{"id":45756,"date":"2018-11-13T18:13:30","date_gmt":"2018-11-13T17:13:30","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=45756"},"modified":"2018-11-14T18:17:47","modified_gmt":"2018-11-14T17:17:47","slug":"tghid-varist-bartolo-ghadu-jghid-li-int-annimal","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/11\/tghid-varist-bartolo-ghadu-jghid-li-int-annimal\/","title":{"rendered":"Tg\u0127id Varist Bartolo g\u0127adu jg\u0127id li int annimal?"},"content":{"rendered":"<p>Fi \u017cminijiet o\u0127ra, meta Varist Bartolo stess ma kienx lanqas jo\u0127lom li jg\u0127atti x-xtur tal-korruzzjoni li sse\u0127\u0127 ta\u0127tu u fi \u017cmien ukoll meta lanqas hu stess &#8211; ta&#8217; \u0121urdien xi\u0127 li hu &#8211; ma kien g\u0127adu nteba\u0127 li Joseph Muscat kien f&#8217;konfoffa s\u0127i\u0127a ma&#8217; Konrad Mizzi u Keith Schembri, dan il-galantom kien a\u017c\u017carda jistqarr li Konrad Mizzi kien messu warrab mill-politika hekk kif inkixef li hu sid ta&#8217; kumpannija sigrieta fil-Panama.<\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien kien g\u0127adu ma sarx jaf b&#8217;dak kollu li jaf illum.\u00a0Ji\u0121ifieri dak i\u017c-\u017cmien kien g\u0127adu ma kienx jaf li Joseph Muscat lanqas ig\u0127addilu mill-kuridur ta&#8217; mo\u0127\u0127u l-\u0127sieb li jke\u010b\u010bi lil Konrad Mizzi. Kien g\u0127adu ma kienx jaf li Konrad Mizzi mhux biss \u0127oloq kumpannija fil-Panama i\u017cda hu wkoll is-sid ta&#8217; kumpannija li ftiehmet ma&#8217; kumpannija re\u0121istrata fid-Dubaj li sidtha hi l-kumpannija tal-ener\u0121ija li ming\u0127andha nxtrat l-ener\u0121ija. Kien g\u0127adu ma kienx jaf li Keith Schembri kellu wkoll x&#8217;jaqsam ma&#8217; din il-\u0127adma kriminali.<\/p>\n<p>U lanqas ma kien imma\u0121ina li b&#8217;g\u0127ajnejh kien ser jara Iranjan ja\u0127rab inkiss inkiss minn bank b&#8217;bagalja f&#8217;idu li, skond xhud, kien fiha l-prova fi\u017cika li Joseph Muscat huwa s-sid ta&#8217; kumpannija sigrieta o\u0127ra tal-Panama.<\/p>\n<p>Allura issa kien jaqbel li ninsew dak li konna ntba\u0127na bih sa mill-ewwel \u0121urnata li xxandret l-a\u0127bar dwar il-<em>Panama Papers<\/em> li ta r-ra\u0121un kollu lil Daphne: ji\u0121ifieri li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu \u0127olqu kumpanniji fil-Panama sa mill-ewwel \u0121img\u0127a li \u0127adu r-riedni tal-gvern f&#8217;idejhom.<\/p>\n<p>X&#8217;kien qal Varist Bartolo? Kien qal li mhux sewwa li s-sinjuri u s-setg\u0127ana jaraw kif jag\u0127mlu biex jevadu l-\u0127las tat-taxxa filwaqt li l-bqija jkollhom i\u0127allsu minn imne\u0127irhom kull sitt \u0127abbiet li jkollhom. Peress li dak i\u017c-\u017cmien kien g\u0127adu ma jafx b&#8217;dawk is-setg\u0127ana li l-kontijiet bankarji tag\u0127hom riedu jimlewhom bi flejjes misruqin mill-kontijiet tad-dawl li n\u0127allsu, kien qal hekk:<\/p>\n<p><iframe src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/E6Gvj0Onht0\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p>Illum \u017cgur mhux se jg\u0127id l-istess \u0127a\u0121a g\u0127ax il-qorti \u010banfritu talli hu stess g\u0127atta l-korruzzjoni ta&#8217; dawk ta&#8217; ta\u0127tu. Issa jinsab im\u010bappas daqs l-img\u0127allem tieg\u0127u li, minn na\u0127a tieg\u0127u, qed jg\u0127atti d-dnubiet ta&#8217; dawk li Varist kien ikkritika f&#8217;dan il-<em>video<\/em>. Madankollu minn dan il-<em>video<\/em> nistg\u0127u ninteb\u0127u x&#8217;kien ikun lest li jg\u0127id li kieku dan seta&#8217; jg\u0127idu.<\/p>\n<p>Hemm o\u0127rajn fil-Partit Laburista li m&#8217;humiex im\u010bappsin b&#8217;dan il-mod. U dawn je\u0127tie\u0121 li jsemmg\u0127u le\u0127inhom.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fi \u017cminijiet o\u0127ra, meta Varist Bartolo stess ma kienx lanqas jo\u0127lom li jg\u0127atti x-xtur tal-korruzzjoni li sse\u0127\u0127 ta\u0127tu u fi \u017cmien ukoll meta lanqas hu stess &#8211; ta&#8217; \u0121urdien xi\u0127 li hu &#8211; ma kien g\u0127adu nteba\u0127 li Joseph Muscat kien f&#8217;konfoffa s\u0127i\u0127a ma&#8217; Konrad Mizzi u Keith Schembri, dan il-galantom kien a\u017c\u017carda jistqarr li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":44742,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/45756\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=45756"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/45756\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":46013,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/45756\/revisions\/46013\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/44742\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=45756"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=45756"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=45756"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}