{"id":4228,"date":"2018-02-14T22:37:52","date_gmt":"2018-02-14T21:37:52","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4228"},"modified":"2018-02-15T13:38:54","modified_gmt":"2018-02-15T12:38:54","slug":"jekk-int-gurnalist-itlaq-mill-igm-hallih-ghall-qaddejja-tal-istat","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/jekk-int-gurnalist-itlaq-mill-igm-hallih-ghall-qaddejja-tal-istat\/","title":{"rendered":"Jekk int \u0121urnalist, itlaq mill-I\u0120M: \u0127allih g\u0127all-qaddejja tal-Istat"},"content":{"rendered":"<p>G\u0127alkemm qatt ma kelli xi \u0127erqa kbira\u00a0li nsir membru tal-Istitut tal-\u0120urnalisti Maltin (I\u0120M),<a href=\"http:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/84544\/im_condemns_disruption_of_journalist_filming_caruana_galizia_council_meeting\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u00a0l-istqarrija li dan \u0127are\u0121 illum<\/a> biex &#8220;jikkundanna&#8221; lil o\u0127t Daphne Caruana Galizia\u00a0talli\u00a0din\u00a0\u017cammet lil hekk imsejja\u0127 &#8220;\u0121urnalista tal-One TV&#8221; milli jaqdi dmiru, g\u0127andha tkun bi\u017c\u017cejjed biex min g\u0127adu qed ja\u0127sibha,\u00a0jdabbar rasu minn dan l-Istitut ming\u0127ajr aktar dewmien. L-istqarrija tal-I\u0120M m&#8217;hi xejn \u0127lief att ta&#8217; kollaborazzjoni\u00a0 ma&#8217; re\u0121im oppressiv.<\/p>\n<p>Il-bniedem li\u00a0semmew tal-I\u0120M m&#8217;huwiex \u0121urnalist. U l-One TV mhix agenzija tal-a\u0127barijiet. Dak il-bniedem hu biss impjegat tal-Partit Laburista, partit li jinsab fil-gvern li qed jag\u0127mel minn kollox biex ifarfar mir-responsabbilta&#8217;\u00a0politika\u00a0g\u0127all-assassinju ta&#8217; \u0121urnalista\u00a0 &#8211; \u0121urnalista ta&#8217; veru &#8211; li se\u0127\u0127 dan l-a\u0127\u0127ar. U One TV hu g\u0127odda ta&#8217; propaganda\u00a0g\u0127all-gvern.<\/p>\n<p>Dan il-bniedem, li dwaru l-I\u0120M illum g\u0127amlet \u0127afna plejtu, il-biera\u0127 ma kienx qed jaqdi dmirijiet ta&#8217; \u0121urnalist.\u00a0Kien biss a\u0121ent tal-istat u g\u0127amel u\u017cu minn tag\u0127mir\u00a0biex ikidd u jag\u0127mel pressjoni fuq persuna\u00a0li g\u0127al ra\u0121unijiet li huma\u00a0ovvji &#8211; fit xhur ilu biss \u0127ajjet o\u0127tha\u00a0intemmet f&#8217;vampa nar &#8211;\u00a0kienet ta\u0127t stress emozzjonali\u00a0kbir.\u00a0 M&#8217;hemmx dubju li l-intenzjoni krudili tag\u0127hom kienet li j\u017cidu fuq it-tensjoni\u00a0li di\u0121a&#8217; kellha fuqha.\u00a0U biex tkompli ti\u017cdied il-pressjoni fuqha u fuq membri tal-familja tag\u0127ha, w\u0127ud mill-qaddejja tal-Partit Laburista li kienu pre\u017centi l-biera\u0127\u00a0&#8211; u\u0127ud im\u0127allsa u o\u0127rajn li marru g\u0127ax riedu &#8211;\u00a0\u00a0immiraw l-g\u0127ajjat, ix-xiljiet u l-kliem\u00a0intimidatorju u malafamanti tag\u0127hom lejn familja li qed jing\u0127ad lilha li o\u0127thom mietet &#8220;g\u0127ax hekk kien \u0127aqqha&#8221;.<\/p>\n<p>Huwa minn ewl id-dinja li dan l-a\u0121ir tal-mist\u0127ija ta&#8217; dawn il-qaddejja qanqal l-emozzjoni u r-rabja tal-familja. U din l-emozzjoni u rabja qanqluha apposta bil-g\u0127an li l-udjenza\u00a0tag\u0127hom la tappo\u0121\u0121ja u lanqas tissimpatizza mag\u0127hom. Kemm damet \u0127ajja hekk kienu jag\u0127mlulha lil Daphne Caruana Galizia: kienu\u00a0jiffokaw il-kamera fuqha biex jipprovokaw reazzjoni, iqisuha ta&#8217; &#8220;sa\u0127\u0127ara&#8221;\u00a0u jikkonvin\u010bu l-folla li kien \u0127aqqha l-mewt.<\/p>\n<p>Ag\u0127tu \u0127arsa\u00a0lejn il-persuna li hemm bil-wieqfa fuq il-lemin f&#8217;dan il-video.<\/p>\n<p>Arawh jiffoka l-kamera fuq persuna\u00a0li kienet biss qed tosserva. U minkejja li din ma tniffsitx, kellha toqg\u0127od tissaporti tisma&#8217; l-provokazzjonijiet tag\u0127hom b\u0127allikieku kellha xi tort g\u0127all-mewt ta&#8217; o\u0127tha.\u00a0U sid il-kamera iffoka fuqha mhux\u00a0g\u0127aliex\u00a0dak li kien qed jag\u0127mel kellu xi valur \u0121urnalistiku tafux, i\u017cda biex jaqdi l-intenzjonijiet malinji ta&#8217; min jimpjegah.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad araw E\u017bATT x&#8217;\u0121ara&#8217; meta Helene Axiaq ikkonfrontat lil dan il-kesa\u0127lu.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/it3pR2pgnGI?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"autoplay; encrypted-media\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>Dan l-a\u0121ir tal-&#8220;\u0121urnalisti tal-One TV&#8221;\u00a0huwa wie\u0127ed tas-soltu. Wara kollox dawn im\u0127allsin biex jintimidaw f&#8217;isem l-istat.<\/p>\n<p>U tal-I\u0120M jag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom g\u0127al dan l-a\u0121ir. Erba&#8217; xhur ilu, il-\u0127ajja ta&#8217; \u0121urnalista ntemmet \u0127esrem u r-reazzjoni tag\u0127hom kienet \u0127arira aktar drammatika mill-istqarrija tag\u0127hom tal-lum li\u00a0takkomoda l-vittimizzazzjoni mill-istat ta&#8217; din il-familja mnikkta.<\/p>\n<p>Il-liberta&#8217; tal-kelma f&#8217;Malta je\u0127tie\u0121 li ti\u0121i m\u0127arsa.\u00a0U din g\u0127andha ti\u0121i m\u0127arsa mill-\u0121urnalisti ta&#8217; veru.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>G\u0127alkemm qatt ma kelli xi \u0127erqa kbira\u00a0li nsir membru tal-Istitut tal-\u0120urnalisti Maltin (I\u0120M),\u00a0l-istqarrija li dan \u0127are\u0121 illum biex &#8220;jikkundanna&#8221; lil o\u0127t Daphne Caruana Galizia\u00a0talli\u00a0din\u00a0\u017cammet lil hekk imsejja\u0127 &#8220;\u0121urnalista tal-One TV&#8221; milli jaqdi dmiru, g\u0127andha tkun bi\u017c\u017cejjed biex min g\u0127adu qed ja\u0127sibha,\u00a0jdabbar rasu minn dan l-Istitut ming\u0127ajr aktar dewmien. L-istqarrija tal-I\u0120M m&#8217;hi xejn \u0127lief att ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4228\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4228"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4228\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4240,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4228\/revisions\/4240\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4228"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4228"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4228"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}