{"id":45277,"date":"2018-11-13T17:35:28","date_gmt":"2018-11-13T16:35:28","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=45277"},"modified":"2018-11-14T12:43:22","modified_gmt":"2018-11-14T11:43:22","slug":"it-tixhim-jaqta-miz-zewg-nahat","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/11\/it-tixhim-jaqta-miz-zewg-nahat\/","title":{"rendered":"It-tix\u0127im jaqta&#8217; mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-44293\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/92.jpg\" alt=\"\" width=\"320\" height=\"240\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/92-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/92-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/92.jpg 320w\" sizes=\"(max-width: 320px) 100vw, 320px\" \/><\/p>\n<p>M&#8217;hemmx dubju li Keith Schembri u Konrad Mizzi suppost issejj\u0127u fil-kwartier \u0121enerali tal-Pulizija biex iwie\u0121bu g\u0127al mistoqsijiet dwar l-im\u0121ieba tag\u0127hom u dan min\u0127abba d-dokumenti li nkixfu li minnhom innifishom huma prova \u010bara li dawn \u0127olqu kumpannija apposta biex tir\u010bievi flejjes g\u0127an-nom tag\u0127hom &#8211; flejjes li kienu se ji\u0121u minn kumpannija o\u0127ra.<\/p>\n<p>U issa sirna nafu li sid din il-kumpannija l-o\u0127ra huwa l-kap ta&#8217; wie\u0127ed mill-kumpanniji fornituri li mag\u0127ha sar il-ftehim dwar l-ener\u0121ija.<\/p>\n<p>G\u0127andna mitt ra\u0121un nirrabjaw g\u0127al min gawda, u g\u0127adu jgawdi, mill-korruzzjoni. Il-korruzzjoni m&#8217;hix biss reat kriminali &#8211; hi wkoll tradiment enormi. Il-pajji\u017c tellag\u0127hom fil-gvern biex ja\u0121ixxu fl-a\u0127jar interess tieg\u0127u. Minflok g\u0127amlu hekk, a\u0121ixxew biss fl-a\u0127jar interess personali tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Kollu veru. Madankollu wie\u0127ed ma jixxa\u0127\u0127amx jekk ma jkunx hemm ukoll min ixa\u0127\u0127mu.<\/p>\n<p>U allura je\u0127tie\u0121 ukoll li ndawwru l-attenzjoni tag\u0127na fuq dan Yorgen Fenech u lejn tat-<em>Tumas Group<\/em> g\u0127aliex dawn ukoll kien imisshom issejj\u0127u mill-Pulizija. Minn dan kollu ma se\u0127\u0127 xejn. Il-klijenti tas- <em>Satabank<\/em> \u0121ew im\u0121ieg\u0127la jiddejjnu u, g\u0127ax \u0127add minnhom ma nzerta li hu Malti, kul\u0127add \u0121ie jaqa&#8217; u jqum. I\u017cda ta&#8217; Tumas kienu u baqg\u0127u g\u0127addejjin b\u0127allikeku ma \u0121ara&#8217; xejn. Yorgen Fenech inkixef b\u0127ala s-sid ta&#8217; kumpannija re\u0121istrata fid-Dubaj li ftehmet li t\u0127allas flejjes lil kumpanniji ta&#8217; Keith Schembri u ta&#8217; Konrad Mizzi. Fi kliem ie\u0127or, ftiehem li jxa\u0127\u0127am u dan huwa reat kriminali.<\/p>\n<p>Yorgen Fenech huwa wkoll fornitur lill-pajji\u017c ta&#8217; servizz regolat: tista&#8217; tg\u0127id li l-forniment lil Malta tal-ener\u0121ija jinsab f&#8217;idej\u0127 u, jekk irid, jista&#8217; jaqta&#8217; l-provvista kif u meta jrid. Il-provvista tal-ener\u0121ija hi servizz strate\u0121iku, delikat, kru\u010bjali u wie\u0127ed li ma nistg\u0127ux ng\u0127addu ming\u0127ajru. Hu wkoll <em>public service obligation<\/em> li tant hu importanti l-gvern g\u0127amel u\u017cu minnu biex ji\u0121\u0121ustifika l-fatt li l-<em>Bank of Valletta<\/em> \u0121iet im\u0121ieg\u0127la tid\u0127ol g\u0127al riskju finanzjarju enormi biex seta&#8217; \u0121ie garantit is-self li sar lil tal-<em>Electrogas<\/em>.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed mis-sidien tal-<em>Electrogas<\/em> hi kumpannija mmexxija minn bniedem li fuqu hemm suspetti dwar reati serji \u0127afna. X&#8217;ji\u0121ri jekk Yorgen Fenech jidde\u010biedi li ma jifla\u0127x g\u0127al aktar pressjoni fuqu u jg\u0127eb mix-xena? X&#8217;ji\u0121ri jekk jikkonkludi li Konrad Mizzi u Keith Schembri ma jistg\u0127ux jibqg\u0127u ituh il-kenn? X&#8217;ji\u0121ri jekk tas-<em>Siemens<\/em> i\u010bedu g\u0127all-pressjoni li di\u0121\u00e0 qed issir fuqhom fil-\u0120ermanja min\u0127abba l-allegazzjonijiet serji ta&#8217; tix\u0127im minn wie\u0127ed mill-imsie\u0127ba tag\u0127hom fil-pro\u0121ett ta&#8217; Malta u jekk dan kollu jasal f&#8217;widnejn l-awtoritajiet ta&#8217; dak il-pajji\u017c? X&#8217;ji\u0121ri jekk tas-<em>Siemens<\/em> jidde\u010biedu li jabbandunaw kollox? Min se jerfa&#8217; l-pi\u017c tal-\u0127ofra fil-finanzi li jispi\u010b\u010baw ikollhom tal-<em>Electrogas<\/em>? U min se jiggarantilna l-kontinwazzjoni tal-forniment tal-ener\u0121ija?<\/p>\n<p>Hemm ukoll kumplikazzjonijiet o\u0127ra. Tat-<em>Tumas Group<\/em> ma joperawx biss f&#8217;suq regolat wie\u0127ed. Dawn huma mda\u0127\u0127lin ukoll fin-negozju tal-im\u0127atri u joperaw il-<em>casinos<\/em>, jorganizzaw <em>tournaments<\/em> tal-<i>poker<\/i> u investew ukoll fl-<em>online gaming<\/em>. U\u0127ud minn dawn il-li\u010benzji jinsabu fl-ismijiet ta&#8217; w\u0127ud mill-a\u0127wa Fenech: x&#8217;aktarx ukoll f&#8217;isem Yorgen Fenech. Dan qed jitqies b\u0127ala &#8220;persuna idoneja&#8221; g\u0127all-finijiet tal-li\u0121ijiet dwar il-<em>gaming<\/em>?<\/p>\n<p>Tat-<em>Tumas Group<\/em> huma mda\u0127\u0127lin ukoll fil-proprjet\u00e0. Dawn jixtru l-proprjet\u00e0 u mbag\u0127ad ibieg\u0127uha b\u0127ala appartamenti g\u0127al ammonti kbar ta&#8217; flus. X&#8217;se jag\u0127mlu issa n-nutara? Se jixg\u0127alu bozza \u0127amra fuq kull bi\u010b\u010ba proprjet\u00e0 li tinbieg\u0127 b&#8217;kuntratt mit-<em>Tumas Group<\/em> min\u0127abba l-li\u0121ijiet dwar il-\u0127asil tal-flus ma\u0127mu\u0121in?<\/p>\n<p>G\u0127ax meta jse\u0127\u0127 dan it-ta\u0127wid kollu, jsofru mhux biss ir-reputazzjonijiet ta&#8217; Keith Schembri u ta&#8217; Konrad Mizzi: dawn it-tnejn ma tantx fadlilhom x&#8217;jitilfu mir-reputazzjoni li darba seta&#8217; kellhom.<\/p>\n<p>Isofri l-pajji\u017c kollu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-44295\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/743654_img650x420_img650x420_crop.jpg\" alt=\"\" width=\"650\" height=\"420\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/743654_img650x420_img650x420_crop-200x129.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/743654_img650x420_img650x420_crop-300x194.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/743654_img650x420_img650x420_crop-400x258.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/743654_img650x420_img650x420_crop-600x388.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/743654_img650x420_img650x420_crop.jpg 650w\" sizes=\"(max-width: 650px) 100vw, 650px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>M&#8217;hemmx dubju li Keith Schembri u Konrad Mizzi suppost issejj\u0127u fil-kwartier \u0121enerali tal-Pulizija biex iwie\u0121bu g\u0127al mistoqsijiet dwar l-im\u0121ieba tag\u0127hom u dan min\u0127abba d-dokumenti li nkixfu li minnhom innifishom huma prova \u010bara li dawn \u0127olqu kumpannija apposta biex tir\u010bievi flejjes g\u0127an-nom tag\u0127hom &#8211; flejjes li kienu se ji\u0121u minn kumpannija o\u0127ra. U issa sirna nafu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":44293,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/45277\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=45277"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/45277\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":45746,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/45277\/revisions\/45746\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/44293\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=45277"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=45277"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=45277"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}