{"id":4174,"date":"2018-02-13T12:23:59","date_gmt":"2018-02-13T11:23:59","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4174"},"modified":"2018-02-13T15:00:25","modified_gmt":"2018-02-13T14:00:25","slug":"il-lejla-il-kunsill-lokali-tal-belt-valletta-se-jiddiskuti-proposta-biex-jitnehhew-fjuri-u-xemghat-minn-madwar-il-monument-tal-assedju-l-kbir","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/il-lejla-il-kunsill-lokali-tal-belt-valletta-se-jiddiskuti-proposta-biex-jitnehhew-fjuri-u-xemghat-minn-madwar-il-monument-tal-assedju-l-kbir\/","title":{"rendered":"Il-lejla il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jiddiskuti proposta biex jitne\u0127\u0127ew fjuri u xemg\u0127at minn madwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Il-lejla fis-18.30, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser jiddiskuti mozzjoni mressqa minn wie\u0127ed mill-Kunsilliera biex jitne\u0127\u0127ew il-fjuri, xemg\u0127at u messa\u0121\u0121i li t\u0127allew min-nies madwar il-monument tal-Assedju l-Kbir b\u2019tifkira ta\u2019 Daphne Caruana Galizia bi protesta kontra l-impunita\u2019 kontinwa ta\u2019 dawk li ordnaw l-assassinju tag\u0127ha jew kienu l-id mo\u0127bija wara dan il-qtil.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/02\/monumental-mistakes\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Mill-blog tieg\u0127u m\u0127allas mill-gvern,<\/a> Glenn Bedingfield sa\u0127\u0127an il-qieg\u0127a g\u0127ad-diskussjoni tal-lejla. U biex issir aktar pressjoni fuq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed jippruvaw jimmobilizzaw l-appo\u0121\u0121 g\u0127al din il-manuvra stil faxxista kontrollata mill-istat.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jason Micallef, Emmanuel Cuschieri\u00a0u o\u0127rajn di\u0121a\u2019 qed ixammru kmiemhom b\u2019anti\u010bipazzjoni tal-laqg\u0127a tal-lejla.\u00a0Qeg\u0127din ig\u0127idu li \u201cl-li\u0121ijiet g\u0127andhom ji\u0121u obduti\u201d ming\u0127ajr ma jg\u0127idu g\u0127al liema li\u0121ijiet qed jirreferu. Jekk ig\u0127idulna g\u0127al-liema li\u0121ijiet qed jirreferu, min se jkun l-ewwel li jo\u0127ro\u0121 g\u0127an-nofs biex jarresta lill-President hi u tqieg\u0127ed il-fjuri mal-istess monument\u00a0fit-8 ta\u2019 Settembru li \u0121ej?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-ironija tinsab fil-fatt li jekk il-Kunsill jasal biex jaqbel l-mozzjoni, dan ikun qed imur lil hinn mill-poteri li g\u0127andu. Huwa l-gvern \u010bentrali biss li g\u0127andu s-setg\u0127a mog\u0127tija mil-li\u0121i li jagixxi fuq kwistjonijiet li g\u0127andhom x\u2019jaqsmu mal-Monument tal-Assedju l-Kbir \u2013 l-istess gvern \u010bentrali li, xahar ilu, ma damx wisq biex ordna t-tne\u0127\u0127ija tal-flokkijiet bil-kliem \u201ccrooks-everywhere\u201d li tal-#occupyjustice\u00a0kienu qieg\u0127du fuq diversi monumenti madwar il-pajji\u017c.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U g\u0127aliex jifhmu sew dan is-sit spe\u010bifiku fa\u010b\u010bata e\u017catt tal-Qrati jqajjem \u010berta sensittivita\u2019 u g\u0127aliex jafu wkoll li g\u0127andhom b\u017conn sku\u017ca biex jippruvaw jin\u0127bew warajha, qeg\u0127din jag\u0127mlu minn kollox biex jag\u0127mlu pressjoni fuq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-lejla jien se nkun pre\u017centi fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta \u2013 il-lok fejn qabel kien hemm il-Cafe\u2019 Premier \u2013 u nittama li jkolli l-opportunita\u2019 li ninsisti dwar id-dritt ta\u2019 kull \u010bittadin li jipprotesta dment li ma jkun qed iwe\u0121\u0121a\u2019 \u0127add.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Glenn Bedingfield\u00a0il-biera\u0127 wissa\u2019 lil kul\u0127add li l-fjuri u x-xemg\u0127at jipprovokaw u ji\u0121\u0121ustifikaw il-vandali\u017cmu.\u00a0Dawk i\u010b-\u010bittadini li g\u0127andhom g\u0127al qalbhom il-libertajiet basi\u010bi ma jistg\u0127ux joqg\u0127odu g\u0127al stqarrijiet infami b\u0127ala dawn.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-lejla fis-18.30, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser jiddiskuti mozzjoni mressqa minn wie\u0127ed mill-Kunsilliera biex jitne\u0127\u0127ew il-fjuri, xemg\u0127at u messa\u0121\u0121i li t\u0127allew min-nies madwar il-monument tal-Assedju l-Kbir b\u2019tifkira ta\u2019 Daphne Caruana Galizia bi protesta kontra l-impunita\u2019 kontinwa ta\u2019 dawk li ordnaw l-assassinju tag\u0127ha jew kienu l-id mo\u0127bija wara dan il-qtil. Mill-blog tieg\u0127u m\u0127allas mill-gvern, Glenn Bedingfield [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3926,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4174\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4174"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4174\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4175,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4174\/revisions\/4175\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3926\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4174"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4174"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4174"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}