{"id":4100,"date":"2018-02-08T09:24:20","date_gmt":"2018-02-08T08:24:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4100"},"modified":"2018-02-12T21:18:41","modified_gmt":"2018-02-12T20:18:41","slug":"il-gvern-ingliz-mahna-se-nhallu-qatt-li-kumpaniji-amerikani-tas-sahha-jimmiraw-biex-jiehdu-l-nhs","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/il-gvern-ingliz-mahna-se-nhallu-qatt-li-kumpaniji-amerikani-tas-sahha-jimmiraw-biex-jiehdu-l-nhs\/","title":{"rendered":"Il-Gvern Ingli\u017c: &#8220;M&#8217;a\u0127na se n\u0127allu qatt li kumpaniji Amerikani tas-sa\u0127\u0127a jimmiraw biex jie\u0127du l-NHS&#8221;"},"content":{"rendered":"<p>Il-Prim Ministru Ingli\u017c Theresa May \u017cgurat lill-pubbliku li teskludi li s-Servizz\u00a0Nazzjonali tas-Sa\u0127\u0127a g\u0127ad jid\u0127ol f&#8217;xi ftehim ta&#8217; kummer\u010b \u0127ieles mal-Istati Uniti.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.thetimes.co.uk\/article\/ee24d846-0c23-11e8-a5b3-3d239643ad40\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Rapport fil-UK Times<\/a> (trid abbonament biex taqrah kollu) jitkellem dwar mistoqsijiet tal-mexxej tad-Demokrati\u010bi Liberali lill-Prim Ministru fejn qed jitlobha &#8220;tikkonferma jekk g\u0127amlithiex &#8216;assolutament \u010bara&#8217; li kumpaniji Amerikani mhux se jit\u0127allew jittenderjaw g\u0127as-servizzi li tipprovdi l-NHS (Is-Servizz Nazzjonali tas-Sa\u0127\u0127a) fil-ka\u017c ta&#8217; xi ftehim kummer\u010bjali wara l-a\u0127\u0127ar diskussjonijiet li kellha mal-President (tal-Istati Uniti).<\/p>\n<p>Wara li \u0127asbitha ftit, il-kap ta&#8217; 10, Downing Street, g\u0127amlitha \u010bara li &#8220;l-NHS &#8216;mhix g\u0127all-bejg\u0127&#8217; u insistiet li l-gvern &#8216;se jkompli ji\u017cgura li l-NHS ti\u0121i protetta b&#8217;mod s\u0127i\u0127 fil-ftehimiet kummer\u010bjali kollha li tkun parti minnhom&#8221;.<\/p>\n<p>Mhux id-Demokrati\u010bi Liberali biss inkwetati li ftehim ta&#8217; kummer\u010b \u0127ieles mal-Amerka wara l-Brexit jista&#8217; jwassal biex is-servizzi tas-sa\u0127\u0127a Ingli\u017ci jispi\u010b\u010baw tal-Amerikani. &#8220;Kelliem g\u0127al Jeremy Corbyn, il-kap tal-Labour, qal li &#8216;hija kwistjoni inkwetanti&#8217; li s-Sinjura May naqset milli tg\u0127id le b&#8217;\u010bertezza g\u0127all-possibbilt\u00e0 li kumpaniji &#8216;predatorji&#8217; Amerikani jista&#8217; jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127all-kuntratti fis-settur tas-sa\u0127\u0127a. Kompli billi jg\u0127id li &#8216;huwa \u010bar li la ma rrifjutawx b&#8217;mod assolut li dawn il-kumpaniji predatorji jista&#8217; jkollhom a\u010b\u010bess g\u0127all-NHS tag\u0127na jfisser li dan huwa parti mill-ftehim li qed ji\u0121i kkunsidrat mill-PM u mill-gvern tag\u0127na.&#8217;<\/p>\n<p>Issa ejja npo\u0121\u0121u din l-istorja fil-kuntest ta&#8217; dak li qed ji\u0121ri Malta.\u00a0 Mhux talli s-servizz tas-sa\u0127\u0127a Malti infeta\u0127 g\u0127all-&#8220;kumpaniji predatorji Amerikani&#8221; biex jittenderjaw g\u0127all-kuntratti tas-servizz.\u00a0 Talli g\u0127andna sitwazzjoni fejn il-kumpaniji predatorji Amerikani qed jing\u0127ataw sptarijiet s\u0127a\u0127, bl-g\u0127eruq u x-xniexel.\u00a0 Dawn se jsiru tag\u0127hom.\u00a0 Se jkunu s-sidien ta&#8217; kulma hemm fihom.\u00a0 Se jag\u0127mlu li jridu bihom g\u0127all-100 sena li \u0121ejjin.<\/p>\n<p>U ma kellhomx g\u0127alfejn jittenderjaw g\u0127alihom.\u00a0 Ma kellhomx g\u0127alfejn jispjegaw x&#8217;be\u0127siebhom jag\u0127mlu bihom, xi kredenzjali g\u0127andhom, ma kellhomx g\u0127alfejn jintg\u0127o\u0121bu.\u00a0 Xtraw l-isptarijiet tag\u0127na ming\u0127and kumpanija falluta u spi\u010b\u010buta ta&#8217; nies li lanqas biss nafuhom, u li akkwistaw l-isptarijiet g\u0127ax il-gvern qabad u g\u0127a\u017cilhom bla kompetizzjoni ta&#8217; xejn.<\/p>\n<p>Qrajt xi kummenti li jfa\u0127\u0127ru bil-qalb il-pre\u0121ji tal-privatizzazzjonijiet u li ji\u017cguraw lil kul\u0127add li l-privatizzazzjoni ta&#8217; St Luke&#8217;s se tkun su\u010b\u010bess b\u0127alma kienet su\u010b\u010bess dik tal-Freeport jew it-Telemalta.\u00a0 Li kieku l-gvern kellu xi kumpanija tal-istampar jew xi port jew xi fabbrika tal-\u0121ammijiet, kont naqbel u kif mal-privatizzazzjoni.\u00a0 Imma hawn fuq l-isptarijiet qed nitkellmu.\u00a0 Possibbli ma tarawhiex id-differenza?<\/p>\n<p>Ta\u0127sbu li dal-fornitur tas-servizz tas-sa\u0127\u0127a Amerikan, li mo\u0127\u0127u biss fil-profitt, se jkun akkwista l-Isptar \u0120enerali t&#8217;G\u0127awdex g\u0127ax irid jie\u0127u \u0127sieb komunit\u00e0 ta&#8217; 30 000 ru\u0127 u l-mard tag\u0127hom?\u00a0 Dal-post se jinbidel f&#8217;post mag\u0127ruf g\u0127at-turi\u017cmu tas-sa\u0127\u0127a, u s&#8217;hemm ma nara xejn \u0127a\u017cin.\u00a0 Imma allura g\u0127ax ma jibnux l-isptar privat tag\u0127hom xi mkien ie\u0127or f&#8217;G\u0127awdex u jinvestu l-assi tag\u0127hom stess biex ji\u0121\u0121eneraw il-profitt li jridu? G\u0127alfejn g\u0127andhom jinqdew bl-uniku sptar f&#8217;G\u0127awdex li jipprovdi servizzi tas-sa\u0127\u0127a pubbli\u010bi fundamentali g\u0127all-komunit\u00e0?<\/p>\n<p>Risposta sempli\u010bi hux.\u00a0 G\u0127ax qieg\u0127ed hemm u m&#8217;g\u0127andniex gvern li j\u0127ares il-b\u017connijiet tas-sa\u0127\u0127a ta&#8217; niesna.\u00a0 G\u0127all-kuntrarju, qed jonqos milli jassumi r-responsabbiltajiet tieg\u0127u, u jifta\u0127 il-bibien g\u0127al interessi kummer\u010bjali li l-bqija tal-Ewropa u anki l-Ingliterra wara l-Brexit qas jo\u0127olmu li jkollhom fis-settur tas-sa\u0127\u0127a pubblika.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad ji\u0121i Glen Bedingfield jg\u0127id li t-tobba tag\u0127na \u0127ar\u0121u fuq strajk ilbiera\u0127 min\u0127abba problemi li \u0121abu b&#8217;idejhom stess.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Prim Ministru Ingli\u017c Theresa May \u017cgurat lill-pubbliku li teskludi li s-Servizz\u00a0Nazzjonali tas-Sa\u0127\u0127a g\u0127ad jid\u0127ol f&#8217;xi ftehim ta&#8217; kummer\u010b \u0127ieles mal-Istati Uniti. Rapport fil-UK Times (trid abbonament biex taqrah kollu) jitkellem dwar mistoqsijiet tal-mexxej tad-Demokrati\u010bi Liberali lill-Prim Ministru fejn qed jitlobha &#8220;tikkonferma jekk g\u0127amlithiex &#8216;assolutament \u010bara&#8217; li kumpaniji Amerikani mhux se jit\u0127allew jittenderjaw g\u0127as-servizzi li tipprovdi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4029,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4100\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4100"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4100\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4166,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4100\/revisions\/4166\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4029\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4100"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4100"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4100"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}