawhomx? G\u0127alfejn ma jg\u0127idux mnejn \u0121ejjin ir-rikkezzi tag\u0127hom? G\u0127aliex ma jippermettux sorvelji u investigazzjonijiet internazzjonali dwar il-kuntatti tag\u0127hom? Galiex ma j\u0127allux ix-xhieda jitkellmu ming\u0127ajr bi\u017ca ta\u2019 tpattija?<\/p>\n<p>Qieg\u0127ed\u00a0 jidher dejjem i\u017cjed bi\u010b-\u010bar li l-akbar gidba fl-istorja politika\u00a0 jista\u2019 jag\u0127ti l-ka\u017c li sa tkun dik li qed jikkommetti Joseph Muscat fuqna: li l-gidba li biha akku\u017catu Daphne Caruana Galizia\u00a0 mhijiex vera.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ftit tal-jiem ilu kont qed na\u0127dem ma\u2019 \u0121urnalista ta\u2019 kontra l-mafja li nzerta kien qieg\u0127ed Malta biex jinvestiga \u010berti attivitajiet suspettu\u017ci li jirrigwardaw kriminali minn pajji\u017cu. Wara li rajt ir-rapport tieg\u0127u b\u2019\u010berta impertinenza fakkartu li xi w\u0127ud mill-allegazzjonijiet tieg\u0127u \u0121ew mi\u010b\u0127uda min-nies suspettati avolja l-evidenza kontrihom hija lampanti. G\u0127aliex hu ma kienx qieg\u0127ed ifakkar li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3736,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3960\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3960"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3960\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3971,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3960\/revisions\/3971\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3736\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3960"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3960"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3960"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}