{"id":3982,"date":"2018-02-06T12:57:23","date_gmt":"2018-02-06T10:57:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=3982"},"modified":"2018-02-06T16:19:50","modified_gmt":"2018-02-06T14:19:50","slug":"jeddek-li-tkun-taf","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/jeddek-li-tkun-taf\/","title":{"rendered":"Jeddek li tkun taf"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Segwu dan id-diskors ta\u2019 Jason Azzopardi. Jitkellem dwar il-Pilatus Bank u dwar Henley &amp; Partners li jsejj\u0127ilhom b\u0127ala tnejn mis-swaba tal-istess id mo\u0127bija. <a href=\"http:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/84286\/opm_was_not_aware_of_pilatus_arizona_lawsuit_against_caruana_galizia__muscat_\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">It-tielet saba\u2019 ta\u2019 din l-id mo\u0127bija huwa dak ta\u2019 Joseph Muscat li, skont il-Malta Today, baqa\u2019 jinsisti li qatt ma kellu \u0127jiel dwar il-kaw\u017ca SLAPP li tal-Pilatus Bank kienu g\u0127amlu kontra Daphne Caruana Galizia f\u2019Arizona.<\/a><\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/5Dwtea2wrAI?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"autoplay; encrypted-media\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Hawn qed nu\u017ca l-ingwanti mieg\u0127u. Muscat jinsisti li l-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru ma kellux \u0127jiel. Li ma jfissirx ne\u010bessarjament li HU ma kellu ebda \u0127jiel.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Kif isostni Jason Azzopardi hawnhekk, Joseph Muscat kien u\u017ca l-indirizz elettroniku @<a href=\"http:\/\/josephmuscat.com\/\" data-saferedirecturl=\"https:\/\/www.google.com\/url?q=http:\/\/josephmuscat.com&amp;source=gmail&amp;ust=1518012751527000&amp;usg=AFQjCNF6XrTGU2nGRP3JPHb8czI63BsdqA\">josephmuscat.com<\/a>\u00a0meta kien ikkonfoffa ma\u2019 Henley &amp; Partners biex tinbeda\u2019 kaw\u017ca SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia u kontra Jason Azzopardi. G\u0127alkemm hawn Muscat ma kienx da\u0127\u0127al lill-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru fil-kredu, dan ma kienx bi\u017c\u017cejjed biex i\u017comm lill-ispiji formidabbli li kellha Daphne Caruana Galizia madwar id-dinja milli jsiru jafu b\u2019din il-konfoffa.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U allura sirna nafu li Joseph Muscat kien jaf minn qabel bil-kumplott SLAPP ta\u2019 Henley &amp; Partners mhux bis-sa\u0127\u0127a ta\u2019 xi komunikazzjoni uffi\u010bjali li \u0127ar\u0121et minn na\u0127a tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru. Sina nafu bis-sa\u0127\u0127a tal-\u0127ila investigattiva ta\u2019 \u0121urnalista li \u2013 kif se\u0127aq Jason Azzopardi \u2013 kienu qed jag\u0127mlu minn kollox jeqirdu finanzjarjament.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ma rnexxilhomx jeqirduha finanzjarjament. Kien je\u0127tie\u0121 li jeqirduha b\u2019mezzi o\u0127ra biex isikktuha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda b\u2019xorti tajba kienet le\u0127qet kixfet ir-rabtiet so\u010bjali li je\u017cistu bejn Henley &amp; Partners u l-Pilatus Bank fl-og\u0127la livelli tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-Prim Ministru qed ji\u010b\u0127ad li kien hu li awtorizza lil tal-Pilatus Bank biex jag\u0127mlu kaw\u017ca SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ejjew naraw x\u2019inhuma l-fatti:<\/p>\n<ol style=\"font-weight: 400;\">\n<li>Joseph Muscat kien personalment awtorizza lil Henley &amp; Partners biex imexxu b\u2019kaw\u017ca SLAPP kontra Daphne Caruana Galizia.<\/li>\n<li>Joseph Muscat kien jaf b\u2019mill-inqas tliet ka\u017ci ta\u2019 theddidiet b\u2019kaw\u017ci SLAPP kontra \u0121urnali Maltin.<\/li>\n<li>Joseph Muscat kien jaf b\u2019theddida b\u2019kaw\u017ca SLAPP li kienet saret minn Henley &amp; Partners lil The Shift News, liema theddida, i\u017cda, \u0121iet injorata minn dawn tal-a\u0127\u0127ar.<\/li>\n<li>Joseph Muscat jaf li Jason Azzopardi ippre\u017centa fil-Parlament abbozz ta\u2019 li\u0121i li jipprovdi kontra l-kaw\u017ci SLAPP.<\/li>\n<li>Joseph Muscat jaf li saru rakkomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali tax-xandir, minn g\u0127aqdiet volontarji u minn diversi \u0121urnali indipendenti kontra l-kaw\u017ci SLAPP.<\/li>\n<li>Joseph Muscat jaf b\u2019pariri legali li sarulu minn avukati esperti fit-teknolo\u0121ija tal-informazzjoni biex jille\u0121i\u017cla kontra l-kaw\u017ci SLAPP.<\/li>\n<li>Fuq danJoseph Muscat waqa\u2019 s-skiet.<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Bejn il-kliem ta\u2019 Joseph Muscat u l-a\u0121ir tieg\u0127u hemm il-ba\u0127ar jikkumbatti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Kull jum li jg\u0127addi li fi\u0127 Joseph Muscat jonqos li j\u0127ares il-libertajiet tax-xandara u tal-\u0121urnalisti mit-theddida tal-kaw\u017ci SLAPP u j\u0127alli lil din it-theddida mdendla fuq l-irjus, ikun qed jikkonferma li di\u0121\u00e0 jaf b\u2019kaw\u017ci SLAPP li g\u0127ad iridu jsiru kontrina. Je\u0127tie\u0121 li tifhem li int mhux talli \u0121ejt im\u010ba\u0127\u0127ad mill-\u0127iliet \u0121urnalisti\u010bi ta\u2019 Daphne Caruana Galizia, mir-ri\u017corsi kbar li kienet akkumulat b\u2019reqqa matul snin twal ta\u2019 \u0121urnali\u017cmu kredibbli u mill-kura\u0121\u0121 formidabbli tag\u0127ha. Id-dritt tieg\u0127ek li tkun taf jinsab imka\u017cbar mill-kompli\u010bit\u00e0, attiva jew passiva, tal-prim minstru tieg\u0127ek fil-konfront tat-theddid tal-kaw\u017ci SLAPP li j\u0121orru mag\u0127hom konsegwenzi f\u2019danni ta\u2019 g\u0127exieren ta\u2019 miljuni ta\u2019 dollari.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan forsi mhux se jbe\u017c\u017ca\u2019 xi nofs mi\u0121nun b\u0127ali. I\u017cda hija \u0127a\u0121a mag\u0127rufa li kien hemm okka\u017cjonijiet fl-img\u0127oddi fejn dawn il-kaw\u017ci kienu l-ka\u0121un li xi \u0121urnali li bidlu ver\u017cjonijiet ta\u2019 stejjer imxandra. M\u2019a\u0127na ser inkunu nafu qatt jekk g\u0127andhomx f\u2019idejhom aktar informazzjoni jew jekk i\u010b\u010bensurawx dak li di\u0121\u00e0 jafu sabiex jevitaw li jid\u0127lu f\u2019aktar basal b\u0127al dawn.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">M\u2019a\u0127na ser inkunu nafu qatt kemm hemm xhieda li jafu b\u2019a\u0121ir illegali, kemm hemm whistleblowers u kemm hemm sorsi kunfidenzjali li dde\u010bidew li j\u017commu s-skiet min\u0127abba l-bi\u017ca\u2019 li l-\u0121urnalisti ma\u2019 min ikunu tkellmu b\u2019kunfidenza jidde\u010biedu li ma jxandrux l-informazzjoni li tkun \u0121iet mg\u0127oddija lilhom minkejja r-riskji kollha li jkunu \u0127adu biex setg\u0127u wassluhielhom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-libert\u00e0 \u0121urnalistika m\u2019hix xi privile\u0121\u0121 spe\u010bjali ppremjat lill-\u0121urnalisti. Din il-libert\u00e0 tfisser id-dritt tieg\u0127ek li tkun taf dwar minn qed imexxik u dwar kif flusek qed jintefqu f\u2019ismek. Jekk il-\u0121urnalisti jibdew jib\u017cg\u0127u ixandru l-verit\u00e0, din il-verit\u00e0 m\u2019a\u0127na ser insiru nafuha qatt.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din is-sitwazzjoni m\u2019g\u0127andna na\u010b\u010bettawha qatt.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Segwu dan id-diskors ta\u2019 Jason Azzopardi. Jitkellem dwar il-Pilatus Bank u dwar Henley &amp; Partners li jsejj\u0127ilhom b\u0127ala tnejn mis-swaba tal-istess id mo\u0127bija. It-tielet saba\u2019 ta\u2019 din l-id mo\u0127bija huwa dak ta\u2019 Joseph Muscat li, skont il-Malta Today, baqa\u2019 jinsisti li qatt ma kellu \u0127jiel dwar il-kaw\u017ca SLAPP li tal-Pilatus Bank kienu g\u0127amlu kontra Daphne [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3979,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3982\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=3982"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3982\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":3987,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3982\/revisions\/3987\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3979\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=3982"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=3982"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=3982"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}