{"id":4673,"date":"2018-02-20T13:23:32","date_gmt":"2018-02-20T12:23:32","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4673"},"modified":"2018-02-23T16:47:28","modified_gmt":"2018-02-23T15:47:28","slug":"il-liberta-hi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/il-liberta-hi\/","title":{"rendered":"Il-libert\u00e0 hi&#8230;"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180220\/local\/illegal-billboards-still-stand-despite-notices-going-back-two-years.671203?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;dan ir-rapport tat-Times of Malta dwar il-<em>billboards\u00a0<\/em>illegali<\/a> issib l-informazzjoni kollha li tin\u0127tie\u0121 jekk g\u0127adek qed t\u0127ossok impressjonat bl-insistenza tal-gvern li meta ne\u0127\u0127a l-<em>billboards <\/em>tal-#occupyjustice li kienu qed jikkritikawh, g\u0127amel dan biex jinforza l-li\u0121i.<\/p>\n<p>L-infurzar diskriminatorju tal-li\u0121i hu illegali. Il-li\u0121i mhix mag\u0127mula biss mill-kapitlu jew il-vers li jaqrawlek il-<em>bullies<\/em> armati bir-revolver li ji\u0121u bit-trakkijiet mikrija biex jie\u0127du azzjoni kontrik. Li kieku kien hekk, ni\u0121\u0121ustifikaw l-<em>apartheid<\/em> bl-argument li l-bojod kienu skruplu\u017ci meta \u0121ew biex jille\u0121i\u017claw fir-rigward tad-diskriminazzjoni u s-separazzjoni.<\/p>\n<p>Meta l-attivista tad-drittijiet \u010bivili Rosa Parks irrifjutat li \u010b\u010bedi s-si\u0121\u0121u fuq tal-linja lil persuna ta&#8217; \u0121ilda bajda kienet qed tikser il-li\u0121i. L-istess meta Emily Davison intefg\u0127et ti\u0121ri quddiem i\u017c-\u017cwiemel u meta Vaclav Havel irrisponda g\u0127all-artiklu ta&#8217; Ludvik Vaculik. U meta Gandhi \u0127araq id-dokumenti tal-identit\u00e0 li kienu juru li hu mill-Afrika t&#8217;Isfel, kien qed jeqred proprjet\u00e0 pubblika.<\/p>\n<p>Dawn kollha kienu atti illegali. Imma dawn il-persuni kienu qed jobdu li\u0121i li hija ferm aktar importanti u fundamentali, li\u0121i suprema li tippermettilna ng\u0127ixu fil-pa\u010bi. Dik il-li\u0121i li tesi\u0121i li l-ebda li\u0121i o\u0127ra ma tista&#8217; tikser id-drittijiet ba\u017ci\u010bi tag\u0127na li \u0127add ma jista&#8217; jo\u0127dilna g\u0127ax huma drittijiet naturali li ngawdu minnhom sew jekk a\u0127na parti minn ma\u0121\u0121oranza jew minoranza, kif ukoll jekk is-su\u0121\u0121ett ikunx jikkon\u010berna individwu jew le.<\/p>\n<p>Huwa dritt tag\u0127na li nibag\u0127tu lill-gvern jixxejjer. U jekk min g\u0127andu l-poter f&#8217;idejh ju\u017ca l-li\u0121ijiet biex iwaqqafna proprju milli nag\u0127mlu dan, ikun hu li jkun qed jisker il-li\u0121i.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4293 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/27752555_416671985440885_9093894999988752850_n-300x225.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"225\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/27752555_416671985440885_9093894999988752850_n-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/27752555_416671985440885_9093894999988752850_n-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/27752555_416671985440885_9093894999988752850_n-768x576.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/27752555_416671985440885_9093894999988752850_n.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Hu x&#8217;inhu, tal-#occupyjustice spjegaw li huma ma kisru l-ebda li\u0121i. Ibbukkjaw il-<em>billboards<\/em> ma&#8217; kumpanija li tipprovdihom u li \u0127allsuha l-ammont kollu li ntalbu, bit-taxxa dovuta b&#8217;kollox. Iffirmaw ukoll kuntratt li kien jorbothom li josservaw il-li\u0121i.<\/p>\n<p>Imma l-gvern \u0127assu offi\u017c bil-messa\u0121\u0121 tal-<em>billboards<\/em> u \u0127a passi mill-ewwel biex jo\u0127onqilhom il-vu\u010bi tag\u0127hom u jag\u0127lqilhom \u0127alqhom. Huma raw x&#8217;kienet l-isku\u017ca li ng\u0127atat biex ti\u0121\u0121ustifika din l-azzjoni u u\u017cawha biex iwie\u0121bu. L-iskop tag\u0127hom ma kienx l-infurzar tal-li\u0121i. Li kieku dan kien l-iskop, il-mijiet ta&#8217; <em>billboards<\/em> li g\u0127ad hemm hemm barra u li g\u0127andhom xi \u0127a\u0121a irregolari kienu jitne\u0127\u0127ew mill-ewwel u bl-istess mod kif \u0121ara f&#8217;dan il-ka\u017c.<\/p>\n<p>Meta l-gvern jibg\u0127at spettur tat-taxxa biex ji\u010b\u010bekkja li l-\u0127wienet kollha fi triq popolari g\u0127all-kummer\u010b qed ji\u010b\u010bar\u0121jaw il-VAT, ikun qed jinforza l-li\u0121i. Meta jibag\u0127tu f&#8217;\u0127anut wie\u0127ed biss, b&#8217;mod ripetut, g\u0127ax is-sid tal-\u0127anut ikun appo\u0121\u0121ja xi partit jew xi kaw\u017ca li l-gvern ma jaqbilx mag\u0127hom, waqt li jinjora l-illegalitajiet imwettqa minn \u0127wienet o\u0127ra, il-gvern ma jkunx qed jinforza l-li\u0121i. Ikun qed jiksirha.<\/p>\n<p>Il-libert\u00e0 hija \u010b-\u010bertezza li d-drittijiet ta&#8217; persuna ji\u0121u rispettati minn dawk li l-istess persuna ma taqbilx mag\u0127hom. Dik i\u010b-\u010bertezza llum tlifnieha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>F&#8217;dan ir-rapport tat-Times of Malta dwar il-billboards\u00a0illegali issib l-informazzjoni kollha li tin\u0127tie\u0121 jekk g\u0127adek qed t\u0127ossok impressjonat bl-insistenza tal-gvern li meta ne\u0127\u0127a l-billboards tal-#occupyjustice li kienu qed jikkritikawh, g\u0127amel dan biex jinforza l-li\u0121i. L-infurzar diskriminatorju tal-li\u0121i hu illegali. Il-li\u0121i mhix mag\u0127mula biss mill-kapitlu jew il-vers li jaqrawlek il-bullies armati bir-revolver li ji\u0121u bit-trakkijiet mikrija biex [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4673\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4673"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4673\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4717,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4673\/revisions\/4717\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4673"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4673"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4673"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}