{"id":4469,"date":"2018-02-19T12:46:55","date_gmt":"2018-02-19T11:46:55","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4469"},"modified":"2018-02-19T15:20:45","modified_gmt":"2018-02-19T14:20:45","slug":"kollox-ta-taht-fuq","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/kollox-ta-taht-fuq\/","title":{"rendered":"Kollox ta&#8217; ta\u0127t fuq"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-02-19\/local-news\/David-Casa-testified-before-inquiring-magistrate-after-presenting-FIAU-report-6736185016\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">David Casa dalg\u0127odu \u0127are\u0121 mill-g\u0127atba tal-Qorti qisu mhux hu.\u00a0<\/a>Ma kienx liebes il-manetti li jrid ilibbislu Manwel Mallia.\u00a0S&#8217;issa.<\/p>\n<p>Huma bosta li jistaqsu kif inhi dil-bi\u010b\u010ba li donnu\u00a0Joseph Muscat ig\u0127addiha lixxa f&#8217;kollox. X&#8217;aktarx ji\u0121ri hekk g\u0127ax jinqeda&#8217; b&#8217;ri\u0121ment ta&#8217; qaddejja u ta&#8217; lag\u0127qa\u00a0biex jitkellmu u ja\u0121ixxu b&#8217;mod skandalu\u017c. Inqeda&#8217; b&#8217;kunsillier tal-Belt Valletta biex jipprova je\u0127les mill-mafkar\u00a0ta&#8217; Daphne Caruana Galizia\u00a0fi Triq ir-Repubblika u meta g\u0127arralu,\u00a0inqeda&#8217; b&#8217;qaddejja fidili o\u0127ra\u00a0li qieg\u0127du fuqu ritratt tal-eroj tieg\u0127u Duminku Mintoff\u00a0u dan f&#8217;attentat\u00a0biex jipprovoka reazzjoni li seta&#8217; mbag\u0127ad jisfrutta.<\/p>\n<p>Bit-tama li jipprovoka r-rabja,\u00a0qabbad lill-impjegati tal-partit tieg\u0127u biex\u00a0jiffastidjaw lill-familja ta&#8217; Daphne bil-\u0121bid ta&#8217;\u00a0video recording f&#8217;wi\u010b\u010bhom u dan biex\u00a0 jipprova jwassal il-messa\u0121\u0121\u00a0infami tieg\u0127u li dawn huma l-familja tas-&#8220;sa\u0127\u0127ara&#8221;.<\/p>\n<p>\u0120ieg\u0127el lir-regolatur tal-ippjanar\u00a0li jqum mir-raqda perpetwa tieg\u0127u biex mit-toroq jitne\u0127\u0127ew posters b&#8217;messa\u0121\u0121i ta&#8217; protesta kontrih, liema posters l-operatur kellu l-&#8220;ardir&#8221; li ja\u010b\u010betta.<\/p>\n<p>\u0120ieg\u0127el ri\u0121ment ta&#8217; qaddejja biex minn fuq l-internet jippruvaw jiffastidjaw, jintimidaw u jo\u0127onqu l-fehmiet tal-oppo\u017cizzjoni: ibda&#8217; b&#8217;Neville Gaf\u00e0, Rosianne Cutajar u Robert Musumeci li jiktbu ta\u0127t isimhom u li jerfg\u0127u ir-responsabbilit\u00e0 ta&#8217; dak li jiktbu\u00a0u kompli bil-lag\u0127qa anonimi li jgaraw il-\u0121ebla u mbag\u0127ad ja\u0127bu idhom.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4460 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/manuel-mallia-300x169.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"169\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/manuel-mallia-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/manuel-mallia-478x270.jpg 478w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/manuel-mallia.jpg 622w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>U l-biera\u0127 qabbad lil wie\u0127ed mill-eks ministri tieg\u0127u biex jitkellmu g\u0127alih f&#8217;attentat iddisprat\u00a0biex ibe\u017c\u017cg\u0127u lil David Casa milli jippre\u017centa lill-Ma\u0121istrat kopja midfuna tal-investigazzjoni tal-FIAU.<\/p>\n<p>David Casa ilu jg\u0127id g\u0127al \u0121img\u0127at s\u0127a\u0127 li f&#8217;idej\u0127 g\u0127andu dan ir-rapport li, skont hu, fih provi li jistg\u0127u iwasslu biex Konrad Mizzi jispi\u010b\u010ba l-\u0127abs. Dalg\u0127odu \u0127add ma staqsieh jekk il-pulizija kinitx\u00a0talbitu\u00a0jkunx lest li jikkopera mag\u0127ha\u00a0f&#8217;investigazzjoni dwar dak li hemm fir-rapport.<\/p>\n<p>Din il-mistoqsija kont tistenna li ssir li kieku qeg\u0127din ng\u0127ixu f&#8217;pajji\u017c normali.<\/p>\n<p>Il-fatt biss li g\u0127all-pulizija kien qisu ma \u0121ara&#8217; xejn meta David Casa\u00a0stqarr pubblikament li g\u0127andu l-provi f&#8217;idej\u0127 ta&#8217; attivita&#8217; kriminali, jag\u0127ti\u00a0ra\u0121un s\u0127i\u0127 lil dawk kollha li qed jipprotestaw kontra l-impunit\u00e0 li hawn fil-pajji\u017c.<\/p>\n<p>David Casa ma marx il-Qorti llum g\u0127all-g\u0127arrieda u ming\u0127ajr ma stqarr minn qabel ir-ra\u0121uni g\u0127ala kien se\u00a0jid\u0127ol il-Qorti. U,\u00a0g\u0127al \u0121ie\u0127na, g\u0127all-pulizija qiesu ma \u0121ara&#8217; xejn!<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li tifhmu sew dak li qed ng\u0127id, jekk jog\u0127\u0121obkom. G\u0127aliex hemm bosta li g\u0127ad m&#8217;humiex jifhmu g\u0127al kollox.<\/p>\n<p>Jekk jien kelli n\u0127abbar minn fuq ir-radju li g\u0127andu f&#8217;idejja informazzjoni li \u010aikku qatel lil martu, hi \u0127a\u0121a minn ewl id-dinja li l-pulizija jibg\u0127atu g\u0127alija biex jistaqsuni x&#8217;naf u kif sirt naf. Dan m&#8217;hu xejn \u0127lief sens komun. Il-pulizija g\u0127alhekk qieg\u0127da hemm.<\/p>\n<p>U dan kien e\u017catt dak li l-pulizija naqset\u00a0li tag\u0127mel kemm David Casa \u0127abbar ilu li kellu informazzjoni dwar reati kriminali li tag\u0127hom tista&#8217; te\u0127el ikla \u0127abs \u017cul minn hemm.<\/p>\n<p>U sal-biera\u0127\u00a0Joseph Muscat sab qaddej f&#8217;Manwel Mallia li g\u0127o\u0121bu jhedded bil-\u0127abs lil David Casa kemm il-darba dan jazzarda li jikkollabora mal-istituzzjonijiet tal-istat fl-investigazzjoni ta&#8217; dawn ir-reati kriminali.<\/p>\n<p>Malta: pajji\u017c fejn kollox jinsab ta&#8217; ta\u0127t fuq. Uffi\u010bjalment.<\/p>\n<p>Biex nikkwota minn Chris Hedges: g\u0127andna prim ministru li jrid lit-tobba jeqirdulna\u00a0s-sa\u0127\u0127a, lill-avukati tag\u0127na li jeqirdulna l-\u0121ustizzja, lill-universitajiet tag\u0127na\u00a0li jeqirdu t-tag\u0127lim, lix-xandara\u00a0li jeqirdu l-informazzjoni, lill-pulizija tag\u0127na li teqred il-libert\u00e0, lir-reli\u0121jonijiet tag\u0127na li jeqirdu l-morali u lill-banek tag\u0127na li jeqirdu l-ekonomija.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>David Casa dalg\u0127odu \u0127are\u0121 mill-g\u0127atba tal-Qorti qisu mhux hu.\u00a0Ma kienx liebes il-manetti li jrid ilibbislu Manwel Mallia.\u00a0S&#8217;issa. Huma bosta li jistaqsu kif inhi dil-bi\u010b\u010ba li donnu\u00a0Joseph Muscat ig\u0127addiha lixxa f&#8217;kollox. X&#8217;aktarx ji\u0121ri hekk g\u0127ax jinqeda&#8217; b&#8217;ri\u0121ment ta&#8217; qaddejja u ta&#8217; lag\u0127qa\u00a0biex jitkellmu u ja\u0121ixxu b&#8217;mod skandalu\u017c. Inqeda&#8217; b&#8217;kunsillier tal-Belt Valletta biex jipprova je\u0127les mill-mafkar\u00a0ta&#8217; Daphne [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4469\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4469"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4469\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4478,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4469\/revisions\/4478\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4469"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4469"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4469"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}