{"id":42535,"date":"2018-11-11T17:07:59","date_gmt":"2018-11-11T16:07:59","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=42535"},"modified":"2018-11-13T06:47:55","modified_gmt":"2018-11-13T05:47:55","slug":"17-black","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/11\/17-black\/","title":{"rendered":"17 Black"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181110\/local\/konrad-mizzi-says-17-black-revelations-are-a-coordinated-attack.693942\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Konrad Mizzi lmenta li qed ise\u0127\u0127 \u201cattakk ko-ordinat\u201d kontrih.<\/a> Li kont floku ma kontx nu\u017ca l-kelma &#8220;attakk&#8221; &#8211; i\u017cda \u010bertament te\u017cisti ko-ordinazzjoni. U mn&#8217;Alla li hu hekk.<\/p>\n<p>F&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121ranet kont Londra fejn attendejt g\u0127al konferenza li matulha ddiskutejt ma&#8217; \u0121urnalisti o\u0127rajn l-impatt tal-\u0121urnali\u017cmu li jittratta dwar dak li jse\u0127\u0127 lil hinn mill-konfini ta&#8217; xi pajji\u017c partikolari. Il-\u2018korrispondenti barranin\u2019 ilhom mag\u0127na sa mill-bidu tal-gwerra tal-Krimeja u g\u0127al \u017cmien twil \u0121urnalisti minn diversi pajji\u017ci \u0127admu flimkien biex lis-semmieg\u0127a jew lill-qarrejja ta&#8217; pajji\u017c iwasslulhom a\u0127barijiet minn pajji\u017ci o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Dan l-arran\u0121ament m&#8217;g\u0127adux ig\u0127odd g\u0127ar-realtajiet tas-seklu li ninsabu fih.<\/p>\n<p>X&#8217;inhuma dawn ir-realtajiet u x&#8217;inhu dak li l-aktar li j\u0127assibni dwarhom? Ir-realt\u00e0 li g\u0127andna ma&#8217; wi\u010b\u010bna hi li l-kriminalit\u00e0 m&#8217;g\u0127andhiex fruntieri u g\u0127andha l-\u0127ila li tg\u0127atti xturha f&#8217;dak li g\u0127andu x&#8217;jaqsam mal-\u0127asil tal-flus.<\/p>\n<p>Il-konfoffa kriminali u korrotta tas-<em>17 Black<\/em> hi e\u017cempju \u010bar ta&#8217; dan.<\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit dwar kif dawk li huma l-im\u0127u\u0127 wara din l-istorja g\u0127amlu minn kollox biex ma jinkixfux. Mill-Panama sad-Dubaj, minn Baku sa Malta, minn Riga sa Washington, dawn bnew strutturi li minnhom kellha tg\u0127addi xmara ta&#8217; flejjes li g\u0127andha twassal biex kull familja Maltija tinsteraq u tinstela\u0127 \u0127ajja fil-\u0127las tal-kontijiet tal-ener\u0121ija g\u0127all-g\u0127oxrin sena li jmiss.<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx li din hi l-akbar serqa fid-dawl tax-xemx li qatt saret f&#8217;Malta. Minn fuq, dawk li se jisirquna \u0127ajjin fuq kull kont tad-dawl li se nir\u010bievu g\u0127all-g\u0127oxrin sena li \u0121ejjin, minn g\u0127andna jippretendu \u010b-\u010bap\u010bip.<\/p>\n<p>Daphne Caruana Galizia kienet xammithom mill-bidu nett. U l-intuwizzjoni le\u0121\u0121endarja li kellha kienet xeg\u0127let meta tfa\u010b\u010baw ritratti ta&#8217; dik il-famu\u017ca laqg\u0127a f&#8217;Baku fejn Joseph Muscat, frisk frisk b\u0127ala Prim Ministru, akkumpanjat kif kien minn Konrad Mizzi, Kurt Farrugia u l-mo\u0127\u0127 wara kollox Keith Schembri, sab ru\u0127u wi\u010b\u010b imb&#8217;wi\u010b\u010b ma&#8217; Ilham Aliyev.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-42076\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-3.aspx_.jpeg\" alt=\"\" width=\"709\" height=\"472\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-3.aspx_-200x133.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-3.aspx_-300x200.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-3.aspx_-400x266.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-3.aspx_-600x399.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-3.aspx_.jpeg 709w\" sizes=\"(max-width: 709px) 100vw, 709px\" \/><\/p>\n<p>Tant kienu \u0127bew kollox b&#8217;galbu liema b\u0127alu li, we\u0127idha, Daphne Caruana Galizia ma kellhiex il-\u0127ila ti\u0121bor il-provi kollha.<span class=\"Apple-converted-space\"> Spi\u010b\u010bat inqatlet hi u tirsisti biex tikxef il-borom kollha.<\/span> U kellha tkun il-\u0127ila ta&#8217; \u0121urnalisti minn 17 il-organizzazzjoni tal-a\u0127barijiet minn madwar id-dinja kif ukoll dik tal-\u0121urnalist bravu u assidwu Jacob Borg tat-<em>Times of Malta<\/em> biex issa inkixfu aktar provi b&#8217;\u017cjieda ma&#8217; dawk li kienet di\u0121\u00e0 kixfet Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Kien jonqos biss li jinkixef l-isem tas-sid ta&#8217; <em>17 Black<\/em>. Dwar il-<em>power station<\/em>, kienet ilha g\u0127addejja l-ispekulazzjoni dwar il-Maltin li kienu mda\u0127\u0127lin. U kellu jkun \u0121urnalist tar-<em>Reuters<\/em> b&#8217;rabtiet mal-qasam bankarju fid-Dubaj li spi\u010b\u010ba biex ressaq il-bo\u010b\u010ba tal-korruzzjoni qrib il-likk g\u0127al <em>The Daphne Project<\/em>.<\/p>\n<p>Issa nafu min kien dak li ntrabat li j\u0127allas lil xi \u0127addie\u0127or u l-ammont li t\u0127allas.<\/p>\n<p>Dawn \u0127olqu sistema sofistikata &#8211; li l-bi\u010b\u010ba &#8216;l kbira minnha nbniet bi flusek &#8211;\u00a0 li tant hi komplikata li diffi\u010bli li wie\u0127ed isib tarfha u hi kwa\u017ci mpossibbli li wie\u0127ed jippruvaha. Madankollu r-realt\u00e0 essenzjali qieg\u0127da hemm: l-imma\u0121ni ta&#8217; flejjes im\u0127ollija fuq l-iskrivanija ta&#8217; Ministru g\u0127al skopijiet ta&#8217; tix\u0127im biex imbag\u0127ad min ixa\u0127\u0127am jir\u010bievi l-premju fil-forma ta&#8217; kuntratt tal-gvern.<\/p>\n<p>U \u0121aladarba Konrad Mizzi u Keith Schembri xorta wa\u0127da baqg\u0127u ggranfati mas-setg\u0127a meta l-<em>Panama Papers<\/em> kienu tawna stampa \u010bara mhux \u0127a\u017cin dwar x&#8217;kienu \u0127awdu dawn i\u017c-\u017cew\u0121 galantomi fil-borma, kien je\u0127tie\u0121 li jsir sforz ko-ordinat biex il-verit\u00e0 tkompli titla&#8217; fil-wi\u010b\u010b.<\/p>\n<p>L-investigazzjoni g\u0127adha g\u0127addejja u dan g\u0127adu biss il-bidu, Sur Konrad Mizzi.<\/p>\n<p>Il-fatt li Joseph Muscat baqa&#8217; jillu\u017cinga minkejja li jaf li l-prezz politiku li g\u0127ad ji\u0121i m\u0121ieg\u0127el i\u0127allas huwa wie\u0127ed g\u0127oli, jkompli jsa\u0127\u0127a\u0127 il-per\u010bezzjoni f&#8217;mo\u0127\u0127 kul\u0127add li huwa mda\u0127\u0127al ukoll direttament f&#8217;din il-\u0127adma.<\/p>\n<p>Meta l-Ma\u0121istrat Aaron Bugeja kien qed jipprova jsib tarf tal-kwistjoni dwar jekk Joseph Muscat kienx \u0121ie mxa\u0127\u0127am mill-A\u017cerbaj\u0121an, huwa ma kellu xejn mill-kuntatti siewja li tar-<em>Reuters<\/em> g\u0127andhom fid-Dubaj. Ftit huma dawk li kienu fehmu li fl-inkjesta li g\u0127amel, il-Ma\u0121istrat Bugeja ma seta&#8217; qatt jag\u0127milha ta&#8217; investigatur u li, jekk ma jin\u0121ibulux il-provi, ma kellux g\u0127odda f&#8217;idejh biex ikun jista&#8217; jfittixhom, aktar u aktar jekk dawn il-provi\u00a0 \u0121ew mistura minnu apposta.<\/p>\n<p>Jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li provi o\u0127ra li l-kriminali \u0127bew madwar id-dinja ma nkixfux kollha. Madankollu dan ma jfissirx li dawn il-provi ma je\u017cistux.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-42078\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat.jpg\" alt=\"\" width=\"1320\" height=\"769\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat-200x117.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat-300x175.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat-400x233.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat-600x350.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat-768x447.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat-800x466.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-keith-schembri-joseph-muscat-1200x699.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1320px) 100vw, 1320px\" \/><\/p>\n<p>Wie\u0127ed jista&#8217; jifhem g\u0127aliex &#8211; u hekk g\u0127andu jkun &#8211; l-attenzjoni b\u0127alissa tinsab fuq Konrad Mizzi u fuq Keith Schembri. L-isku\u017ca li \u0121abu li l-flus imwieg\u0127da qatt ma kienu r\u010bevewhom hi rrilevanti kemm mil-lat politiku kif ukoll mil-lat legali. E\u017catt b\u0127all-omi\u010bidju, it-tix\u0127im\u00a0 &#8211; sa\u0127ansitra anki l-attentat ta&#8217; tix\u0127im &#8211; jammonta g\u0127al reat kriminali u wie\u0127ed je\u0127el piena anke meta t-tix\u0127im jispi\u010b\u010ba ma jroddlok xejn. U meta t-tix\u0127im ma jroddlok xejn min\u0127abba l-istupida\u0121ni jew min\u0127abba x-xorti \u0127a\u017cina li tkun inqbadt sforz ix-xog\u0127ol investigattiv ta&#8217; \u0121urnalista brava u intelli\u0121enti, dan ma jnaqqas xejn mis-serjet\u00e0 li wie\u0127ed ikun g\u0127amel attentat ta&#8217; reat kriminali. Min jiddefendi ru\u0127u billi jg\u0127id li \u201cqatt ma r\u010bieva sold\u201d wie\u0127ed jista&#8217; jwie\u0121bu billi jg\u0127idlu li ma jkun ir\u010bieva xejn \u010bertament mhux min\u0127abba l-isforzi li jkun g\u0127amel.<\/p>\n<p>I\u017cda apparti Konrad Mizzi u Keith Schembri, je\u0127tie\u0121 li nie\u0127du \u0127sieb lin-nies tag\u0127na wkoll.<\/p>\n<p>Il-kuntratt dwar l-ener\u0121ija li da\u0127lu g\u0127alih, li allegatament sar sforz it-tix\u0127im, huwa ma\u0127mu\u0121, vizzjat u serq sfa\u010b\u010bat minn \u0127alq il-familji Maltin, kemm jekk dawn huma sinjuruni b&#8217;appartamenti f&#8217;Portomaso (hemm ftit tal-ironija hawn) u kemm jekk il-paga tag\u0127hom jippruvaw i\u0121ebbduha kemm jistg\u0127u biex i\u017commu fil-wi\u010b\u010b.<\/p>\n<p>Ma tkunx qed tinsteraq b&#8217;din il-\u0127adma jekk int biss wie\u0127ed minn dawk li m&#8217;g\u0127andekx saqaf fuq rasek.<\/p>\n<p>M&#8217;hux a\u010b\u010bettabbli li l-familja Fenech ta&#8217; <em>Tumas<\/em> u s\u0127abhom tal-A\u017cerbaj\u0121an jit\u0127allew jkomplu jibqg\u0127u igawdu minn dan il-pro\u0121ett. Lanqas huwa a\u010b\u010bettabbli li tas-<em>Siemens<\/em> jit\u0127allew ikomplu jgawdu. Dawn tal-a\u0127\u0127ar ser ikollhom jiffa\u010b\u010bjaw il-konsegwenzi ta&#8217; g\u0127emilhom f&#8217;pajji\u017chom stess. G\u0127ax kif spjega David Casa dalg\u0127odu, tkun \u0127atja ta&#8217; reat kriminali dik id-ditta \u0120ermani\u017ca li tkun imda\u0127\u0127la &#8211; anki b&#8217;mod indirett &#8211; f&#8217;atti ta&#8217; korruzzjoni li jkunu se\u0127\u0127ew x&#8217;imkien ie\u0127or fid-dinja.<\/p>\n<p>Il-kuntratt dwar l-ener\u0121ija li sar mal-<em>Electrogas<\/em> je\u0127tie\u0121\u00a0 li ji\u0121i annullat minnufih. Je\u0127tie\u0121 li jkun hemm investigazzjonijiet kriminali u inkjesti politi\u010bi, u dan nibqg\u0127u ninsistu fuqu b\u0127alma ilna ninsitu fuqu matul sentejn s\u0127a\u0127 ta&#8217; tixrid ta&#8217; sku\u017ci, gideb sfa\u010b\u010bat u lu\u017cingar.<\/p>\n<p>Madankollu je\u017cistu kumplikazzjonijiet o\u0127ra.<\/p>\n<p>Il-famu\u017ca \u2018<em>roadmap<\/em>\u2019, li fl-2012 kienu tant g\u0127amlu plejtu dwarha, issa jidher \u010bar li kienet biss konfoffa kriminali ma\u0127duma bizzilla u mhux sewwa li uliedna se ji\u0121u m\u0121ieg\u0127la j\u0127allsu l-prezz qares tag\u0127ha. Mhux ta&#8217; b&#8217;xejn li l-<em>power station<\/em> kienet g\u0127ammxet l-g\u0127ajnejn g\u0127ax tqartset f&#8217;karta tlellex bil-g\u0127an li xi w\u0127ud jispi\u010b\u010baw igawdu bil-kbir.<\/p>\n<p>Hemm ukoll \u0127a\u0121&#8217;o\u0127ra li je\u0127tie\u0121 li naraw.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-42080\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti.jpg\" alt=\"\" width=\"1512\" height=\"1008\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Chris-Cardona-ikla-spaghetti-1200x800.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1512px) 100vw, 1512px\" \/><\/p>\n<p>Per e\u017cempju, je\u0127tie\u0121 li nsiru nafu g\u0127aliex fi\u017c-\u017cmien meta Chris Cardona kien sab ru\u0127u dahru mal-\u0127ajt, huwa mar ig\u0127ix f&#8217;appartament f&#8217;<em>Portomaso<\/em> &#8211; proprjet\u00e0 ta&#8217; <em>Tumas<\/em> &#8211; bla ma \u0127allas kera.<\/p>\n<p>U je\u0127tie\u0121 li nsiru nafu il-g\u0127ala il-<em>Portomaso<\/em> u l-<em>Oracle Casinos<\/em> &#8211; li s-sidien tag\u0127hom huma ta&#8217; <em>Tumas<\/em> &#8211;\u00a0<span class=\"Apple-converted-space\"> kienu frekwentati ta&#8217; spiss minn <\/span>Alfred Degiorgio li allegatament qatel, fuq ordni ta&#8217; xi \u0127addie\u0127or, lil\u00a0 Daphne Caruana Galizia. Dan l-a\u0127\u0127ar fil-qorti irri\u017culta li, qabel \u0121ie arrestat, dan kien irri\u010bikla madwar nofs miljun ewro mill-im\u0127atri fuq medda ta&#8217; xhur.<span class=\"Apple-converted-space\"> Tg\u0127id kien ta&#8217; spiss jilg\u0127ab l-im\u0127atri fuq <\/span>17 Black?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-42082\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino.png\" alt=\"\" width=\"900\" height=\"715\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino-177x142.png 177w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino-200x159.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino-300x238.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino-400x318.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino-600x477.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino-768x610.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino-800x636.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Portomaso-Casino.png 900w\" sizes=\"(max-width: 900px) 100vw, 900px\" \/><\/p>\n<p>Daqskemm ukoll je\u0127tie\u0121 li nifhmu a\u0127jar kif u il-g\u0127ala Nunzio Lagan\u00e0 kien jag\u0127mel u\u017cu mill-<em>Portomaso<\/em> <em>Casino<\/em> g\u0127al-log\u0127ob tal-<em>poker<\/em> li huwa suspettat li kien isir biex jin\u0127aslu flus g\u0127al <em>Cosa<\/em> <em>Nostra<\/em>. Nunzio Lagan\u00e0 huwa sie\u0127eb fin-negozju ma&#8217; Vincenzo Romeo, negozjant Taljan li ssemma&#8217; b&#8217;rabta mal-<em>iffy gaming<\/em> f&#8217;Malta u li ji\u0121i wkoll in-neputi ta&#8217; Nitto Santapaola, persuna li jing\u0127ad li hu l-vi\u010bi tal-kap tal-Mafja fi Sqallija.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-42084\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/1.-ROMEO-Vincenzo-copia.jpg\" alt=\"\" width=\"750\" height=\"500\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/1.-ROMEO-Vincenzo-copia-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/1.-ROMEO-Vincenzo-copia-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/1.-ROMEO-Vincenzo-copia-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/1.-ROMEO-Vincenzo-copia-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/1.-ROMEO-Vincenzo-copia.jpg 750w\" sizes=\"(max-width: 750px) 100vw, 750px\" \/><\/p>\n<p>X&#8217;aktarx li Konrad Mizzi u Keith Schembri \u2013 kif ukoll Joseph Muscat \u2013 se jkunu mo\u0127\u0127om mistrie\u0127 li Lawrence Cutajar<span class=\"Apple-converted-space\"> mhux se ja\u017c\u017carda jkellimhom.<\/span> U ara ta\u0127sbu li se j\u0127abblu rashom issa li anki tal-<em>Malta<\/em> <em>Today<\/em> \u2013 li sa ftit jiem ilu lil <em>The Daphne Project<\/em> sejj\u0127ulu fantasija bla provi \u2013 qed jitolbu r-ri\u017cenji tag\u0127hom. <span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Hawn min ig\u0127id li g\u0127andhom problemi \u0127afna akbar fuqhiex i\u0127abblu rashom. Fid-dinja jekk tidde\u010biedi li tag\u0127milha ma&#8217; persuni li huma perikolu\u017ci mmens, tkun qed tilg\u0127ab man-nar kemm il-darba dak li tkun wg\u0127edt ma twettqux.<\/p>\n<p>Meta nqatlet Daphne Caruana Galizia kienet g\u0127adha bil-kemm bdiet tg\u0127arbel l-informazzjoni li kienu g\u0127addewlha minn \u0121ewwa l-<em>Electrogas<\/em>. L-investigazzjoni tkompliet minn <em>The Daphne Project<\/em> u dawn irnexxielhom jiskopru l-mod li bih intlaqtet \u0127a\u017cin u nstel\u0127et kull familja Maltija.<\/p>\n<p>Min g\u0127adda din l-informazzjoni x&#8217;aktarx stenna li l-pro\u0121ett dwar l-ener\u0121ija mal-A\u017cerbaj\u0121an seta&#8217; jin\u017camm. I\u017cda l-pro\u0121ett kienu di\u0121\u00e0 ftehmu dwaru qabel l-elezzjoni tal-2013 u ntefqu flejjes kbar biex ji\u0121i assigurat li fil-gvern jitla&#8217; l-partit li mieg\u0127u \u0121ie miftiehem kollox bil-quddiem.<\/p>\n<p>M&#8217;hix kwistjoni li Joseph Muscat ja\u0127seb li jista&#8217; jg\u0127addiha lixxa jekk jibqa&#8217; j\u017comm iggranfat mieg\u0127u lil Keith Schembri. X&#8217;aktarx li Joseph Muscat fil-fatt ma jistax iwarrbu. <span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0\u00a0<\/span><\/p>\n<p>I\u017cda Joseph Muscat jista&#8217; jserra\u0127 rasu li, bil-mod il-mod, i\u017c-\u017cejt kollu se jitla&#8217; f&#8217;wi\u010b\u010b l-ilma.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Konrad Mizzi lmenta li qed ise\u0127\u0127 \u201cattakk ko-ordinat\u201d kontrih. Li kont floku ma kontx nu\u017ca l-kelma &#8220;attakk&#8221; &#8211; i\u017cda \u010bertament te\u017cisti ko-ordinazzjoni. U mn&#8217;Alla li hu hekk. F&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121ranet kont Londra fejn attendejt g\u0127al konferenza li matulha ddiskutejt ma&#8217; \u0121urnalisti o\u0127rajn l-impatt tal-\u0121urnali\u017cmu li jittratta dwar dak li jse\u0127\u0127 lil hinn mill-konfini ta&#8217; xi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":42078,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/42535\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=42535"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/42535\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":43350,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/42535\/revisions\/43350\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/42078\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=42535"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=42535"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=42535"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}