{"id":4159,"date":"2018-02-12T10:26:24","date_gmt":"2018-02-12T09:26:24","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4159"},"modified":"2018-02-12T21:15:04","modified_gmt":"2018-02-12T20:15:04","slug":"il-mam-mghandhiex-tithalla-wahedha","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/il-mam-mghandhiex-tithalla-wahedha\/","title":{"rendered":"Il-MAM m&#8217;g\u0127andhiex tit\u0127alla wa\u0127edha"},"content":{"rendered":"<p>Wasal sew i\u017c-\u017cmien li l-unions l-o\u0127ra jsemmg\u0127u le\u0127inhom dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet.<\/p>\n<p>Il-MAM, il-union tat-tobba, illum \u0127ar\u0121et stqarrija (ara hawn ta\u0127t) biex tfakkar lil kul\u0127add kif opponiet, fil-bi\u010b\u010ba l-kbira wa\u0127edha, i\u017c-\u017carmar tas-servizz nazzjonali tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na mindu dak il-\u0121enju, Konrad Mizzi, \u0127olom b&#8217;din l-idea korrotta. U kif &#8211; ironika \u0127afna din &#8211; min\u0127abba l-iskandli tal-korruzzjoni li ilhom jippersegwitaw lill-istess Konrad Mizzi minn dak i\u017c-\u017cmien, ma seta&#8217; jsir ebda djalogu sinifikanti mal-gvern biex il-MAM tkun tista&#8217; tispjega l-argumenti tag\u0127ha.<\/p>\n<p>G\u0127al xi \u017cmien il-U\u0126M sostniet lill-MAM. Illum jidher li g\u0127andha prijoritajiet differenti.<\/p>\n<p>I\u017cda l-MAM mhijiex l-unika union fis-servizz tas-sa\u0127\u0127a. Fejn hi l-union tal-infermiera? Fejn huma l-unions tal-ispe\u010bjalisti? Fejn huma l-istudenti tal-medi\u010bina? U fejn hi l-U\u0126M, li tirrappre\u017centa lill-persunal amministrattiv?<\/p>\n<p>U din mhijiex kwistjoni li tikkon\u010berna lill-\u0127addiema tas-settur tas-sa\u0127\u0127a biss. Is-settur tas-sa\u0127\u0127a nazzjonali tag\u0127na matul id-de\u010bennji li g\u0127addew assigura livell minimu ta&#8217; kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja anke g\u0127all-ifqar nies. Huwa s-settur li fih il-klassi so\u010bjali, l-et\u00e0 jew il-\u0127ila ma jg\u0127oddux, u li j\u0127ares il-\u0121ustizzja so\u010bjali fil-komunit\u00e0 tag\u0127na. Kien hemm \u017cmien meta l-kwalit\u00e0 kienet la\u0127qet livelli tant g\u0127olja li Malta kienet klassifikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sa\u0127\u0127a fil-\u0127ames l-aqwa post fid-dinja rigward l-a\u010b\u010bess universali g\u0127as-servizzi tas-sa\u0127\u0127a.<\/p>\n<p>Bi\u017c-\u017carmar tas-servizz nazzjonali tas-sa\u0127\u0127a u l-g\u0127oti tieg\u0127u lil impri\u017ci Amerikani predatorji kul\u0127add, \u0127lief l-impri\u017ci Amerikani predatorji u dawk li g\u0127amlu qlig\u0127 minn dik it-tran\u017cazzjoni, jispi\u010b\u010ba f&#8217;sitwazzjoni ag\u0127ar minn qabel. Kull persuna f&#8217;sa\u0127\u0127itha li qed taqra dan kollu xi darba se timrad. It-tfal tag\u0127hom se jimirdu.<\/p>\n<p>G\u0127aliex qed in\u0127allu lit-tobba ji\u0121\u0121ieldu wa\u0127edhom? G\u0127aliex qed nippermettu lil dan il-gvern ja\u0127seb li dawn huma biss qabda tobba mill-kamp tal-PN li qed jag\u0127mlu naqra storbju, u li jista&#8217; jibqa&#8217; g\u0127addej bil-pjanijiet tieg\u0127u?<\/p>\n<p>Ta\u010b\u010bettawx l-isku\u017ca li din hija balbuljata ta&#8217; Konrad Mizzi, li l-gvern ma jistax jo\u0127ro\u0121 minnha issa. Dan huwa dak li qed jipprova jg\u0127id Chris Fearne meta jwieg\u0127ed lill-MAM li \u0127a\u0121a b\u0127al din mhijiex se ter\u0121a&#8217; ti\u0121ri u li l-privatizzazzjonijiet se jieqfu wara li nkunu tajna l-uniku sptar ta&#8217; G\u0127awdex flimkien ma&#8217; St Luke&#8217;s u Karin Grech.<\/p>\n<p>Il-kwistjoni hi li din il-balbuljata tista&#8217; titwaqqaf issa. It-trasferiment minn Vitals g\u0127al g\u0127and Steward huwa possibbli biss bil-kunsens espli\u010bitu tal-gvern. Il-gvern g\u0127andu kull dritt, u frankament id-dmir, li ma jag\u0127tix dak il-kunsens. Vitals ma rrispettatx il-kuntratt u l-gvern intitolat jie\u0127u lura l-kon\u010bessjoni ming\u0127andha, u mhux i\u0127alliha tag\u0127mel il-flus mill-g\u0127azla tas-su\u010b\u010bessuri tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Kull min i\u0127oss li huwa dmiru li jipprote\u0121i d-drittijiet bazi\u010bi ta\u010b-\u010bittadini f&#8217;dan il-pajji\u017c g\u0127andu jkun qed je\u017cigi, tal-anqas bl-aktar mod \u010bar kif qed tag\u0127mel il-MAM, li l-gvern ma jag\u0127tix il-kunsens tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Roddulna s-servizz nazzjonali tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-4119 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/press-MAM-12feb-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1700\" height=\"2200\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/press-MAM-12feb-1-209x270.jpg 209w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/press-MAM-12feb-1-232x300.jpg 232w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/press-MAM-12feb-1-768x994.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/press-MAM-12feb-1.jpg 791w\" sizes=\"(max-width: 1700px) 100vw, 1700px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Wasal sew i\u017c-\u017cmien li l-unions l-o\u0127ra jsemmg\u0127u le\u0127inhom dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Il-MAM, il-union tat-tobba, illum \u0127ar\u0121et stqarrija (ara hawn ta\u0127t) biex tfakkar lil kul\u0127add kif opponiet, fil-bi\u010b\u010ba l-kbira wa\u0127edha, i\u017c-\u017carmar tas-servizz nazzjonali tas-sa\u0127\u0127a tag\u0127na mindu dak il-\u0121enju, Konrad Mizzi, \u0127olom b&#8217;din l-idea korrotta. U kif &#8211; ironika \u0127afna din &#8211; min\u0127abba l-iskandli tal-korruzzjoni li ilhom [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4159\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4159"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4159\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4165,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4159\/revisions\/4165\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4159"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4159"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4159"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}