{"id":4041,"date":"2018-02-08T10:17:19","date_gmt":"2018-02-08T08:17:19","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4041"},"modified":"2018-02-08T17:18:33","modified_gmt":"2018-02-08T15:18:33","slug":"minnarlogg-tal-lira-ghal-kollox-jghaddi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/minnarlogg-tal-lira-ghal-kollox-jghaddi\/","title":{"rendered":"Minn&#8217;Arlo\u0121\u0121 tal-Lira&#8217; g\u0127al &#8216;Kollox Jg\u0127addi&#8217;."},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Il-kunflitt ta\u2019 interess mhuwiex kun\u010bett fl-assolut. M\u2019huwiex b\u0127all-ver\u0121inita\u2019: jew int ver\u0121ni jew m\u2019intix.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din hija r-ra\u0121uni l-g\u0127ala dan is-su\u0121\u0121ett iqajjem il-kontroversja. Min jinsab fil-\u0127ajja pubblika jaf li je\u017cistu fruntieri li, g\u0127alkemm huma invi\u017cibbli, m\u2019g\u0127andhom qatt jinqab\u017cu. Normalment wie\u0127ed g\u0127andu jistenna li, tul il-medda ta\u017c-\u017cmien, il-livelli tal-in\u0121ieba u l-aspettattivi jinbidlu u jsiru inqas diskrezzjonali u ambigwi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Im\u0127allef m\u2019g\u0127andux jit\u0127allat ma\u2019 nies li jistg\u0127u jidhru quddiemu g\u0127all-\u0121udizzju tieg\u0127u. U biex \u017cgur ma jsibux ru\u0127\u0127om f\u2019po\u017cizzjoni skomda li tista\u2019 tikkompromettihom, u\u0127ud mill-Im\u0127allfin ig\u0127ixu qishom eremiti. O\u0127rajn huma tal-fehma li m\u2019g\u0127andniex nesa\u0121eraw u g\u0127aldaqstant ja\u010b\u010bettaw l-istediniet g\u0127at-ti\u0121ijiet. Xi o\u0127rajn jorganizzaw il-festini u jispi\u010b\u010baw fis-sakra mal-pulizija, mal-\u0121urnalisti u ma\u2019 \u010berti manigoldi.\u00a0\u010aertament, lil hemm jew lil hawn, xi linja tkun trid tinqata\u2019. Mhux possibbli li to\u0127loq li\u0121ijiet perfetti i\u017cda wie\u0127ed ma jridx wisq biex jinduna li \u017c\u017cejjed huwa kollu \u017cejjed.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><img class=\"size-medium wp-image-4032 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/KEITH-SCHEMBRI-AND-JOSEPH-MUSCAT-3-247x300.jpg\" alt=\"\" width=\"247\" height=\"300\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/KEITH-SCHEMBRI-AND-JOSEPH-MUSCAT-3-222x270.jpg 222w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/KEITH-SCHEMBRI-AND-JOSEPH-MUSCAT-3-247x300.jpg 247w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/KEITH-SCHEMBRI-AND-JOSEPH-MUSCAT-3.jpg 632w\" sizes=\"(max-width: 247px) 100vw, 247px\" \/>Din il-\u0121img\u0127a Joseph Muscat ried b\u0127al donnu jserr\u0127ilna rasna ripetutament li l-assistent personali tieg\u0127u Keith Schembri m\u2019g\u0127andux kunflitt ta\u2019 interess.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Malcolm Scerri, is-sie\u0127eb fin-negozju ta\u2019 Keith Schembri, qed imexxi n-negozju ta\u2019 sie\u0127bu. Il-gvern \u0127are\u0121 b\u2019politika favur ir-ri\u010bikla\u0121\u0121 tal-fliexken tal-plastik. U \u0127ari\u0121ha fi \u017cmien meta Malcolm Scerri kumbinazzjoni dde\u010bieda li jinvesti f\u2019dan il-qasam u li fih jistenna li jkollu po\u017cizjoni dominanti. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180206\/local\/keith-schembri-plays-down-links-to-new-recycling-venture.669870\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ittantaw iserr\u0127ulna rasna li ma kien hemm \u0127add minn \u201cta\u2019 \u0121ewwa\u201d li kien jaf b\u2019dak li l-gvern kellu f\u2019mo\u0127\u0127u<\/a>. I\u017cda l-verita\u2019 hi li m\u2019g\u0127andniex mo\u0127\u0127na mistrie\u0127 li, minn din il-politika li hu stess g\u0127en biex tfasslet, Keith Schembri m\u2019huwiex se jgawdi personalment.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-mara ta\u2019 Keith Schembri hi sidt ta\u2019 kumpannija li tifforma parti mill-grupp tieg\u0127u li tipprovdi servizzi fil-Mediterranean Film Studios. Keith Schembri personalment qed jirsisti mal-gvern biex jie\u0127u ta\u0127t idej\u0127 il-Film Studios. Il-politika tal-gvern dwar it-tmexxija ta\u2019 din l-azjenda u dwar kif u min g\u0127andu jgawdi tinsab f\u2019idej\u0127.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\" data-lang=\"en\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Lo and behold, it\u2019s <a href=\"https:\/\/twitter.com\/keithaschembri?ref_src=twsrc%5Etfw\">@keithaschembri<\/a> again! The frontman for his Kasco business interests now wants to get hold of the lucrative plastic bottle redycling business. It\u2019s one big feeding frenzy. <a href=\"https:\/\/twitter.com\/BorgJake?ref_src=twsrc%5Etfw\">@BorgJake<\/a> <a href=\"https:\/\/t.co\/w80CiGBBJw\">https:\/\/t.co\/w80CiGBBJw<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Simon Busuttil (@SimonBusuttil) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/SimonBusuttil\/status\/960918641691758592?ref_src=twsrc%5Etfw\">February 6, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Keith Schembri huwa l-a\u0121ent f\u2019Malta tad-ditta tat-tag\u0127mir li qed ju\u017caw Crane Currency. Kien hu li fassal il-politika favur l-in\u010bentivi li t\u0127allset biex dawn \u0121ew hawn Malta. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180207\/local\/no-conflict-of-interest-between-chief-of-staff-and-crane-currency-pm.670042\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">U hekk kif t\u0127ajjru li ji\u0121u hawn bis-sa\u0127\u0127a ta\u2019 dawn l-in\u010bentivi, il-valur tal-klient personali ta\u2019 Keith Schembri \u017cdied bil-bosta u issa se jinbieg\u0127 lil sidien \u0121odda<\/a>. Il-politika tal-gvern qed tiffavorixxi l-interessi privati u dawn l-interessi g\u0127andhom irbit dirett ma\u2019 Keith Schembri.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U dawn qed jistennewna li nikkunsidraw dan it-ta\u0127wid kollu b\u0127ala kunflitt ta\u2019 interess a\u010b\u010bettabbli. G\u0127al Joseph Muscat huwa kunflitt a\u010b\u010bettabbli li jkollok il-mara s\u0127ab fin-negozju ma\u2019 persuna ma\u0127tura direttament biex tmexxi uffi\u010b\u010bju f\u2019New York. G\u0127alih m\u2019hemmx kunflitt ta\u2019 interess meta l-mara ta\u2019 Ministru tin\u0127atar direttament b\u0127ala Konslu f\u2019Shanghai. U l-istorja tkompli.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Kien hemm \u017cmien meta Joseph Muscat kien jiskandalizza ru\u0127u li Ministru ja\u010b\u010betta b\u2019rigal (g\u0127ax kien sta\u0127a jirrifjuta\u0127) arlo\u0121\u0121 tas-sold u nofs li jiddendel mal-\u0127ajt. I\u017cda issa, g\u0127al Joseph Muscat kollox ig\u0127addi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127ax meta ji\u0121i biex jidde\u010biedi dwar kunflitti li jkunu mda\u0127\u0127lin fihom hu, martu u \u0127biebu, Joseph Muscat jitlef is-sens tal-\u0121udizzju kollu. U dan fih innifsu huwa l-kunflitt ta\u2019 interess a\u0127\u0127ari.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-kunflitt ta\u2019 interess mhuwiex kun\u010bett fl-assolut. M\u2019huwiex b\u0127all-ver\u0121inita\u2019: jew int ver\u0121ni jew m\u2019intix. Din hija r-ra\u0121uni l-g\u0127ala dan is-su\u0121\u0121ett iqajjem il-kontroversja. Min jinsab fil-\u0127ajja pubblika jaf li je\u017cistu fruntieri li, g\u0127alkemm huma invi\u017cibbli, m\u2019g\u0127andhom qatt jinqab\u017cu. Normalment wie\u0127ed g\u0127andu jistenna li, tul il-medda ta\u017c-\u017cmien, il-livelli tal-in\u0121ieba u l-aspettattivi jinbidlu u jsiru inqas diskrezzjonali u ambigwi. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4032,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4041\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4041"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4041\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4046,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4041\/revisions\/4046\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4032\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4041"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4041"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4041"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}