{"id":4075,"date":"2018-02-09T09:40:28","date_gmt":"2018-02-09T07:40:28","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4075"},"modified":"2018-02-09T20:27:11","modified_gmt":"2018-02-09T18:27:11","slug":"jekk-tkun-laburist-sal-mewt-tghix-hajja-itwal","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/jekk-tkun-laburist-sal-mewt-tghix-hajja-itwal\/","title":{"rendered":"Jekk tkun Laburist sal-Mewt tg\u0127ix \u0127ajja itwal"},"content":{"rendered":"<p>\u2018Laburisti sal-Mewt\u2019 huwa grupp tal-Facebook g\u0127al nies li ja\u0127sbu li l-lealt\u00e0 lejn il-partit hu impenn li tid\u0127ol g\u0127alih g\u0127al \u0127ajtek kollha. Jew inkella forsi ja\u0127sbu li l-appo\u0121\u0121 lejn il-partit hu xi marda terminali. Hu x&#8217;inhu, jing\u0127aqdu f&#8217;dan il-grupp biex jg\u0127ixu f&#8217;dinja fejn kul\u0127add jaqbel mag\u0127hom u jekk jinstab li xi wie\u0127ed minn fosthom huwa traditur jaqtg\u0127uhielu g\u0127all-mewt.<\/p>\n<p>Mhumiex biss il-partitarji Laburisti li jag\u0127mlu dan. Jien darba kont nifforma parti minn grupp imsejja\u0127 \u2018Kemm se nsibu Nazzjonalisti \u0121odda fuq Facebook\u2019. Jista&#8217; jkun li l-isem ta&#8217; dan il-grupp hu xi kemxejn inqas morbidu imma n-natura tieg\u0127u ta&#8217; grupp esklussiv u inti\u017c li jipprovdi sens ta&#8217; komfort lill-membri tieg\u0127u mhi differenti xejn. Tant li f&#8217;mument minnhom jien ukoll spi\u010b\u010bajt \u0121ejt ittimbrat b\u0127ala traditur u qa\u010b\u010btuni &#8216;l barra.<\/p>\n<p>Il-bniedem ma jag\u0127millux \u0121id li jing\u0127alaq f&#8217;post fejn jitkellem biss ma&#8217; dawk li ja\u0127sbuha u jitkellmu b\u0127alu. Jien ukoll g\u0127andi tort li nag\u0127mel hekk u allura hawnhekk mhu qed nipprova nag\u0127ti lezzjonijiet lil \u0127add. Fuq il-Facebook tieg\u0127i noqg\u0127od attent immens li ma nag\u0127ti assolutament l-ebda spazju lil min irid jesprimi kummenti ta&#8217; diskriminazzjoni u pre\u0121udizzji razzjali, ksenofobija jew mibeg\u0127da razzjali. Kull kumment b\u0127al &#8216;qed je\u0127dulna xog\u0127olna&#8217;, jew &#8216;mur lura pajji\u017cek&#8217;, inkella &#8216;\u0127allihom jeg\u0127rqu&#8217; jitne\u0127\u0127a mill-ewwel. Facebook jag\u0127tik kull fa\u010bilit\u00e0 biex tag\u0127mel dan. Naturalment il-konsegwenza ta&#8217; dan hi li meta nkun onlajn jien ng\u0127ix f&#8217;dinja fejn m&#8217;hemmx persuni intolleranti u razzisti, li ovvjament ma jirriflettix is-sitwazzjoni vera fil-\u0127ajja.<\/p>\n<p>Jekk m&#8217;intix membru ta&#8217; &#8216;Laburisti sal-Mewt&#8217; m&#8217;hemmx mezz kif tkun taf li l-g\u0127a\u017cla ta&#8217; min g\u0127andu l-aktar b\u017conn ur\u0121enti ta&#8217; trattament mediku jew li l-klassifika tal-prijoritajiet u l-appuntamenti tal-<em>out-patients <\/em>ma jsirux skont kriterji klini\u010bi imma skont jekk intix Laburist jew le. Jirri\u017culta li je\u017cisti servizz spe\u010bjali ta&#8217; VIP li jag\u0127ti l-appuntamenti bi prijorit\u00e0 lil-Laburisti, waqt li l-kumplament jit\u0127allew jistennew fil-kju.<\/p>\n<p>B\u0127ala VIP jag\u0127tuk numru li tista&#8217; \u010b\u010bempel fuqu, li naturalment ma jkunx l-istess numru tal-isptar li ning\u0127ataw a\u0127na, sabiex ji\u0121u \u010b\u010bekkjati l-kredenzjali politi\u010bi tieg\u0127ek. U jekk tikkwalifika ting\u0127ata appuntament biex tinqeda malajr, wara l-pazjent Laburist ta&#8217; qablek, u ferm qabel il-bqija.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-4053 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Laburisti-990x557.jpg\" alt=\"\" width=\"990\" height=\"557\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Laburisti-990x557-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Laburisti-990x557-480x270.jpg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Laburisti-990x557-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Laburisti-990x557.jpg 990w\" sizes=\"(max-width: 990px) 100vw, 990px\" \/><\/p>\n<p>Is-sitwazzjoni marret g\u0127all-ag\u0127ar malli l-<em>union<\/em> tat-tobba indunat li l-appuntamenti li \u0121ew kan\u010bellati min\u0127abba l-istrajk li ordnat aktar kmieni din il-\u0121img\u0127a \u0127olqu inkonvenjent doppju lil pazjenti li probabbli ssimpatizzaw mal-kaw\u017ca tag\u0127ha. Dan g\u0127aliex mhux biss ikka\u0121unat ikonvenjent lil kul\u0127add bl-azzjonijiet industrijali imma issa g\u0127andha wkoll fuq il-kuxjenza tag\u0127ha l-fatt li kull min mhux Laburist sal-Mewt laqqatha darbtejn!<\/p>\n<p>It-twe\u0121iba li tie\u0127u hi li fi \u017cmienhom in-Nazzjonalisti g\u0127amlu l-istess g\u0127an-nies tag\u0127hom, allura issa jmiss lil-Laburisti &#8211; li msieken ara kemm ilhom isofru &#8211; li jgawdu ftit. Apparti l-fatt li anke jekk dan hu minnu kull min jirra\u0121una b&#8217;dan il-mod ikun qed jikkundanna lil dan il-pajji\u017c g\u0127al wie\u0127ed fejn il-poter jalterna bejn dawk li jgawdu mill-korruzzjoni u l-falliment morali, il-verit\u00e0 hi li, mhux veru, in-Nazzjonalisti ma kinux jag\u0127mlu l-istess man-nies tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Kien proprju g\u0127alhekk li dawk in-Nazzjonalisti li riedu jappo\u0121\u0121jaw lill-partit tag\u0127hom g\u0127al dawn ir-ra\u0121unijiet spi\u010b\u010baw frustrati kostantement bil-partit tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Li ti\u0121i kklassifikat so\u010bjalment skont jekk intix membru ta&#8217; xi partit politiku jew le hija mentalit\u00e0 li \u0121ejja minn \u017cmien il-Komuni\u017cmu. Il-fatt li dan g\u0127adu jitqies xi \u0127a\u0121a normali fi\u017c-\u017cminijiet tal-lum verament juri li hemm \u0127afna xi tg\u0127id\u00a0 dwar li tkun &#8216;Laburist sal-Mewt&#8217;.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u2018Laburisti sal-Mewt\u2019 huwa grupp tal-Facebook g\u0127al nies li ja\u0127sbu li l-lealt\u00e0 lejn il-partit hu impenn li tid\u0127ol g\u0127alih g\u0127al \u0127ajtek kollha. Jew inkella forsi ja\u0127sbu li l-appo\u0121\u0121 lejn il-partit hu xi marda terminali. Hu x&#8217;inhu, jing\u0127aqdu f&#8217;dan il-grupp biex jg\u0127ixu f&#8217;dinja fejn kul\u0127add jaqbel mag\u0127hom u jekk jinstab li xi wie\u0127ed minn fosthom huwa traditur [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4053,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4075\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4075"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4075\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4090,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4075\/revisions\/4090\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4053\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4075"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4075"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4075"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}