{"id":4757,"date":"2018-02-21T11:09:14","date_gmt":"2018-02-21T10:09:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4757"},"modified":"2018-02-25T20:33:06","modified_gmt":"2018-02-25T19:33:06","slug":"allura-min-hu-fid-dmir-li-jiccaqlaq","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/allura-min-hu-fid-dmir-li-jiccaqlaq\/","title":{"rendered":"Allura min hu fid-dmir li ji\u010b\u010baqlaq?"},"content":{"rendered":"<p>Jekk jog\u0127\u0121obkom <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180221\/local\/police-planned-further-action-after-analysing-fiau-reports.671297?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">segwu l-intervista li Jacob Borg g\u0127amel lill-Ispettur Ian Abdilla<\/a>.<\/p>\n<p>Din l-intervista fakkritni f&#8217;programm televi\u017civ li kont in\u0127obb insegwi bl-isem <em>Mai Dire Gol<\/em>. Dan il-programm suppost kien jittratta dwar il-futbol i\u017cda b&#8217;xorti tajba mal-futbol ma tantx kellu x&#8217;jaqsam. Kienu juri brani minn intervisti televi\u017civi ma&#8217; players u ma&#8217; coaches u dawn il-brani kienu mbag\u0127ad ji\u0121u adattati g\u0127ad-divertiment tat-telespettaturi.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4640 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/243546-300x168.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"168\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/243546-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/243546-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/243546.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>&#8220;Ma nistax nid\u0127ol fil-merti tal-investigazzjonijiet. Le ma nistax. Ma nistax inkun spe\u010bifiku dwar investigazzjoni partikulari. Hemm ukoll inkjesta ma\u0121isterjali dwarhom, allura&#8230;. Le, le\u00a0jien, qatt.\u00a0\u0126add ma qal li dawn ir-rapporti qatt ma \u0121ew investigati. Kienu investigati. Dawn ir-rapporti kienu nvestigati. Nifhem li kien hemm ukoll mistoqsija fil-Parlament dwarha. Dawn ir-rapporti \u0121ew analizzati. U kienet ser tittie\u0127ed aktar azzjoni i\u017cda mbag\u0127ad xi \u0127add xandarhom u allura issa qed niffokaw fuq l-g\u0127oti ta&#8217; kull assistenza lill-ma\u0121istrati li jkun u je\u0127tie\u0121u. Le, irridu naraw\u00a0ir-ri\u017cultat ta&#8217; dawn l-inkjesti u mbag\u0127ad inkomplu mmexxu dwarhom minn hemm.<\/p>\n<p>&#8220;Qatt m&#8217;g\u0127idna li ma konniex qed ninvestigaw. Dejjem g\u0127idna li konna qed nanalizzaw dawn id-dokumenti sabiex inkun u nistg\u0127u nibqg\u0127u g\u0127addejjin u nag\u0127mlu dak li je\u0127tie\u0121. Konna em. Konna em. Eh, qed ni\u0121bru l-informazzjoni sabiex, eh, inkunu nistg\u0127u inkomplu bil-passi li jkun imiss li jittie\u0127du f&#8217;dawn il-ka\u017cijiet. Ma nistax nikkummenta aktar g\u0127ax issa hemm l-inkjesti ma\u0121isterjali&#8221;.<\/p>\n<p>X&#8217;kien ig\u0127id l-Assistant Kummissarju Abdlla li kieku din il-wirja patetika tieg\u0127u, m\u017cg\u0127uda kif kienet b&#8217;\u0127afna tlaqliq, ing\u0127atat minn xi \u0127add interrogat minnu? Kien qisu g\u0127a\u0121eb tal-presepju hu u jipprova jispjega t-teorija tar-ralattivit\u00e0 ta&#8217; Einstein.<\/p>\n<p>Apparti dan it-tlaqliq u tqan\u017cie\u0127 kollu, il-messa\u0121\u0121 li wassal Abdilla kien li l-pulizija kienet waqqfet l-investigazzjonijiet tag\u0127ha fuq suspetti ta&#8217; attivita kriminali hekk kif ixxandru r-rapporti u l-poplu sar jaf\u00a0bihom. U l-isku\u017ca li \u0121ab kienet li\u00a0\u0121aladarba infet\u0127u l-inkjesti ma\u0121isterjali, il-pulizija ma kellhiex g\u0127alfejn toqg\u0127od tin\u0127ela fuq dan ix-xog\u0127ol.<\/p>\n<p>Ma setax ilissen \u0127merija akbar minn din.\u00a0Ejja ng\u0127idu li Ma\u0121istrat ji\u0121i msejja\u0127 fuq il-lok fejn ikun twettaq\u00a0reat ta&#8217; \u010berta portata. U l-Ma\u0121istrat jibda&#8217; ji\u0121bor il-provi u ja\u0127tar l-esperti b\u0127ala parti mill-inkjesta. Bil-lo\u0121ika tal-Ispettur Abdilla, ebda wa\u0127da minn dawn ir-reati ta&#8217; \u010berta portata m&#8217;g\u0127andha ti\u0121i investigata mill-pulizija.<\/p>\n<p>E\u017cempju ie\u0127or: jinstab \u0121isem mejjet,\u00a0je\u017cisti suspett\u00a0li se\u0127\u0127\u00a0reat kriminali, il-Ma\u0121istrat ji\u0121i msejja\u0127 u tibda&#8217; inkjesta. I\u017cda l-pulizija obbligata tag\u0127mel l-investigazzjonijiet tag\u0127ha wkoll. Il-pulizija g\u0127andha s-setg\u0127a li t\u0127arrek lil dik il-persuna li\u00a0fil-fehma tag\u0127ha\u00a0je\u017cistu provi bi\u017c\u017cejjed biex ti\u0121i pro\u010bessata u\u00a0hija prattika normali li l-pulizija jitloblu lill-magistrate\u00a0biex jag\u0127laq l-inkjesta u jg\u0127addilhom il-provi li jkunu\u00a0\u0121ew mi\u0121bura.<\/p>\n<p>Hekk isiru l-affarijiet meta kul\u0127add jaqdi d-dmirijiet tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Minflok, Ian Abdilla, fost aktar tlaqliq u tqan\u017cie\u0127, qabad ma&#8217; sku\u017ca u dak li kienu fid-dmir li jag\u0127mlu\u00a0hu u s\u0127abu pprova jix\u0127tu fuq il-Ma\u0121istrati li g\u0127andhom dmirijiet li huma differenti g\u0127al kollox.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad kompla jg\u0127affe\u0121. Ammetta mhux biss li kien jaf li l-FIAU kienet qed tinvestiga lil Konrad Mizzi\u00a0i\u017cda\u00a0li je\u017cisti rapport dwar il-kwistjonijiet li dan jinsab imda\u0127\u0127al fihom. U stqarr li dan ir-rapport &#8220;il-pulizja ma ratux&#8221; b\u0127allikieku kien qed jit\u0127addet dwar xi \u0127add ie\u0127or.<\/p>\n<p>Qal ukoll li l-li\u0121i ma tippermettilux jikxef dak li jaf dwar l-investigazzjonijiet tal-FIAU. Dan huwa minnu. I\u017cda allura ng\u0127id jien, \u00a0&#8220;police liaison&#8221; b\u0127alu g\u0127alfejn qieg\u0127ed hemm\u00a0jekk huwa wkoll mi\u017cmum milli jinforma lill-pulizija?<\/p>\n<p>Wara kollox, l-Assistant Kummissarju Ian Abdilla &#8211; saqaj\u0127 libsin\u00a0\u017craben li \u010bertament ma ji\u0121uhomx &#8211; hu l-pulizija.<\/p>\n<p>\u0126add g\u0127ajr Abdilla m&#8217;huwa fid-dmir li ji\u010b\u010baqlaq ujmexxi .\u00a0Dan la tista&#8217; tag\u0127mlu l-FIAU, la l-Ma\u0121istrati u lanqas il-\u0121urnalisti.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jekk jog\u0127\u0121obkom segwu l-intervista li Jacob Borg g\u0127amel lill-Ispettur Ian Abdilla. Din l-intervista fakkritni f&#8217;programm televi\u017civ li kont in\u0127obb insegwi bl-isem Mai Dire Gol. Dan il-programm suppost kien jittratta dwar il-futbol i\u017cda b&#8217;xorti tajba mal-futbol ma tantx kellu x&#8217;jaqsam. Kienu juri brani minn intervisti televi\u017civi ma&#8217; players u ma&#8217; coaches u dawn il-brani kienu mbag\u0127ad [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4640,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4757\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4757"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4757\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4773,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4757\/revisions\/4773\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4640\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4757"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4757"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4757"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}