{"id":3975,"date":"2018-02-06T10:30:18","date_gmt":"2018-02-06T08:30:18","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3975"},"modified":"2018-02-06T10:30:18","modified_gmt":"2018-02-06T08:30:18","slug":"v-cremona-bewro-tixtri-sptar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/v-cremona-bewro-tixtri-sptar\/","title":{"rendered":"V A Cremona: B&#8217;ewro tixtri sptar?"},"content":{"rendered":"<p><em>Miktub mill-mistiedna Vicki Ann Cremona:<\/em><\/p>\n<p>Jekk tmur tie\u0127u kaf\u00e9 \u0121ol-Belt Kapitali tal-Kultura, ewro mhuwiex bi\u017c\u017cejjed biex t\u0127allsu &#8211; trid tkompli \u017c\u017cid xi \u0127a\u0121a tal-flus mieg\u0127u biex jaqduk. I\u017cda sa ewro, na\u0127seb li kull wie\u0127ed u wa\u0127da minnha naslu biex no\u0127or\u0121u mill-but. U kieku l-gvern \u0121ie joffrilna nixtru dak kollu li fih sptar b\u2019ewro, forsi konna nit\u0127ajru nid\u0127lu g\u0127aliha u naraw kif ndawru xi sold minnhom!<\/p>\n<p>Mhux talli hekk, talli kieku il-gvern offrilna xi sptar bil-kundizzjonijiet li offra lill-kumpanija barranija, fejn min krieh m\u2019g\u0127andux x\u2019jinkwieta g\u0127al ebda dejn, kien ikollna wkoll minn fejn nag\u0127\u017clu: jekk ma kienx jog\u0127\u0121obna l-isptar t\u2019G\u0127awdex, stajna forsi naraw jekk nippreferux lill-isptar Karen Grech, jew dak ta\u2019 San Luqa!<\/p>\n<p>Il-problema hija li l-Gvern tal-Maltin, lill-ebda Malti jew Maltija b\u0127alek u b\u0127ali ma \u0121ie joffrih. Per\u00f2 \u0121ie jaqa\u2019 u jqum mill-fatt li proprjament, dawk l-isptarijiet di\u0121a <em>kienu<\/em> tag\u0127na: saru u \u017cammejnihom minn flusna \u2013 mit-taxxi tag\u0127na. U b\u2019hekk, ma kellu l-ebda dritt ibig\u0127hom. Il-fatt li dak li kien fihom tah g\u0127all-ewro simboliku huwa daqqa ta\u2019 \u0127arta lil kull min i\u0127allas onestament u fil-\u0127in it-taxxi tieg\u0127u jew tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Xi jfisser meta ng\u0127idu li l-gvern bieg\u0127 l-isptarijiet tag\u0127na? Jidher li jekk int G\u0127awdxi, u g\u0127andek b\u017conn tmur l-isptar, u jekk n-numru (baxx) ta\u2019 sodod li din l-entit\u00e0 l-\u0121dida li suppost se tmexxi l-isptar \u0127alliet g\u0127all-u\u017cu b\u2019xejn tal-poplu g\u0127awdxi di\u0121a ntela\u2019\u2013 suppost, g\u0127ax dan il-privile\u0121\u0121 di\u0121a jidher li g\u0127adda g\u0127and o\u0127rajn &#8211; mhuwiex \u010bar x\u2019g\u0127a\u017cla jibqag\u0127lek.<\/p>\n<p>Nissaponi jew ikollok t\u0127allas xi \u0127a\u0121a minn butek, jew il-poplu mit-taxxi ikollu j\u0127allas g\u0127alik \u2013 \u0127afn\u2019aktar minn dak li qieg\u0127edi di\u0121a i\u0127allas g\u0127as-servizz &#8211; jew ikollok ti\u0121i Malta, fejn il-postijiet tant mhumiex bi\u017c\u017cejjed li kien hemm mument fejn kien qieg\u0127ed jissemma l-\u0127sieb li ner\u0121g\u0127u nsa\u0127\u0127u lill-isptar San Luqa \u0127alli n-nies tkun tista\u2019 tinqeda a\u0127jar. Issa, jekk dan se jsir jew le, m\u2019g\u0127adux jiddependi minna, mill-poplu malti u g\u0127awdxi, g\u0127ax il-Gvern Tag\u0127na Lkoll mar u bieg\u0127u lill-barranin, u dak li fih g\u0127al ewro! Mhux hekk biss, imma ser\u0127ilhom mo\u0127\u0127hom li jekk l-gvern jer\u0121a\u2019 jie\u0127u lura l-isptarijiet, jerfa\u2019 d-dejn tag\u0127hom hu \u2013 jew a\u0127jar, nerfg\u0127uhom a\u0127na lkoll, mit-taxxi tag\u0127na!<\/p>\n<p>Dan i\u0121ieghel lill-wie\u0127ed ja\u0127seb li jew Joseph Muscat, Prim Ministru Tag\u0127na Lkoll, ma fehemx li b\u2019ewro lanqas kaf\u00e9 ma tie\u0127u u li l-persuna jew persuni li g\u0127amlu din il-bravata tmejlu bih u bil-poplu malti, jew da\u0127al mag\u0127hom u qieg\u0127ed jitmejjel bina hu ukoll! Certament, mhux se nkun jien li ser inkun naf kif qeg\u0127din tassew l-affarjiet. Dik li s-soltu dat-tip ta\u2019 borom kienet taf tikxifhom, qatluha.<\/p>\n<p>It-tobba illum se jo\u0127or\u0121u bi \u2018Strike\u2019 biex ji\u0121\u0121ieldu g\u0127al dak li huwa verament tag\u0127na lkoll \u2013 l-isptarijiet tag\u0127na. Wie\u0127ed jista\u2019 jg\u0127id li jekk kienu qeg\u0127din jissuspettaw xi \u0127a\u0121a, misshom ilhom li tkellmu, imma nsomma, kif jg\u0127idu l-Ingli\u017ci \u2018Better late than never\u2019.<\/p>\n<p>Huwa dmirna li a\u0127na mhux talli nag\u0127tuhom ra\u0121un, imma nuruhom is-solidarjeta\u2019 tag\u0127na.\u00a0 Ma ninsewx li fis-snin sebg\u0127in, \u0127afna mit-tobba ewlenin tag\u0127na, u dawk i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li kienu qeg\u0127din jistudjaw il-medi\u010bina, kellhom jitilqu minn Malta min\u0127abba l-gvern u l-ind\u0127il tieg\u0127u; fl-isptarijiet, it-tobba Maltin kont kwa\u017ci tg\u0127oddhom fuq ponot subajk.<\/p>\n<p>X\u2019se jsir mit-tobba tag\u0127na? X\u2019se jsir issa mill-isptarijiet tag\u0127na jekk tassew m\u2019g\u0127adhomx tag\u0127na? X\u2019se jsir mill-isptar t\u2019G\u0127awdex, li jaqdi g\u017cira s\u0127i\u0127a, u mill-isptar Karen Grech? L-isptar San Luqa, tawhulhom g\u0127al kwa\u017ci mitt sena, \u0127afna minna nkunu ilna li tlaqna!<\/p>\n<p>Domanda importanti o\u0127ra, l-bqija ta\u2019 l-ewro, f\u2019liema but da\u0127let? G\u0127ax dak li fih sptar, b\u2019ewro tbieg\u0127u fuq il-karta biss (jidhirli, biex ma t\u0127allasx taxxi) imma dak li jinteressa lill-\u0127afna minna huwa: is-somma vera li jsarrfu dawn l-isptarijiet, g\u0127and min marret? Jaqaw din ukoll siefret il-Panama, jew il-Virgin Islands?<\/p>\n<p>U a\u0127na l-Maltin se ner\u0121g\u0127u nibqg\u0127u b\u2019xiber mnie\u0127er, anzi n\u0127allsu mit-taxxi tag\u0127na l-ispejjes \u017cejda li dan il-bej\u0127 se j\u0121ib mieg\u0127u? U dawn li qeg\u0127din jisirqulna flusna, se jkomplu jo\u0127or\u0121u l-flus mill-pajjiz, biex t-taxxi li n\u0127allsu a\u0127na jibqg\u0127u ma j\u0127allsuhomx?<\/p>\n<p>Mela kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna g\u0127andna n\u017commu mat-tobba a u nuruhom s-solidarjeta\u2019 tag\u0127na talli qeg\u0127din ji\u0121\u0121ieldu biex ji\u017cguraw li dak li hu tag\u0127na ma jibqax jitberbaq jew jinsteraq!<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Miktub mill-mistiedna Vicki Ann Cremona: Jekk tmur tie\u0127u kaf\u00e9 \u0121ol-Belt Kapitali tal-Kultura, ewro mhuwiex bi\u017c\u017cejjed biex t\u0127allsu &#8211; trid tkompli \u017c\u017cid xi \u0127a\u0121a tal-flus mieg\u0127u biex jaqduk. I\u017cda sa ewro, na\u0127seb li kull wie\u0127ed u wa\u0127da minnha naslu biex no\u0127or\u0121u mill-but. U kieku l-gvern \u0121ie joffrilna nixtru dak kollu li fih sptar b\u2019ewro, forsi konna [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3973,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3975\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3975"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3975\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3976,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3975\/revisions\/3976\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3973\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3975"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3975"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3975"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}