{"id":4812,"date":"2018-02-22T09:00:29","date_gmt":"2018-02-22T08:00:29","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4812"},"modified":"2018-02-28T08:22:06","modified_gmt":"2018-02-28T07:22:06","slug":"l-alla-tal-flus","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/l-alla-tal-flus\/","title":{"rendered":"L-alla tal-flus"},"content":{"rendered":"<p>Din il-\u0121img\u0127a ktibt dwar <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/02\/european-civil-society-report-global-tax-dodging-dedicated-daphne-caruana-galizia\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">rapport\u00a0li sar minn entit\u00e0 Ewropea non-governattiva<\/a> u li jittratta\u00a0dwar il-kompli\u010bit\u00e0 ta&#8217; pajji\u017ci Ewropej f&#8217;sistema ta&#8217; \u0121bir ta&#8217; taxxi dinjija li qieg\u0127da tisraq lill-foqra\u00a0u t\u0127axxen bwiet is-sinjuri. Qed isir sforz biex ting\u0127ata bixra etika lil min jiskansa l-\u0127las tat-taxxi u l-eva\u017cjoni tat-taxxa. U l-g\u0127oti ta&#8217; din il-bixra m&#8217;hi xejn \u0127lief attentat biex ting\u0127ata le\u0121ittimit\u00e0 lil dawk is-sinjuri li bl-a\u0121ir tag\u0127hom qed ikomplu j\u017cidu mat-tbatija ta&#8217; dawk in-nies li jistg\u0127u jgawdu mill-\u0127las tat-taxxi li huma dovuti.<\/p>\n<p>Nistg\u0127u nibqg\u0127u ninjoraw il-konsegwenzi tal-azzjonijiet tag\u0127na sakemm jidhrilna, i\u017cda mbag\u0127ad ma nistg\u0127ux nippretendu li d-dinja se toqg\u0127od tarana \u0127elwin.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/ir-rabta-ma-malta-tan-negozjant-slovakk-li-hedded-lill-gurnalist-maqtul\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ktibt ukoll dwar rapport tal-OECD li ttratta dwar il-bejg\u0127 tal-passaporti<\/a> u li din l-iskema tfittex li t\u0127ajjar mhux biss lil min hu sinjur i\u017cda lil \u010bertu kwalit\u00e0\u00a0spe\u010bifika ta&#8217; sinjuri: ji\u0121ifieri dawk is-sinjuri li mhux biss qeg\u0127din ja\u0127bu \u0121idhom\u00a0mill-gvern tag\u0127hom biex jevadu\u00a0l-\u0127las tat-taxxi i\u017cda probabbilment huma wkoll dawk li mhux suppost g\u0127andhom dak il-\u0121id f&#8217;idejhom.<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a l-Knisja Maltija xandret dokument li mhux biss jikkritika lil din ix-xejra i\u017cda wkoll l-attitudni tag\u0127na.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/25-DOCUMENT-WORLD-DAY-OF-SOCIAL-JUSTICE-2018-EN.pdf\">25 DOCUMENT WORLD DAY OF SOCIAL JUSTICE 2018 EN<\/a>.<\/p>\n<p>B\u0127al dak it-tifel \u017cg\u0127ir li jkun irid jilbes il-qalziet twil biex jitqies ra\u0121el, nuru grazzja mas-sinjuri i\u017cda l-foqra narawhom \u017cejda.\u00a0Lil min jixtri l-passaporti nag\u0127tuh mer\u0127ba filwaqt li lill-immigranti li jsibu ru\u0127\u0127om fostna ming\u0127ajr sold f&#8217;buthom, nuruhom snienna.\u00a0L-ospitalit\u00e0 u l-\u0121enero\u017cit\u00e0 tag\u0127na tasal biss sal-benefi\u010b\u010bji li din tista&#8217; takkwistalna: naraw biss x&#8217;se nie\u0127du lura g\u0127al dak li nag\u0127tu.<\/p>\n<p>L-immigranti li ma jistg\u0127ux jintbag\u0127tu lura lejn pajji\u017chom, in\u0127alluhom imdendlin u im\u010ba\u0127\u0127din mid-dinjit\u00e0 ba\u017cika filwaqt li l-membri tal-oligarikiji in\u017commuhom fuq wi\u010b\u010b l-idejn g\u0127ax bwiethom \u0127oxnin.\u00a0Politika li tiffavorixxi lil min hu sinjur a skapitu ta&#8217; min qed jg\u0127ix fil-faqar hi wa\u0127da rigressiva u mhux demokratika.\u00a0Hi politika li tixba\u0127 il-privile\u0121\u0121i fewdali li kissru dak li hu modern u razzjonali.\u00a0M&#8217;hemmx xejn \u0127a\u017cin li wie\u0127ed ikun sid ta&#8217; ristorant li jkun g\u0127ali tant li mhux kul\u0127add ikun komdu jiekol fi\u0127. I\u017cda huwa \u0127a\u017cin ferm jekk ikunu je\u017cistu biss dan it-tip ta&#8217; ristorant.\u00a0Il-politika tag\u0127na dwar i\u010b-\u010bittadinanza u l-g\u0127oti tad-drittijietna lil persuni li ma twildux hawn\u00a0ma tag\u0127ti ebda\u00a0importanza lill-\u0127ti\u0121ijiet tan-nies u mo\u0127\u0127ha biss fid-d\u0127ul ta&#8217; flejjes li \u0127afna minnhom\u00a0 ikunu t\u0127allsu minn interessi privati li ma jkunu investew xejn fil-\u0121id li jkun qed jinbieg\u0127.\u00a0A\u0127sbu naqra fil-qlieg\u0127 li g\u0127amlu Henley &amp; Partners mill-bejg\u0127 tal-passaporti.\u00a0M&#8217;g\u0127andi xejn kontra minn jag\u0127mel il-qlieg\u0127.\u00a0\u00a0Meta wie\u0127ed jinvestu flusu,\u00a0hija\u00a0\u0127a\u0121a ra\u0121unata li jistenna li jaqla&#8217; l-flus mill-investiment li jkun g\u0127amel. I\u017cda je\u0127tie\u0121 li n\u017commu f&#8217;mo\u0127\u0127na li l-investiment fin-nazzjon tag\u0127na, fir-reputazzjoni tag\u0127na u fi drittijietna anke b\u0127ala Ewropej kien\u00a0sar minn \u0121enerazzjonijiet s\u0127a\u0127 ta&#8217; Maltin li batew ta\u0127t il-kolonjali\u017cmu, bil-gwerer, bil-faqar u bil-konflitti u li writna ming\u0127andhom il-pajji\u017c li g\u0127andna llum.<\/p>\n<p>Tkun\u00a0\u0127a\u0121a verament nobbli li kieku kellna naqsmu dan il-wirt ma&#8217; immigranti li jkunu fil-b\u017conn. I\u017cda \u017cgur mhix \u0127a\u0121a sewwa meta dan il-wirt jinbieg\u0127 biex Henley &amp; Partners taghmel il-qlieg\u0127 minn fuq daharna.<\/p>\n<p>Meta naqsmu l-wirt tag\u0127na biss mas-sinjuri a skapitu tal-foqa inkunu qed nag\u0127tu l-\u0121enb lill-img\u0127oddi tag\u0127na b\u0127ala nazzjon: il-bdiewa, il-\u0127addiema, is-sajjieda, is-suldati u l-emigrant li kienu\u00a0telqu minn\u00a0xtutna, kienu g\u0127amlu hekk mhux g\u0127ax kienu sinjuri i\u017cda g\u0127ax kienu fqar.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din il-\u0121img\u0127a ktibt dwar rapport\u00a0li sar minn entit\u00e0 Ewropea non-governattiva u li jittratta\u00a0dwar il-kompli\u010bit\u00e0 ta&#8217; pajji\u017ci Ewropej f&#8217;sistema ta&#8217; \u0121bir ta&#8217; taxxi dinjija li qieg\u0127da tisraq lill-foqra\u00a0u t\u0127axxen bwiet is-sinjuri. Qed isir sforz biex ting\u0127ata bixra etika lil min jiskansa l-\u0127las tat-taxxi u l-eva\u017cjoni tat-taxxa. U l-g\u0127oti ta&#8217; din il-bixra m&#8217;hi xejn \u0127lief attentat biex [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4663,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4812\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4812"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4812\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4831,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4812\/revisions\/4831\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4663\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4812"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4812"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4812"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}