{"id":4017,"date":"2018-02-06T06:48:25","date_gmt":"2018-02-06T04:48:25","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4017"},"modified":"2018-02-08T13:07:56","modified_gmt":"2018-02-08T11:07:56","slug":"fake-news-minn-sors-ufficjali","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/fake-news-minn-sors-ufficjali\/","title":{"rendered":"Fake news. Minn sors uffi\u010bjali."},"content":{"rendered":"<p>Glen Bedingfield jilbes bosta kpiepel imma rwol wie\u0127ed biss g\u0127andu li jg\u0127odd verament. Huwa blogger. Huwa MP (back-bencher)\u00a0mal-Labour. Imma dawk huma rwoli aw\u017ciljarji. Il-funzjoni essenzjali tieg\u0127u jaqdiha fl-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru,\u00a0wara skrivanija mhux aktar minn 10 metri &#8216;l bog\u0127od minn Joseph Muscat.<\/p>\n<p>B\u0127ala sors, ma jistax ikollok sors uffi\u010bjali aktar minn hekk. B\u0127ala riflessjoni tal-fehmiet u l-\u0127sibijiet ta&#8217; Joseph Muscat, hu tabil\u0127aqq vi\u010bin tal-Prim Ministru, tant li jg\u0127addih biss Joseph Muscat innifsu.<\/p>\n<p>Issa g\u0127andna lil\u00a0Glen Bedingfield, il-portavu\u010bi tal-Prim Ministru, jesponi ritratt ta&#8217; professjonisti medi\u010bi f&#8217;Mater Dei u jakku\u017cahom li qeg\u0127din jitbissmu u ji\u0121u jaqg\u0127u u jqumu mit-tbatija tal-pazjenti g\u0127al ra\u0121uni li tirrifletti biss l-interessi tag\u0127hom. Jesponihom biex il-folla tkun tista&#8217; t\u0127a\u0121\u0121arhom, almenu metaforikament. Ifli l-kummenti li jidhru ta\u0127t il-powst tieg\u0127u fil-Facebook u tara kif irnexxielu jasal fejn ried jasal.<\/p>\n<p><span lang=\"EN-US\">Fil-verit\u00e0 r-ritratt li qed juri huwa dak tat-tobba tal-Emer\u0121enza li g\u0127alkemm\u00a0jissimpatizzaw mal-azzjoni tal-union, qed jirrispettaw id-dispo\u017cizzjonijiet dwar is-servizzi minimi\u00a0<\/span><span lang=\"EN-US\">li jissemmew fi<\/span><span lang=\"EN-US\">l-li\u0121i dwar l-istrikes<\/span><span lang=\"EN-US\">. Dawn id-dispo\u017cizzjonijiet<\/span><span lang=\"EN-US\">\u00a0jitolbu\u00a0<\/span><span lang=\"EN-US\">m<\/span><span lang=\"EN-US\">it-tobba li\u00a0<\/span><span lang=\"EN-US\">f&#8217;ka\u017c ta&#8217; strike<\/span><span lang=\"EN-US\">\u00a0jibqg\u0127u jag\u0127tu\u00a0<\/span><span lang=\"EN-US\">dak li jissejja\u0127\u00a0<\/span><i><span lang=\"EN-US\">Sunday-service<\/span><\/i><span lang=\"EN-US\">.\u00a0<\/span><span lang=\"EN-US\">Dan ifisser li dawk li jidhru\u00a0fir-ritratt g\u0127addejjin ja\u0127dmu ilsienhom barra<\/span><span lang=\"EN-US\">\u00a0jag\u0127tu\u00a0servizz ta&#8217; emer\u0121enza lill-pazjenti, b\u0127al kull \u0121urnata o\u0127ra\u00a0\u2014 g\u0127ax\u00a0kif tista&#8217; ta\u0127seb, is-servizzi tal-emer\u0121enza fil-\u0126dud ikunu l-istess b\u0127al kwalunkwe \u0127in ie\u0127or tal-\u0121urnata, bi nhar u bil-lejl.<\/span><\/p>\n<p><span lang=\"EN-US\">Glen Bedingfield\u00a0jafu dan. Mhuwiex xi \u010bu\u010b li ma jafx il-fatti x&#8217;inhuma. Huwa giddieb, kwalit\u00e0 li bilfors irid ikollok ladarba ta\u0127dem g\u0127al Joseph Muscat. Imma huwa dak it-tip ta&#8217; giddieb li Dante j\u017comm post spe\u010bifiku fl-infern g\u0127alih: is-<i>seminatore di discordie<\/i>,\u00a0dak li ji\u017cra&#8217; l-kunflitti.\u00a0<\/span><\/p>\n<p><span lang=\"EN-US\">Din il-gidba mhix ma\u0127suba sempli\u010biment biex tirrita lit-tobba, li b\u0127ala grazzi g\u0127all-vokazzjoni u x-xog\u0127ol tag\u0127hom ng\u0127ataw din il-malafama. Din il-gidba hi intenzjonata biex issa\u0127\u0127an l-irjus, biex lill-folla tag\u0127tihom lil min jobog\u0127du, biex ta\u0121evola lil min hu vjolenti jo\u0127ro\u0121 il-qilla tieg\u0127u fuq dawk il-professjonisti li donnhom wettqu reat li ma jin\u0127afirx: dak li ma jaqblux mal-Gvern.<\/span><\/p>\n<p><span lang=\"EN-US\">Glen Bedingfield\u00a0huwa strument tal-Istat.\u00a0<\/span>Lit-tobba li esprimew opinjoni, l-Istat\u00a0sallabhom. K<span lang=\"MT\">ulm&#8217;g\u0127amlu kien li ppu\u017caw g\u0127al ritratt biex jesprimu solidarjet\u00e0 mal-kollegi li qed jistrajkjaw. U min\u0127abba f&#8217;hekk \u0121ew intimidati mill-Istat, li esponiehom g\u0127all-periklu<\/span><span lang=\"MT\">.\u00a0Li ta\u0127dem fl-Emer\u0121enza di\u0121\u00e0 hu xog\u0127ol riskju\u017c \u0127afna, imm&#8217;issa l-Istat\u00a0g\u0127ollielhom ir-riskju aktar milli kien.<\/span><\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fbedingfieldg%2Fposts%2F1756324701342916&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"377\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Glen Bedingfield jilbes bosta kpiepel imma rwol wie\u0127ed biss g\u0127andu li jg\u0127odd verament. Huwa blogger. Huwa MP (back-bencher)\u00a0mal-Labour. Imma dawk huma rwoli aw\u017ciljarji. Il-funzjoni essenzjali tieg\u0127u jaqdiha fl-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru,\u00a0wara skrivanija mhux aktar minn 10 metri &#8216;l bog\u0127od minn Joseph Muscat. B\u0127ala sors, ma jistax ikollok sors uffi\u010bjali aktar minn hekk. B\u0127ala riflessjoni tal-fehmiet u [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4017\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4017"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4017\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4035,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4017\/revisions\/4035\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4017"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4017"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4017"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}