{"id":4678,"date":"2018-02-21T20:16:19","date_gmt":"2018-02-21T19:16:19","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4678"},"modified":"2018-02-22T18:31:21","modified_gmt":"2018-02-22T17:31:21","slug":"g-farrugia-calleja-ghax-kollox-jghaddi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/g-farrugia-calleja-ghax-kollox-jghaddi\/","title":{"rendered":"G Farrugia Calleja: G\u0127ax kollox jg\u0127addi"},"content":{"rendered":"<p><em>Miktub mill-mistieden <\/em><i>George Farrugia Calleja:<\/i><\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/84696\/magistrate_elected_on_watchdog_that_rebuked_her_for_ethics_breach\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Skont il-MaltaToday<\/a>, u ladarba ma kien hemm l-ebda \u010ba\u0127da, allura nifhem li dak li nkiteb huwa minnu, il-Ma\u0121istrat Consuelo Scerri Herrera \u0121iet eletta minn s\u0127abha biex isservi fuq il-Kummissjoni g\u0127all-Amministrazzjoni tal-\u0120ustizzja.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4647 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/charlon-gouder-and-jonathan-300x225.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"225\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/charlon-gouder-and-jonathan-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/charlon-gouder-and-jonathan-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/charlon-gouder-and-jonathan.jpg 604w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Il-funzjoni prin\u010bipali ta&#8217; din l-istituzzjoni stmata, li mhix mag\u0127rufa g\u0127al xi entu\u017cja\u017cmu partikolari biex tag\u0127mel pubbli\u010bi l-materji li tiddiskuti (kif indunajt mill-ewwel wara tfittxija fuq Google), hi li tirregola l-professjoni legali u l-\u0121udikatura. Hi mmexxija mill-President, bil-Prim Im\u0127allef u numru ta&#8217; persuni o\u0127ra mag\u0127\u017cula li suppost jispiraw lil s\u0127abhom fil-qasam legali jservu b\u0127ala membri tag\u0127ha.<\/p>\n<p>U dak hu bejn wie\u0127ed u ie\u0127or li nafu dwarha, g\u0127alkemm ninsab \u010bert li fil-li\u0121i hemm aktar dettalji.<\/p>\n<p>Kull tant \u017cmien jo\u0127ro\u0121 ftit tag\u0127rif ie\u0127or interessanti, b\u0127al dak li hemm fl-istorja tal-MaltaToday, li tfakkarna wkoll kif il-Ma\u0121istrat Consuelo Scerri Herrera kienet \u0121iet im\u010banfra bi kliem pjuttost iebes (relattivament, naturalment) u dan ba\u017cikament kien se\u0127\u0127 min\u0127abba a\u0121ir personali li ma tantx tista&#8217; tiddeskrivih b\u0127ala rispettabbli.<\/p>\n<p>Scerri Herrera ma kinitx \u0121iet sospi\u017ca mir-rwol tag\u0127ha, wisq inqas imke\u010b\u010bija &#8211; f&#8217;dak il-ka\u017c kienu jkunu me\u0127tie\u0121a \u017cew\u0121 terzi tal-ma\u0121\u0121oranza Parlamentari, xi \u0127a\u0121a li diffi\u010bli setg\u0127et isse\u0127\u0127, b&#8217;\u0127uha Ministru fil-Kabinett u dak kollu li dan i\u0121ib mieg\u0127u. L-istorja tg\u0127id li ma kinitx \u0121iet a\u010b\u010bettata biex tin\u0127atar im\u0127allef, materja li mhix kompitu tal-Parlament.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4648 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera_Ignatius-Farrugia-300x225.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"225\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera_Ignatius-Farrugia-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera_Ignatius-Farrugia-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera_Ignatius-Farrugia.jpg 604w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Il-Ma\u0121istrat Consuelo Scerri Herrera g\u0127alhekk kienet, u g\u0127adha, membru tal-\u0121udikatura <em>in &#8216;good&#8217; standing <\/em>&#8211; kif jg\u0127id l-Ingli\u017c &#8211; u g\u0127aldaqstant in-nomina tag\u0127ha (wie\u0127ed jistaqsi innominatx lilha nfisha) g\u0127al din il-kariga ma kisret l-ebda li\u0121i, kif ma kisru l-ebda li\u0121i l-pro\u010bess tal-votazzjoni nnifsu u r-ri\u017cultat li juri li kien hemm numru bi\u017c\u017cejjed minn s\u0127abha li g\u0127a\u017clu li jivvutawlha u b&#8217;hekk urew ming\u0127ajr l-ebda dubju li mhuma bl-ebda mod imdejqin bl-atte\u0121\u0121jament tag\u0127ha u bit-twissijiet li qalg\u0127et min\u0127abba l-mod kif i\u0121\u0121ib ru\u0127ha.<\/p>\n<p>Il-Ma\u0121istratura, g\u0127alhekk, hija kuntenta li qed ti\u0121i rappre\u017centata minn xi \u0127add li nstab \u0127ati ta&#8217; nuqqasijiet mill-istess istituzzjoni li ele\u0121\u0121ietha membru tag\u0127ha. Tant hu rari li l-Kummissjoni g\u0127all-Amministrazzjoni tal-\u0120ustizzja twissi lil xi \u0127add li bilfors li l-ka\u017c kien wie\u0127ed tassew serju, imma g\u0127all-ma\u0121istrati li jaspiraw li jsiru m\u0127allfin, qisu ma \u0121ara xejn.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4649 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera-Hugh-Anastasi-Robert-Musumeci-300x273.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"273\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera-Hugh-Anastasi-Robert-Musumeci-297x270.jpg 297w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera-Hugh-Anastasi-Robert-Musumeci-300x273.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/Consuelo-Herrera-Hugh-Anastasi-Robert-Musumeci.jpg 442w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/><\/p>\n<p>Probabbli tippretendu li l-Ma\u0121istrat Scerri Herrera messu g\u0127addielha minn mo\u0127\u0127ha illi li timbotta lilha nfisha g\u0127al dan ir-rwol mhix l-a\u0127jar \u0127a\u0121a li setg\u0127et tag\u0127mel. Imma mbag\u0127ad, probabbli tg\u0127iduli li messu m&#8217;g\u0127addielha qatt minn mo\u0127\u0127ha lanqas li \u0121\u0121ib ru\u0127ha bil-mod kif \u0121abet ru\u0127ha &#8211; li jidher \u010bar li mhux il-ka\u017c.<\/p>\n<p>Kont timma\u0121ina li anke l-kostitwenti tag\u0127ha ji\u0121ihom f&#8217;mo\u0127\u0127hom li kieku m&#8217;approvawx in-nomina tag\u0127ha kienu jkunu qed jibag\u0127tu messa\u0121\u0121 \u010bar lill-Kummissjoni g\u0127all-Amministrazzjoni tal-\u0120ustizzja dwar x&#8217;ja\u0127sbu verament fuq it-twissijiet u l-kastigi tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Dawn in-nies, u anke l-kollegi tag\u0127hom f&#8217;po\u017cizzjonijiet og\u0127la minn tag\u0127hom, suppost li huma l-a\u0127\u0127ar tarka tag\u0127na kontra l-kriminali u dawk li jwettqu l-abbu\u017c, u kontra dawk li jiksru l-Kostituzzjoni. Huwa benfatt, almenu jekk qed nifhem sew l-artikli e\u010b\u010bellenti tal-Im\u0127allef Giovanni Bonello fis-Sunday Times, li l-Kostituzzjoni ma ti\u0121ix interpretata biss b&#8217;riferenza g\u0127al x&#8217;inhu legali imma wkoll &#8211; anzi aktar minn hekk &#8211; b&#8217;riferenza g\u0127al dak li hu \u0121ust.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4650 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/michelle-muscat-consuelo-herrera-300x165.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"165\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/michelle-muscat-consuelo-herrera-300x165.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/michelle-muscat-consuelo-herrera-491x270.jpg 491w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/michelle-muscat-consuelo-herrera-768x422.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/michelle-muscat-consuelo-herrera.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/michelle-muscat-consuelo-herrera-1038x576.jpg 1038w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/><\/p>\n<p>Ta\u0127sbu li dan kollu huwa \u0121ust?<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Miktub mill-mistieden George Farrugia Calleja: Skont il-MaltaToday, u ladarba ma kien hemm l-ebda \u010ba\u0127da, allura nifhem li dak li nkiteb huwa minnu, il-Ma\u0121istrat Consuelo Scerri Herrera \u0121iet eletta minn s\u0127abha biex isservi fuq il-Kummissjoni g\u0127all-Amministrazzjoni tal-\u0120ustizzja. Il-funzjoni prin\u010bipali ta&#8217; din l-istituzzjoni stmata, li mhix mag\u0127rufa g\u0127al xi entu\u017cja\u017cmu partikolari biex tag\u0127mel pubbli\u010bi l-materji li tiddiskuti [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4651,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4678\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4678"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4678\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4681,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4678\/revisions\/4681\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4651\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4678"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4678"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4678"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}