{"id":4441,"date":"2018-02-18T18:45:04","date_gmt":"2018-02-18T17:45:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4441"},"modified":"2018-02-19T14:59:10","modified_gmt":"2018-02-19T13:59:10","slug":"jixirqilna-ahjar","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/jixirqilna-ahjar\/","title":{"rendered":"Jixirqilna a\u0127jar"},"content":{"rendered":"<p><em>Stqarrija ta&#8217; #occupyjustice:<\/em><\/p>\n<p>\u0120urnata wara li l-billboards li tellg\u0127u l-grupp #occupyjustice tne\u0127\u0127ew mill-awtoritajiet, l-attivisti n\u0121abru quddiem Kastilja bl-istess messa\u0121\u0121i fuq banners biex i\u0127alluhom ta\u0127t it-tara\u0121 ta\u2019 Kastilja.<\/p>\n<p>\u201cJekk ta\u0127seb illi se tag\u0127lqilna \u0127alqna billi tne\u0127\u0127i l-billboards li tellajna, jew billi turi snienek u ti\u017cra\u2019 l-bi\u017ca\u2019 anki fil-persuni tan-negozju li jippruvaw jg\u0127inuna ni\u0121\u0121ieldu sabiex jer\u0121a\u2019 jkun hemm il-\u0121ustizzja f\u2019pajji\u017cna \u2013 sejjer \u017cball,\u201d qalet kelliema ewlenija ta\u2019 #occupyjustice.<\/p>\n<p>L-attivisti appellaw lill-Prim Ministru bil-kliem ta\u2019 Sir Winston Churchill: \u201ctista\u2019 tkompli tag\u0127mlilna l-bsaten fir-roti i\u017cda a\u0127na ser inkomplu niddefendu l-g\u017cira tag\u0127na, irrispettivament mill-prezz li ser in\u0127allsu\u2026 qatt m\u2019a\u0127na ser in\u010bedu.\u201d<\/p>\n<p>Fl-istqarrija, l-attivisti qalu lill-Prim Ministru biex jirrifletti fuq il-messa\u0121\u0121 tag\u0127hom u \u017ciedu li kienu ser ikomplu jirrepetu sakemm i\u0127ossu l-\u0127tie\u0121a: A JOURNALIST MURDERED. NO JUSTICE.\u201d; \u201cA COUNTRY ROBBED. NO JUSTICE.\u201d; \u201cNO RESIGNATIONS. NO JUSTICE.\u201d (TINQATEL \u0120URNALISTA. \u0120USTIZZJA XEJN PAJJI\u017bNA JINSTERAQ. \u0120USTIZZJA XEJN&#8230;. RI\u017bENJI XEJN. \u0120USTIZZJA XEJN)<\/p>\n<div><img class=\"alignnone wp-image-4433 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-7.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"683\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-7-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-7-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-7-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-7.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/div>\n<div><\/div>\n<div>\n<p>Huma qalu ukoll: \u201cIl-fatt illi dawn il-billboards tni\u017c\u017clu, b\u2019disprezz g\u0127ad-dritt tag\u0127na li nesprimu ru\u0127na u li nipprotestaw u li npo\u0121\u0121u mistoqsijiet li jnigg\u017cu dwar kif il-gvern tieg\u0127ek irnexxielu jdg\u0127ajjef is-saltna tad-dritt f\u2019pajji\u017cna, jikonferma biss il-\u0127tie\u0121a illi a\u0127na nkomplu nipperseveraw bl-g\u0127ajta tag\u0127na.\u201d<\/p>\n<p>Staqsew g\u0127aliex g\u0127addew erba\u2019 xhur u \u0127add g\u0127adu ma jaf min ordna l-assassinju ta\u2019 Daphne Caruana Galizia li kienet qed tikxef e\u017cempji atro\u010bi ta\u2019 korruzzjoni.<\/p>\n<p>L-attivisti staqsew x\u2019kien l-interess tal-Prim Ministru illi j\u017comm lill-Ministru Konrad Mizzi u li\u010b-Chief of Staff tieg\u0127u, Keith Schembri \u2013 li t-tnejn huma implikati f\u2019atti serji ta\u2019 korruzzjoni \u2013 fil-karigi tag\u0127hom. \u201cG\u0127aliex g\u0127adu ma ke\u010b\u010bihomx? X\u2019qed jistenna?\u201d<\/p>\n<\/div>\n<div><\/div>\n<div><img class=\"aligncenter wp-image-4437 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-16.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"683\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-16-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-16-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-16-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/20180218-16.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/div>\n<div><\/div>\n<div>L-attivisti ta\u2019 #OccupyJustice qalu illi jridu jag\u0127mluha \u010bara illi ma kisru l-ebda li\u0121i billi huma krew billboards ming\u0127and persuni privati. Huma ffirmaw il-kuntratti me\u0127tie\u0121a, l-invoices u t-taxxi \u0121ew m\u0127allsa kollha u kellhom garanzija bil-miktub illi l-billboards kellhom il-permessi ne\u010bessarji. Ter\u0121a&#8217; u tg\u0127id, l-Awtorit\u00e0 tal-Ippjanar g\u0127a\u017clet dik il-\u0121urnata u dak il-\u0127in biex tne\u0127\u0127i dawn il-billboards meta Malta tinsab mimlija billboards li \u017cgur huma illegali, billboards illi l-partiti politi\u010bi u\u017caw ming\u0127ajr xkiel g\u0127all-g\u0127anijiet tag\u0127hom.<\/div>\n<div>\n#occupyjustice huwa grupp ta&#8217; nisa ddeterminati li ji\u0121\u0121ieldu g\u0127al dak li huwa korrett, g\u0127all-\u0121ustizzja u g\u0127al so\u010bjet\u00e0 \u0121usta u ugwali.<\/div>\n<div><\/div>\n<div>\u201cA\u0127na #Occupyjustice. Ma niffurmaw parti minn EBDA partit politiku. A\u0127na attivisti li nippretendu l-og\u0127la livell ta\u2019 tmexxija trasparenti u g\u0127aqlija (good governance) minn dawk li jokkupaw karigi t\u2019awtorit\u00e0 f\u2019pajji\u017cna.\u201d<\/div>\n<div><\/div>\n<div>Il-motto tag\u0127hom hija: Din hija darna, dan hu pajji\u017cna, u a\u0127na l-poplu tieg\u0127u. Nippretendu a\u0127jar, \u0127aqqna a\u0127jar, ne\u017ci\u0121u a\u0127jar.<\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Stqarrija ta&#8217; #occupyjustice: \u0120urnata wara li l-billboards li tellg\u0127u l-grupp #occupyjustice tne\u0127\u0127ew mill-awtoritajiet, l-attivisti n\u0121abru quddiem Kastilja bl-istess messa\u0121\u0121i fuq banners biex i\u0127alluhom ta\u0127t it-tara\u0121 ta\u2019 Kastilja. \u201cJekk ta\u0127seb illi se tag\u0127lqilna \u0127alqna billi tne\u0127\u0127i l-billboards li tellajna, jew billi turi snienek u ti\u017cra\u2019 l-bi\u017ca\u2019 anki fil-persuni tan-negozju li jippruvaw jg\u0127inuna ni\u0121\u0121ieldu sabiex jer\u0121a\u2019 jkun [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4436,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4441\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4441"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4441\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4474,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4441\/revisions\/4474\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4436\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4441"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4441"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4441"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}