{"id":5019,"date":"2018-03-09T11:03:31","date_gmt":"2018-03-09T10:03:31","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5019"},"modified":"2018-03-12T12:44:04","modified_gmt":"2018-03-12T11:44:04","slug":"biex-ma-ninsew-qatt","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/biex-ma-ninsew-qatt\/","title":{"rendered":"Biex ma ninsew qatt"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-medium wp-image-5016 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/wqNg1Q9K_400x400-300x300.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"300\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/wqNg1Q9K_400x400-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/wqNg1Q9K_400x400-270x270.jpg 270w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/wqNg1Q9K_400x400-300x300.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/wqNg1Q9K_400x400.jpg 399w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Ilbiera\u0127 <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/03\/legal-turnstiles\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">spjegajt kif il-mod kif tne\u0127\u0127iet id-de\u010bi\u017cjoni tal-qorti kontra Yanica Barbara<\/a> mir-rekords pubbli\u010bi g\u0127andu jkun investigat. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180309\/local\/law-students-request-to-be-removed-from-database-accepted.672714?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Mill-ewwel qam Owen Bonnici u qal li m&#8217;hemm l-ebda \u0127tie\u0121a ta&#8217; investigazzjoni. \u2018Jien \u0127adt id-de\u010bi\u017cjoni\u2019<\/a>, sostna.<\/p>\n<p>Hu &#8216;spjega&#8217; lit-Times of Malta li f&#8217;dan il-ka\u017c kien qed jit\u0127addem il-prin\u010bipju legali &#8216;tad-dritt li wie\u0127ed jintesa&#8217; &#8211; prin\u010bipju li hu ta struzzjonijiet lir-re\u0121istratur tal-qorti biex japplikah skont id-diskrezzjoni tieg\u0127u &#8220;g\u0127ax jafdah&#8221;. <a href=\"http:\/\/theshiftnews.com\/2018\/03\/09\/more-than-10-court-judgments-deleted-from-public-record-minister\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;rapporti li \u0127ar\u0121u aktar tard kien ikkonfermat li dan id-&#8220;dritt&#8221; kien \u0121ie applikat disa&#8217; drabi o\u0127ra.<\/a><\/p>\n<p>Dan ma jag\u0127milx sens. Legalment, amministrattivament, politikament &#8211; ma jag\u0127mel assolutament l-ebda sens.<\/p>\n<p>L-ewwel nett id-dritt li wie\u0127ed jintesa m&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn mal-kwistjoni tar-rekords pubbli\u010bi. Li wie\u0127ed i\u0121ebbed id-definizzjoni ta&#8217; dan id-dritt b&#8217;dan il-mod ma jag\u0127milx sens u \u010bertament li jmur oltre l-iskop tal-prin\u010bipju tal-privatezza g\u0127ax jimmina kompletament l-interess pubbliku li jesi\u0121i t-t\u0127addim tajjeb u kif suppost tal-amministrazzjoni.<\/p>\n<p>\u0126a n\u0121ebbed l-argument jien. Kieku kelli noqg\u0127od fuq l-interpretazzjoni li qed jag\u0127ti lil dawn ir-regolamenti Owen Bonnici, inkun nista&#8217; nilmenta li l-fatt li l-istat qed i\u017comm rekord tat-twelid tieg\u0127i qed jo\u0127loqli inkonvenjent. Wara kollox, biex xi \u0127add pere\u017cempju jkun jista&#8217; jfittixni g\u0127ad-danni jew g\u0127all-mod tal-kelma biex il-gvern ji\u0121bor it-taxxi dovuti ming\u0127andi, ikollu b\u017conn l-evidenza dokumentata dwar it-twelid tieg\u0127i li tinsab f&#8217;idejn l-istat. Naturalment, din hija assurdit\u00e0 mill-bidu sal-a\u0127\u0127ar.<\/p>\n<p>Nista&#8217; allura nitlob li d-dokumentazzjoni li g\u0127andu f&#8217;idejh l-istat dwar i\u017c-\u017cwie\u0121 tieg\u0127i tit\u0127assar g\u0127ax il-fatt li tinsab f&#8217;idejn l-istat qed jo\u0127loqli inkonvenjent. B&#8217;hekk nevita l-ispejje\u017c tal-manteniment jew tad-divorzju. Veru bla sens.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad hemm l-utilit\u00e0 prattika li tit\u0127alla fir-rekords pubbli\u010bi ta&#8217; de\u010bi\u017cjonijiet tal-qorti jekk dan id-&#8220;dritt&#8221; jing\u0127ata. Tistg\u0127u tg\u0127iduli min minn dawk l-eluf li isimhom jispi\u010b\u010ba ppubblikat f&#8217;de\u010bi\u017cjoni jew o\u0127ra tal-qorti kontrihom &#8211; \u010bivili, u spe\u010bjalment kriminali &#8211; fir-realt\u00e0 jinteressah li jara li dan id-&#8220;dritt&#8221; ji\u0121i e\u017cer\u010bitat? Issa li dan id-&#8220;dritt&#8221; tpo\u0121\u0121a fid-dominju pubbliku, ma ne\u0127odhiex bi kbira li dalg\u0127odu r-re\u0121istratur tal-qorti jispi\u010b\u010ba assedjat bit-telefonati ming\u0127and persuni li kontrihom ittie\u0127det xi de\u010bi\u017cjoni tal-qorti mill-2001 lil hawn jitolbu li dik id-de\u010bi\u017cjoni titne\u0127\u0127a mid-<em>database<\/em> li hemm onlajn.<\/p>\n<p>Dan \u017cgur li qatt ma kien l-iskop veru tad-&#8216;dritt li wie\u0127ed jintesa&#8217;. Li titlob lill-Google jne\u0127\u0127i ismek mit-tfittxijiet fuq l-internet g\u0127ax xi \u0127add 20 sena ilu fittxek g\u0127ad-danni g\u0127ax kellek tag\u0127tih xi flus mhux l-istess b\u0127at-tne\u0127\u0127ija ta&#8217; de\u010bi\u017cjoni mir-rekords tal-qorti.<\/p>\n<p>Kif jista&#8217; wie\u0127ed ifittex fl-istorja interpretazzjonijiet pre\u010bedenti tal-li\u0121i mill-qrati jekk dawk involuti fil-kaw\u017ci jkollhom id-dritt li ji\u0121u minsija?<\/p>\n<p>Dan ma jag\u0127mel l-ebda sens lanqas mil-lat amministrattiv. Il-Ministru ddelega lir-re\u0121istratur tal-qorti poter li m&#8217;g\u0127andux: dak li ju\u017ca d-&#8216;diskrezzjoni&#8217; tieg\u0127u, kif jiddeskriviha, biex jidde\u010biedi ming\u0127ajr l-ebda ba\u017ci ta&#8217; kriterji, ippubblikati jew le, liema ka\u017ci g\u0127andhom jit\u0127assru mir-rekords u liema le.<\/p>\n<p>Dan kif jista&#8217; jkun? X&#8217;\u0121ustizzja hi li r-re\u0121istratur tal-qorti, li jwie\u0121eb biss lill-ministru u lil \u0127add i\u017cjed, jista&#8217; sempli\u010biment jidde\u010biedi jekk xi \u0127a\u0121a li l-ministru &#8211; b&#8217;mod skorrett &#8211; jirrikonoxxi b\u0127ala dritt, g\u0127andhiex ting\u0127ata skont jekk hux fil-burdata li jaqbel mag\u0127ha jew le?<\/p>\n<p>Sa ma \u0127are\u0121 fil-bera\u0127 il-ka\u017c ta&#8217; Yanica Barbara, \u0127add ma kien jaf b&#8217;dan id-&#8216;dritt&#8217; u b&#8217;din l-&#8216;iskema&#8217; li tippermetti lir-re\u0121istratur tal-qorti li j\u0127assar id-dettalji ta&#8217; ka\u017c mis-sistema tar-rekords pubbli\u010bi. Yanica Barbara u d-disg\u0127a l-o\u0127ra li sirna nafu bihom illum kif saru jafu b&#8217;dan? Min qalilhom? G\u0127aliex \u0127add ma kien jaf b&#8217;dan qabel illum?<\/p>\n<p>L-amministrazzjoni pubblika ma ta\u0127dimx bis-segretezza. Ta\u0127dem fil-pubbliku ming\u0127ajr vanta\u0121\u0121i spe\u010bjali favur &#8220;dawk li jafu&#8221; iktar minn dawk li ma jafux. Almenu hekk suppost.<\/p>\n<p>Wara kollox il-fa\u010bilit\u00e0 tad-de\u010bi\u017cjonijiet tal-qorti onlajn mhix qieg\u0127da hemm biex tissodisfa l-kur\u017cit\u00e0 ta&#8217; xi \u0127add. Hija l-ekwivalenti tal-2001 tal-qrati bil-bibien miftu\u0127a biex ikun \u017cgurat li l-\u0121ustizzja ssir u kul\u0127add jara li qed issir, u g\u0127alhekk issir b&#8217;mod \u0121ust u ugwali ma&#8217; kul\u0127add.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed ma jistax jitlob li l-bibien tal-awli tal-qrati jing\u0127alqu meta jkun g\u0127addej il-ka\u017c tieg\u0127u billi j\u0121ib xi sku\u017ca banali jew inkella abba\u017ci tad-diskrezzjoni tar-re\u0121istratur tal-qorti. Naturalment ikun hemm kriterji o\u0121\u0121ettivi li jistg\u0127u ji\u0121\u0121ustifikaw smig\u0127 ta&#8217; kaw\u017ci bil-bibien mag\u0127luqa jew i\u010b-\u010bensura ta&#8217; \u010berti de\u010bi\u017cjonijiet tal-qorti &#8211; pere\u017cempju biex ikun evitat li ji\u0121u identifikati minuri &#8211; imma qatt min\u0127abba &#8216;d-diskrezzjoni tar-re\u0121istratur&#8217;.<\/p>\n<p>G\u0127aliex, allura, &#8216;id-diskrezzjoni tar-re\u0121istratur&#8217; kellha tid\u0127ol fil-ver\u017cjoni elettronika tal-pro\u010bess \u0121udizzjarju?<\/p>\n<p>G\u0127ax il-pajji\u017c huwa mmexxi minn dilettanti inkompetenti u korrotti li jag\u0127mlu dak li ji\u0121ihom f&#8217;mo\u0127\u0127hom. Japprofittaw ru\u0127hom mill-fatt li l-pubbliku in\u0121enerali, fil-ma\u0121\u0121or parti tieg\u0127u, ma jifhimx il-li\u0121ijiet biex ji\u0121\u0121ustifikaw it-traskura\u0121ni u l-i\u017cbalji amministrattivi tag\u0127hom u biex b&#8217;mod konxju jg\u0127attu n-nepoti\u017cmu u l-klijenteli\u017cmu parti\u0121jan kif ukoll is-suspetti ta&#8217; korruzzjoni sfa\u010b\u010bata fl-a\u0121ir tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Frankament, il-kwistjoni jekk Yanica Barbara g\u0127andhiex tit\u0127alla tipprattika b\u0127ala avukat issa saret sekondarja. Dak li wera l-ka\u017c tag\u0127ha fuq il-mod kif l-istat jimmanipula l-informazzjoni li jkollu f&#8217;idejh biex jinfluwenza l-pro\u010bessi u l-\u0127idma tal-amministrazzjoni u tal-istat jwassal g\u0127al mistoqsija ferm aktar importanti &#8211; jekk Owen Bonnici g\u0127andux ikun il-Ministru tal-\u0120ustizzja.<\/p>\n<p>Ilkoll nafu x&#8217;inhi t-twe\u0121iba g\u0127al dik il-mistoqsija.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ilbiera\u0127 spjegajt kif il-mod kif tne\u0127\u0127iet id-de\u010bi\u017cjoni tal-qorti kontra Yanica Barbara mir-rekords pubbli\u010bi g\u0127andu jkun investigat. Mill-ewwel qam Owen Bonnici u qal li m&#8217;hemm l-ebda \u0127tie\u0121a ta&#8217; investigazzjoni. \u2018Jien \u0127adt id-de\u010bi\u017cjoni\u2019, sostna. Hu &#8216;spjega&#8217; lit-Times of Malta li f&#8217;dan il-ka\u017c kien qed jit\u0127addem il-prin\u010bipju legali &#8216;tad-dritt li wie\u0127ed jintesa&#8217; &#8211; prin\u010bipju li hu ta struzzjonijiet [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5016,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5019\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5019"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5019\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5046,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5019\/revisions\/5046\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5016\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5019"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5019"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5019"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}