{"id":4929,"date":"2018-03-05T20:43:20","date_gmt":"2018-03-05T19:43:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=4929"},"modified":"2018-03-12T12:42:05","modified_gmt":"2018-03-12T11:42:05","slug":"xinhu-jahseb-is-segretarju-ta-chris-cardona","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/xinhu-jahseb-is-segretarju-ta-chris-cardona\/","title":{"rendered":"X&#8217;inhu ja\u0127seb is-segretarju ta&#8217; Chris Cardona?"},"content":{"rendered":"<p>Is-segretarju ta&#8217; Chris Cardona qal li jisg\u0127obbieh li kien g\u0127amel libell\u00a0lil\u00a0Daphne Caruana Galizia u li kien ippre\u017centa mandat ta&#8217; sekwestru fuq il-kontijiet bankarji tag\u0127ha u dan talli din kienet\u00a0\u017cvelat li hu kien ma&#8217; sidu l-ministru f&#8217;burdell fil-\u0120ermanja waqt li kienu hemmhekk fuq xog\u0127ol.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-4919 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/gerada-tweet-1-768x716.png\" alt=\"\" width=\"768\" height=\"716\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/gerada-tweet-1-768x716-290x270.png 290w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/gerada-tweet-1-768x716-300x280.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/gerada-tweet-1-768x716.png 768w\" sizes=\"(max-width: 768px) 100vw, 768px\" \/><\/p>\n<p>Malli\u00a0saret din l-istqarrija fil-Qorti, l-avukat tieg\u0127u\u00a0Pawlu Lia &#8211; biex jipprova jg\u0127atti x-xtur\u00a0kemm tal-Partit Laburista kif ukoll tal-klient tieg\u0127u &#8211; ipprova jdawwar is-sinjifikat tas-sog\u0127ba\u00a0li wera&#8217;\u00a0Joe Gerada\u00a0billi jwa\u0127\u0127al f&#8217;Peter Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Aqra hawn ta\u0127t ir-risposta tal-familja Caruana Galizia g\u0127al din il-gabirjola verbali.\u00a0Hija sinjifikanti l-isfida li g\u0127amlet il-familja. Lil Joe Gerada qaltlu li jekk irid jipprova l-inno\u010benza tieg\u0127u\u00a0kulma g\u0127andu jag\u0127mel hu li jxandar l-informazzjoni tal-operatur li jindika il-lokalit\u00e0 fejn kien fil-\u0127in meta \u0121ie allegat &#8211; ha\u0121a li huwa ji\u010b\u0127ad &#8211; li kien f&#8217;burdell.<\/p>\n<p>Niftakru li Joe Gerada mhux qed ji\u0121i sfidat li jag\u0127mel dan f&#8217;din il-kaw\u017ca biss.<\/p>\n<p>Fil-kaw\u017ca g\u0127as-separazzjoni li g\u0127amlet kontrih l-eks mara ta&#8217; Joe Gerada, din talbet li jixxandru\u00a0l-provi bid-dettalji tal-lokalit\u00e0 fejn kien, liema provi eventwalment se ji\u0121u kunsidrati mill-Qorti li se tidde\u010biedi dwar il-libell. Is-Sinjura Gerada wkoll trid tkun taf fejn kien \u017cew\u0121ha f&#8217;dik il-lejla partikolari f&#8217;Jannar tas-sena l-o\u0127ra.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-4920 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/screen_shot_2017-02-03_at_7.12.16_pm-300x161.png\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"161\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/screen_shot_2017-02-03_at_7.12.16_pm-300x161.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/screen_shot_2017-02-03_at_7.12.16_pm-503x270.png 503w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/screen_shot_2017-02-03_at_7.12.16_pm.png 684w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Dan kollu ma jikkostitwix prova kemm g\u0127al na\u0127a kif ukoll g\u0127al o\u0127ra. \u0126lief li huwa aktar fa\u010bli li wie\u0127ed jippova l-inno\u010benza milli jipprova l-\u0127tija. Jekk Joe Gerada (u sidu l-ministru) ma kinux f&#8217;burdell f&#8217;dak il-lejl partikolari\u00a0il-&#8220;phone records&#8221; g\u0127andhom juru li dak il-\u0127in kienu\u00a0band&#8217;o\u0127ra.<\/p>\n<p>Irrid ni\u010b\u010bara li minn dawn il-&#8220;phone records&#8221; wie\u0127ed m&#8217;g\u0127andux jistenna twe\u0121ibiet ta&#8217; &#8220;iva&#8217; jew &#8220;le&#8221;. Nistg\u0127u biss inkunu \u010berti jekk il-mobiles f&#8217;dak il-\u0127in partikolari kienu mixg\u0127ulin jew saru xi telefonati jew intbag\u0127tu messa\u0121\u0121i. L-evidenza g\u0127andha wkoll tinkludi l-lokalit\u00e0 \u0121eografika koperta mit-torri li\u00a0minnu\u00a0g\u0127addew\u00a0it-telefonati.<\/p>\n<p>Il-proceduri tal-Qorti jie\u0127du \u017c-\u017cmien tag\u0127hom u kollox isir bil-mod. A\u0127na mbag\u0127ad nosservaw l-atturi kif i\u0121ibu ru\u0127\u0127om u nippruvaw ninterpretaw dak li x&#8217;aktarx ikun g\u0127addej minn mo\u0127\u0127hom.<\/p>\n<p>X&#8217;inhu g\u0127addej minn mo\u0127\u0127 Joe Gerada l-lejla?<\/p>\n<p><em>Stqarrija tal-familja Caruana Galizia:<\/em><\/p>\n<p><em>B&#8217;riferenza\u00a0g\u0127al diversi rapporti mxandra fil-mezzi tax-xandir dwar il-libelli vessatorji li kienu \u0121ew ippre\u017centati kontra Daphne Caruana Galizia mill-Ministru Christian Cardona u mis-segretarju tieg\u0127u Joseph Gerada, \u017cew\u0121ha u wliedha b\u0127ala werrieta tag\u0127ha jixtiequ jag\u0127mluha \u010bara li\u00a0huma ma jridux, ta\u0127t ebda kundizzjoni, li l-kaw\u017ci ji\u0121u \u010beduti.\u00a0\u00a0\u00a0<\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\"><em>Il-fatti huma s-segwenti:<\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\"><em>Il-kaw\u017ci mag\u0127mula minn Cardona u Gerada kienu m\u0127ollija g\u0127as-smieg\u0127 g\u0127al-lum fl-10.ooam i\u017cda ssej\u0127u fid-9.25am meta l-membri tal-familja\u00a0kienu g\u0127adhom ma waslux il-Qorti. Fl-assenza tag\u0127hom, l-avukati ta\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at ftehmu\u00a0dwar id-differiment\u00a0tal-kaw\u017ci.\u00a0<\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\"><em>L-avukat ta&#8217; Gerada Pawlu Lia \u0121ie rappurtat li qal li &#8220;kul\u0127add irid jipprova l-inno\u010benza tieg\u0127u, i\u017cda Gerada m&#8217;g\u0127adx g\u0127andu interess&#8221;. Jekk Cardona u Gerada huma inno\u010benti, kif qed jinsistu li huma, jistg\u0127u jippruvaw dan immedjatament billi jxandru l-&#8220;mobile phone location data&#8221; li juri l-lok pre\u010bi\u017c fejn kienu u l-\u0127in meta\u00a0\u010ba\u0127du li kienu fil-burdell FKK Acapulco f&#8217;Velbert. \u00a0Huwa fl-interess pubbliku li l-kaw\u017ci jitkomplew u li l-&#8220;phone location file data&#8221; li jinsab fil-pro\u010bess tal-Qorti ji\u0121i pre\u017centat b\u0127ala prova. <\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\"><em>Sal-lum Cardona u Gerada g\u0127adhom ma naddfux isimhom u\u00a0jekk iridu li l-ver\u017cjoni tag\u0127hom ti\u0121i korroborata, kulma g\u0127andhom jag\u0127mlu hu li jxandru l-&#8220;mobile phone location data&#8221;.\u00a0\u00a0<\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\"><em>Cardona u Gerada huma uffi\u010bjali pubbli\u010bi u huma fid-dmir li j\u0121ibu ru\u0127\u0127om f&#8217;kull \u0127in b&#8217;mod etiku u korrett. Barra minn dan, meta ppre\u017centaw\u00a0il-mandati ta&#8217; sekwestru kawtelatorji fi Frar 2017, Cardona u Gerada kienu \u0127adu \u0121urament falz.\u00a0It-te\u0127id ta&#8217; \u0121urament falz huwa reat kriminali u fil-ka\u017c ta&#8217; Cardona u Gerada,\u00a0\u00a0jista&#8217; jwassal\u00a0li jitne\u0127\u0127eilhom il-warrant ta&#8217; avukat.\u00a0<\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\"><em>Sta g\u0127alihom li jippruvaw li \u0121abu ru\u0127\u0127om b&#8217;mod etiku u korrett waqt i\u017c-\u017cjara uffi\u010bjali tag\u0127hom fil-\u0120ermanja b\u0127ala rappre\u017centanti tal-Kunsill Presidenzjali tal-UE, meta ppre\u017centaw il-libelli fil-Qorti kontra Daphne Caruana Galizia u fil-mod u l-motiv li bi\u0127 qed imexxu l-kaw\u017ci issa.<\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\"><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p dir=\"ltr\">\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Is-segretarju ta&#8217; Chris Cardona qal li jisg\u0127obbieh li kien g\u0127amel libell\u00a0lil\u00a0Daphne Caruana Galizia u li kien ippre\u017centa mandat ta&#8217; sekwestru fuq il-kontijiet bankarji tag\u0127ha u dan talli din kienet\u00a0\u017cvelat li hu kien ma&#8217; sidu l-ministru f&#8217;burdell fil-\u0120ermanja waqt li kienu hemmhekk fuq xog\u0127ol. Malli\u00a0saret din l-istqarrija fil-Qorti, l-avukat tieg\u0127u\u00a0Pawlu Lia &#8211; biex jipprova jg\u0127atti x-xtur\u00a0kemm [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4920,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4929\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=4929"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4929\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5049,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4929\/revisions\/5049\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4920\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=4929"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=4929"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=4929"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}