{"id":42803,"date":"2018-11-11T17:19:33","date_gmt":"2018-11-11T16:19:33","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=42803"},"modified":"2018-11-13T06:49:57","modified_gmt":"2018-11-13T05:49:57","slug":"mhemmx-li-jiehu-r-ruh","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/11\/mhemmx-li-jiehu-r-ruh\/","title":{"rendered":"M&#8217;hemmx li jie\u0127u r-ru\u0127"},"content":{"rendered":"<p>Il-PN m&#8217;hemmx li jie\u0127u r-ru\u0127. Issa ilu diversi snin li qabad it-triq tan-ni\u017cla, i\u017cda d-daqqa li \u0127a f&#8217;Ottubru tas-sena li g\u0127addiet jidher li ma jistax iqum minnha. Il-popolarit\u00e0 tal-PN baqg\u0127et baxxa li issa l-Partit sar jixbah lil dak il-pazjent li jistejqer g\u0127al ftit mumenti i\u017cda jibqa&#8217; f&#8217;koma.<\/p>\n<p>Ta\u0127sbux li dan li qed nikteb, qed niktbu b&#8217;xi pja\u010bir. <a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-11-11\/blogs-opinions\/Why-the-Delia-groupies-are-barking-up-the-wrong-tree-6736199151\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Illum lil dawk li g\u0127adhom jappo\u0121\u0121jaw lil Adrian Delia, Noel Grima sejj\u0127ilhom \u2018<em>groupies<\/em>\u2019<\/a>: ji\u0121ifieri nies fanati\u010bi li m&#8217;g\u0127andhom ebda fakult\u00e0 ta&#8217; dixxerniment u li b\u0127alissa jinsabu mitlufin f&#8217;rabja kbira b&#8217;rashom midfuna fir-ramel.<\/p>\n<p>Il-<em>Malta Today<\/em> ixxandar is-sonda\u0121\u0121i kull xahar. U kull sonda\u0121\u0121 qed jaqbel ma&#8217; dak li jkun ittie\u0127ed fix-xahar ta&#8217; qabel. Kull sonda\u0121\u0121 li jsir separatament qed jag\u0127ti ri\u017cultat identiku: \u0127add minn dawk li fl-2017 ivvutaw Labour bi \u0127siebhom jivvutaw PN jekk elezzjoni ssir g\u0127ada. <a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-11-11\/blogs-opinions\/Indepth-Certain-PN-members-have-sense-of-entitlement-Robert-Musumeci-6736199053\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;intervista li ta lil <em>The Malta<\/em> <em>Independent<\/em>, Robert Musumeci<\/a> stqarr li l-elezzjoni ta&#8217; Adrian Delia kienet ta&#8217; \u0121id u li dawk li vvutaw PN fl-2017 i\u017cda li mhux bi \u0127siebhom jivvutaw PN sakemm Adrian Delia jibqa&#8217; fir-riedni, huma elitisti u ipokriti li jippretendu li huma xi qaddisin mixjin fl-art. Stqarr ukoll li hu mhux bi \u0127siebu jivvota PN anki b&#8217;Adrian Delia b\u0127ala Kap.<\/p>\n<p>Il-PN b\u0127al donnu g\u0127a\u017cel li joqg\u0127od fuq il-pariri ta&#8217; dawk li, ji\u0121ri x&#8217;ji\u0121ri, ma jaslux biex jivvutawlu u rema&#8217; l-ba\u0127ar il-fehmiet ta&#8217; dawk li taw \u0127ajjithom g\u0127all-prin\u010bipji tal-partit: g\u0127aliex dawn tal-a\u0127\u0127ar illum huma kunsidrati b\u0127ala theddida u we\u0127lu huma g\u0127as-sitwazzjoni li wassal biex fix-xena fe\u0121\u0121 Adrian Delia.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-42309\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001.jpg\" alt=\"\" width=\"1212\" height=\"633\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001-200x104.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001-300x157.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001-400x209.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001-600x313.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001-768x401.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001-800x418.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/SURVEY-VOTE-GAP.jpg-page-001-1200x627.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1212px) 100vw, 1212px\" \/><\/p>\n<p>Il-PN &#8211; li sa g\u0127axar snin ilu kien igawdi l-fidu\u010bja ta&#8217; aktar minn nofs l-elettorat &#8211; illum jinsab ma\u0127kum minn parali\u017ci. Ftit \u0127afna huma dawk li jidhrilhom li Adrian Delia g\u0127andu xi prospett li lill-PN i\u0121ibu &#8216;l quddiem. Il-manigoldi li se jikkumentaw fuq il-<em>Facebook<\/em> hekk kif inxandar dan il-<em>post<\/em> issa qed i\u0121ibu ru\u0127\u0127om b&#8217;mod iddisprat huma u jistennew b&#8217;trepidazzjoni l-qerda tal-PN; dawn donnhom li jkunu kuntenti jaraw lill-partit meqrud g\u0127al dejjem basta l-eroj tag\u0127hom Adrian Delia jibqa&#8217; fit-tmun. Dawn in-nies il-funzjoni ta&#8217; partit politiku ma jifhmuhiex. \u0126add m&#8217;hu sid il-Partit. Partit qieg\u0127ed hemm biex iservi lill-pajji\u017c u jekk g\u0127al xi ra\u0121uni ma jkunx possibbli li jservi l-pajji\u017c bis-sa\u0127\u0127a tal-mexxej li jkollu, jkun je\u0127tie\u0121 li jinstab mexxej ie\u0127or. Jekk mexxej ma jkollux il-\u0127ila jmexxi, jkollu jwarrab: il-\u0127ila tal-Partit li ji\u0121\u0121ieled u jirba\u0127 hi ta&#8217; importanza kbira u din m&#8217;g\u0127andha qatt ti\u0121i sagrifikata sabiex mexxej jibqa&#8217; f&#8217;postu.<\/p>\n<p>Hemm ukoll grupp ta&#8217; persuni li ming\u0127andhom kont nistenna a\u0127jar. Fl-2017 \u0127ar\u0121u bl-idea li j\u0121ibu lil xi \u0127add minn barra biex imexxi lill-Partit. Dejjem g\u0127idt li din ma kienet idea tajba xejn, i\u017cda \u010bertament \u0127add ma basar lil dak li spi\u010b\u010ba biex ing\u0127a\u017cel kellu jkun daqshekk inadegwat g\u0127all-kariga. Minflok sabu lil xi \u0127add li hu ra\u0121el tal-familja, li jispira fidu\u010bja, li jifhem fin-negozju u li g\u0127andu \u0127iliet politi\u010bi f&#8217;dik li hi lo\u0121ika u pratti\u010bit\u00e0, fix-xena dawn da\u0127\u0127lu lil Adrian Delia &#8211; bniedem m&#8217;g\u0127andux l-i\u010bken idea dwar dak kollu li huwa me\u0127tie\u0121 g\u0127all-kariga li qed jokkupa.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-42311\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-4.aspx_.jpeg\" alt=\"\" width=\"709\" height=\"532\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-4.aspx_-200x150.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-4.aspx_-300x225.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-4.aspx_-400x300.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-4.aspx_-600x450.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-4.aspx_.jpeg 709w\" sizes=\"(max-width: 709px) 100vw, 709px\" \/><\/p>\n<p>Li kieku Adrian Delia kellu jitne\u0127\u0127a mill-kariga, dawk ta&#8217; madwaru donnhom qeg\u0127din ja\u0127sbu li se je\u0127lu huma talli, min\u0127abba l-\u0121udizzji \u017cbaljati li kienu waslu g\u0127alihom dwar il-karattru tieg\u0127u, \u0121abu dawn il-konsegwenzi \u0127\u017ciena fuq il-Partit. Jib\u017cg\u0127u li dan ikun ifisser ukoll it-tmiem tal-karrieri politi\u010bi tag\u0127hom. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, konsegwenza b\u0127al din g\u0127andu jistenniha kull min ikun \u017cbalja b&#8217;dan il-mod.<\/p>\n<p>I\u017cda l-missjoni ta&#8217; partit politiku ti\u017cboq lil dan kollu. X&#8217;aktarx li dawk li appo\u0121\u0121jaw lil Adrian Delia kellhom intenzjonijiet g\u0127all-\u0121id u dan il-fatt g\u0127andu jittie\u0127ed in konsiderazzjoni meta tittie\u0127ed de\u010bi\u017cjoni. Wara kollox, Adrian Delia mhux biss lill-eletturi tal-PN g\u0127adda bi\u017c-\u017cmien meta rnexxielu jipperswadihom li kellu l-\u0127ila li jmexxi lill-Partit tag\u0127hom, g\u0127adda bi\u017c-\u017cmien ukoll lil dawk li mbuttawh u appo\u0121\u0121jawh matul ix-xhur disastru\u017ci li g\u0127amel fir-riedni. Issa g\u0127andhom ine\u0127\u0127u\u0127 u l-Partit g\u0127andu jappo\u0121\u0121jahom u dan ming\u0127ajr ma jaqa&#8217; fit-tentazzjoni li jpattihielhom. It-tpattija fuq dawk li appo\u0121\u0121jaw lil Adrian Delia tkun bla sens u ma tag\u0127milx \u0121id &#8211; anzi tista&#8217; tfixkel lill-Partit milli jwettaq il-missjoni tieg\u0127u li jservi d-demokrazija tag\u0127na.<\/p>\n<p>Il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet Adrian Delia b\u0127ala Kap tal-Oppo\u017cizzjoni indirizza lill-istampa u talab li tittie\u0127ed azzjoni minn na\u0127a tal-Prim Ministru wara li nkixfu u xxandru madwar id-dinja aktar dettalji dwar l-iskandlu <em>17 Black<\/em>. Adrian Delia ma setax isib irkaptu u, hekk kif propagandist tas-<em>Super 1<\/em> staqsie\u0127 huwiex jallega li Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu xxa\u0127\u0127mu, beda&#8217; jlaqlaq u lissen kliem legali li qajla kienu rilevanti: g\u0127alih kien aktar importanti li jassigura li l-memorja ta&#8217; Daphne Caruana Galizia ma tkunx vindikata milli li jopponi lil Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Issa lkoll nafu li Keith Schembri u Konrad Mizzi huma korrotti llum daqs kemm kienu meta kienet kixfithom Daphne Caruana Galizia aktar minn sentejn ilu. Imma Adrian Delia dan ma jistax ig\u0127idu. Joseph Muscat illum fakkar lil Adrian Delia li jekk hu se jitlob li jkun hemm kontabilit\u00e0 politika, ikun je\u0127tie\u0121 li jdur dawra mieg\u0127u nnifsu u jwarrab hu. Fi kliem ie\u0127or qal li \u0121aladarba Adrian Delia ma rri\u017cenjax, m&#8217;g\u0127andux g\u0127alfejn jitlob li jirri\u017cenja \u0127addie\u0127or. Din hi r-ra\u0121uni g\u0127aliex ninsabu fil-gwaj li ninsabu fih: il-kontabilit\u00e0 nippretenduha g\u0127al \u0127addie\u0127or sakemm ma tapplikax g\u0127alina.<\/p>\n<p>Kemm se jdumu biex ji\u010b\u010baqilqu dawk li servew tant tajjeb lil dan il-pajji\u017c fl-img\u0127oddi? Meta se jibda&#8217; jie\u0127u r-ru\u0127 il-PN?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-PN m&#8217;hemmx li jie\u0127u r-ru\u0127. Issa ilu diversi snin li qabad it-triq tan-ni\u017cla, i\u017cda d-daqqa li \u0127a f&#8217;Ottubru tas-sena li g\u0127addiet jidher li ma jistax iqum minnha. Il-popolarit\u00e0 tal-PN baqg\u0127et baxxa li issa l-Partit sar jixbah lil dak il-pazjent li jistejqer g\u0127al ftit mumenti i\u017cda jibqa&#8217; f&#8217;koma. Ta\u0127sbux li dan li qed nikteb, qed niktbu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":42311,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/42803\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=42803"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/42803\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":43351,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/42803\/revisions\/43351\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/42311\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=42803"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=42803"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=42803"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}