{"id":4827,"date":"2018-02-26T16:51:57","date_gmt":"2018-02-26T15:51:57","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4827"},"modified":"2018-02-28T08:16:35","modified_gmt":"2018-02-28T07:16:35","slug":"tolleranza-zero-ghall-korruzzjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/02\/tolleranza-zero-ghall-korruzzjoni\/","title":{"rendered":"Tolleranza \u017cero g\u0127all-korruzzjoni"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-medium wp-image-4804 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/IMG_4244-300x294.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"294\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/IMG_4244-276x270.jpg 276w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/IMG_4244-300x294.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/IMG_4244.jpg 640w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Nhar il-\u0120img\u0127a se nkun imsiefer fuq impenn li kien ilu ppjanat, imma l-protesta li se jag\u0127mlu Il-Kenniesa fil-Belt Valletta bit-tema &#8216;il-\u0121urnali\u017cmu mhux reat&#8217; verament jixirqilha l-appo\u0121\u0121 ta&#8217; kull min jista&#8217; jattendi g\u0127aliha.<\/p>\n<p>Anke l-g\u0127aqda Reporters without Borders se tkun pre\u017centi.<\/p>\n<p>G\u0127ax anke \u0127ajjithom inbidlet bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. U inqas minn 5 xhur wara, \u0121urnalist investigattiv ie\u0127or inqatel fl-Ewropa talli kixef il-komplotti bejn il-politi\u010bi u n-negozjanti l-kbar.<\/p>\n<p>Qisu l-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia \u0121abna konxji li l-libert\u00e0 tal-espressjoni f&#8217;Malta u fi n\u0127awi o\u0127ra mdallma tal-Ewropa li wkoll huma ma\u0127kuma mill-morsa tal-korruzzjoni, b\u0127al Bratislava, issa ma g\u0127andhiex tittie\u0127ed aktar <em>for granted.<\/em><\/p>\n<p>L-g\u0127a\u017cla li d-dimostrazzjoni ssir nhar il-\u0120img\u0127a g\u0127andha tifsira spe\u010bjali, anke jekk ta&#8217; diqa. Dakinhar ja\u0127bat l-10 anniversarju minn meta Daphne Caruana Galizia biddlet fehemtha u da\u0127let fid-dinja tal-<em>blogs<\/em> li snin twal wara nistg\u0127u ng\u0127idu li bil-\u0127ila tag\u0127ha u ming\u0127ajr l-g\u0127ajnuna ta&#8217; \u0127add, ittrasformatha.<\/p>\n<p>Iva, f&#8217;Malta kellna <em>blogs <\/em>di\u0121\u00e0, qabel Daphne. Imma dawn kienu sempli\u010biment spazji fejn isir ftit dibattitu, okka\u017cjonijiet biex wie\u0127ed joqg\u0127od jitkeb fuqu nnifsu, \u010bertament opportunitajiet biex dak li jkun jiffoka fuqu nnifsu. Anke l-aktar awturi kapa\u010bi ta&#8217; dawk i\u017c-\u017cminijiet, li w\u0127ud minnhom g\u0127adhom jiktbu sal-lum, jammettu li l-<em>blogs\u00a0<\/em>li kellna aktar kienu lok g\u0127al kitbiet bejn il-\u0127bieb fejn dak li jkun jirrakkonta dak li jkun g\u0127adda minnu.<\/p>\n<p>Il-kitbiet ta&#8217; Daphne Caruana Galizia \u0121ew interrotti \u0127esrem ftit qabel g\u0127eluq l-10 snin minn meta bdiet tikteb. Anniversarju li probabbli xorta ma kinitx ti\u010b\u010belebrah. Qattajna \u0127afna \u0127in nirriflettu fuq l-a\u0127\u0127ar kelmiet li kitbet fil-<em>blog\u00a0<\/em>tag\u0127ha dakinhar li nqatlet fis-16 ta&#8217; Ottubru 2017 waranofsinhar &#8211; jum li m&#8217;a\u0127na se ninsewh qatt. Il-kliem &#8216;crooks everywhere&#8217; u &#8216;situation is desperate&#8217; se jibqg\u0127u f&#8217;mo\u0127\u0127na g\u0127al dejjem.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Imma llum nistedinkom tirriflettu fuq l-ewwel kelmiet li kitbet meta da\u0127let fid-dinja tal-<em>blogging<\/em> fis-sig\u0127at bikrin tat-2 ta&#8217; Marzu 2008. &#8220;Zero tolerance for corruption&#8221; &#8211; bil-Malti, &#8220;Tolleranza \u017cero g\u0127all-korruzzjoni.&#8221;<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-4798 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-26-at-16.38.32.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"912\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-26-at-16.38.32-300x171.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-26-at-16.38.32-474x270.jpeg 474w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-26-at-16.38.32-768x438.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/WhatsApp-Image-2018-02-26-at-16.38.32.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Qisu hemm rabta bejn l-ewwel titlu u l-a\u0127\u0127ar kumment tag\u0127ha li mal-ewwel daqqa t&#8217;g\u0127ajn ta\u0127sibha xi \u0127a\u0121a vvintata, imma fir-realt\u00e0 hija indikazzjoni tal-fedelt\u00e0 tag\u0127ha, il-kura\u0121\u0121 tag\u0127ha, u l-impenn li tipprovdi lin-nazzjon wie\u0127ed mill-aktar servizzi diffi\u010bli li possibbilment wie\u0127ed jista&#8217; jkollu l-vokazzjoni li jsegwi.<\/p>\n<p>Jien kont naf lil Daphne Caruana Galizia \u0127afna snin qabel ma bdiet tikteb il-<em>blog <\/em>tag\u0127ha. Kont nammira l-kitbiet u l-artikli tag\u0127ha minn \u017cmien twil qabel. Naturalment il-<em>blog <\/em>biddel kollox u kompla j\u017cidilha l-popolarit\u00e0.<\/p>\n<p>Imma tul l-a\u0127\u0127ar erba&#8217; xhur li matulhom bdejt nesperimenta bil-<em>blog <\/em>tieg\u0127i u hi qabdet xi artikli minn tieg\u0127i u g\u0127amlet riferenza g\u0127alihom fuq tag\u0127ha, tkellimna dwar l-esperjenza tag\u0127ha. Dan kien i\u017c-\u017cmien meta bdiet tir\u010bievi wkoll kritika ming\u0127and u\u0127ud mill-partitarji tal-PN apparti l-\u0127mie\u0121 u l-offi\u017ci tas-soltu min-na\u0127a tat-<em>trolls<\/em> esperti tal-Labour. Immaterjalment minn fejn ikun \u0121ej, il-\u0127mie\u0121 dejjem jinten, u l-insulti dejjem iwe\u0121\u0121g\u0127u.<\/p>\n<p>G\u0127al xi \u017cmien f&#8217;\u0120unju li g\u0127adda kienet qed ittella&#8217; u tni\u017c\u017cel jekk g\u0127andhiex tieqaf mill-<em>blog <\/em>tag\u0127ha. Wara kollox kien ilha g\u0127addejja 9 snin, u altru milli kienet tat kulma setg\u0127et tag\u0127ti g\u0127all-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Imma mbag\u0127ad idde\u010bidiet li tkompli tikteb g\u0127ax kien hemm aktar x&#8217;jinkixef u ladarba setg\u0127et, \u0127asset li hu d-dmir tag\u0127ha li tag\u0127ti kulma tista&#8217;. Sakemm itte\u0127dilha kollox.<\/p>\n<p>G\u0127adni ma nafx e\u017catt x&#8217;inhi l-istorja ta&#8217; Jan Kuciak \u0127lief g\u0127all-ewwel ftit dettalji li qed jaslu minn Bratislava. Imma jidher li l-istorja hi simili g\u0127al dik ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, g\u0127all-inqas f&#8217;u\u0127ud mill-aspetti tag\u0127ha. Suldat ie\u0127or li \u0121\u0121ieled g\u0127all-verit\u00e0 li spi\u010b\u010ba assassinat waqt li pajji\u017cu jibqa&#8217; g\u0127addej, ingrat, qisu ma \u0121ara xejn.<\/p>\n<p>Nhar il-\u0120img\u0127a 2 ta&#8217; Marzu, g\u0127al ftit sig\u0127at, ing\u0127aqad ma&#8217; Il-Kenniesa barra l-Parlament biex ji\u0121u mfakkra 10 snin (neqsin 5 xhur) ta&#8217; <em>blogs<\/em> minn Daphne Caruana Galizia u anke biex tiftakar kif \u0127ajtek kienet tkun differenti kieku llum ma tafx dak li hi skopriet f&#8217;ismek.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Nhar il-\u0120img\u0127a se nkun imsiefer fuq impenn li kien ilu ppjanat, imma l-protesta li se jag\u0127mlu Il-Kenniesa fil-Belt Valletta bit-tema &#8216;il-\u0121urnali\u017cmu mhux reat&#8217; verament jixirqilha l-appo\u0121\u0121 ta&#8217; kull min jista&#8217; jattendi g\u0127aliha. Anke l-g\u0127aqda Reporters without Borders se tkun pre\u017centi. G\u0127ax anke \u0127ajjithom inbidlet bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. U inqas minn 5 xhur wara, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4798,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4827\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4827"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4827\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":4829,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4827\/revisions\/4829\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4798\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4827"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4827"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4827"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}